"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni (Affarijiet interni), 13 ta' Ġunju 2024

Riżultati ewlenin

Il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u l-kriminalità organizzata

Il-presidenza Belġjana evalwat l-azzjonijiet li ħadet matul il-mandat tagħha fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata.

Waħda mill-kisbiet ewlenin kienet rapport, maħruġ mill-Europol f'April 2024, li jidentifika l-aktar networks kriminali ta' theddida. Ir-rapport, l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu, jiddeskrivi kif huma organizzati l-aktar networks kriminali ta' theddida, liema attivitajiet kriminali jinvolvu ruħhom fihom u kif u fejn joperaw.

Illum il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar dan ir-rapport. F'dawn il-konklużjonijiet il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata aktar l-istampa tal-intelligence dwar networks kriminali ta' riskju għoli bħala pass fundamentali biex ikompli jissaħħaħ l-approċċ tiegħu biex iżarmahom. Il-konklużjonijiet jappellaw ukoll lill-istati membri biex jiżguraw li s-servizzi tal-infurzar tal-liġi tagħhom jimpenjaw ruħhom mal-Europol biex jisfruttaw u janalizzaw aktar id-data rilevanti dwar in-networks kriminali. L-istati membri jixtiequ wkoll li dan l-eżerċizzju ta' mmappjar dwar l-aktar networks kriminali ta' theddida jitwettaq fuq bażi biennali.

Annelies Verlinden, Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Belġju

Madwar l-UE, iċ-ċittadini jeħtieġu li l-gvernijiet tagħhom jieħdu azzjoni kontra t-traffikar tad-drogi u l-kriminalità organizzata u jipprovdu s-sigurtà. Minħabba li din hija sfida komuni, għamilnieha prijorità matul il-presidenza Belġjana tal-Kunsill, u ninsab kburi bir-riżultati li ksibna.

Annelies Verlinden, Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Belġju

Annelies Verlinden, Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Belġju

EMPACT niġġieldu l-kriminalità flimkien

Protezzjoni għar-refuġjati Ukreni

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar il-proposta biex tiġi estiża l-protezzjoni temporanja għal aktar minn 4 miljun Ukren li ħarbu mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja sal-4 ta' Marzu 2026. Il-Kunsill ser jadotta formalment il-qbil tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin. Il-ministri qajmu wkoll il-ħtieġa li jinstabu miżuri sostenibbli biex jiġu appoġġati dawk li qed jaħarbu mill-gwerra tar-Russja.

Il-mekkaniżmu ta' protezzjoni temporanja ġie attivat fl-4 ta' Marzu 2022 – ftit jiem biss wara li l-forzi armati Russi nedew invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna – u jibqa' għaddej sal-4 ta' Marzu 2025.

Migrazzjoni

Fl-14 ta' Mejju, il-Kunsill adotta l-patt dwar l-ażil u l-migrazzjoni. L-istati membri issa għandhom sentejn biex iqiegħdu s-sett ta' regoli fil-prattika.

Illum il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lill-ministri l-Pjan ta' Implimentazzjoni Komuni tagħha li ġie adottat ilbieraħ. Il-pjan huwa bbażat fuq 10 elementi kostitwenti li jiffukaw fuq it-tħejjija tas-sistema ta' informazzjoni komuni, il-ħidma ta' solidarjetà u l-iżgurar li l-proċeduri ta' ritorn ikunu ġusti u effiċjenti, fost affarijiet oħra. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju u operazzjonali li l-istati membri jistgħu jagħmlu użu minnu.

Fir-reazzjoni tagħhom għall-preżentazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni ħafna ministri enfasizzaw li l-Kunsill għandu jkompli jaqdi rwol b'saħħtu fl-għoti ta' gwida politika matul il-fażi ta' implimentazzjoni.

Nicole de Moor, Segretarju tal-Istat għall-Ażil u l-Migrazzjoni

L-adozzjoni reċenti tal-patt dwar l-ażil u l-migrazzjoni turi d-determinazzjoni tal-UE li nindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni irregolari flimkien. L-enfasi tagħna issa hija li niżguraw li dan il-patt jagħmel differenza fil-prattika.

Nicole de Moor, Segretarju tal-Istat għall-Ażil u l-Migrazzjoni

Nicole de Moor, Segretarju tal-Istat għall-Ażil u l-Migrazzjoni

Familja b'barżakki u bagalji timxi lil hinn mill-ispettatur tul mogħdija blu, fid-direzzjoni lejn muntanji stilizzati mgħottija bil-borra li jidhru fuq il-linji ta' kontorn.

Flussi migratorji: ir-rotot tal-Lvant, Ċentrali u tal-Punent (Infografika)

Viża

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar il-futur tal-politika komuni tal-UE dwar il-viżi. Il-politika dwar il-viżi hija parti integrali mis-sistema ta' ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-ministri qablu dwar il-ħtieġa għal tweġiba Ewropea aktar b'saħħitha biex jiġi indirizzat l-użu mhux xieraq tar-regoli u l-kundizzjonijiet b'rabta mal-viżi, kif ukoll il-ħtieġa għal statistika aħjar.

Il-Patt huwa biss biċċa waħda mill-istampa sħiħa Għandna t-tendenza ninjoraw li madwar terz biss tal-applikazzjonijiet għall-ażil iseħħu wara qsim irregolari tal-fruntieri.

Nicole de Moor, Segretarju tal-Istat għall-Ażil u l-Migrazzjoni

Aċċess tal-pulizija għad-data

"Going dark" qed tirriżulta sfida konsiderevoli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi Ewropej. Hekk kif id-dinja qed issir dejjem aktar diġitali, il-pulizija u l-ġudikatura qed iħabbtu wiċċhom ma' ħafna ostakli fl-aċċess għall-evidenza elettronika. Il-kompetenzi tal-infurzar tal-liġi tagħna fid-dinja reali għandhom jissarrfu wkoll fid-dinja diġitali.

Fil-laqgħa tal-Kunsill, il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Aċċess għad-Data għal Infurzar Effettiv tal-Liġi, li ġie stabbilit f'Ġunju 2023 biex jirrakkomanda azzjonijiet biex jiġi indirizzat ir-riskju li l-infurzar tal-liġi jiġi mfixkel minn kriptaġġ użat ħażin minn kriminali ("going dark").

F'Mejju 2024 il-grupp ippreżenta rapport bi 42 rakkomandazzjoni miġbura fi tliet elementi kostitwenti: miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet; kooperazzjoni mal-industrija u standardizzazzjoni; u miżuri mhux leġiżlattivi.

Il-Kunsill laqa' r-rakkomandazzjonijiet u identifika oqsma ta' ħidma prijoritarji li għandhom jiġu indirizzati matul il-leġiżlatura li jmiss.

Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali ta' liġi proposta tal-UE li ser tagħmilha obbligatorja li l-kumpaniji tal-internet iwissu lill-awtoritajiet dwar l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq il-pjattaformi tagħhom.

Il-presidenza infurmat lid-delegazzjonijiet ukoll dwar fajls leġiżlattivi oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-ministri għall-affarijiet interni.

Żona Schengen

Il-ministri ddiskutew l-istat taż-żona Schengen u qablu dwar il-prijoritajiet ewlenin għal Schengen fit-12-il xahar li ġejjin.

Interoperabbiltà

Ftit xhur biss qabel it-tnedija tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) – sistema awtomatizzata tal-IT għar-reġistrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jivvjaġġaw għal soġġorn qasir – il-ministri evalwaw il-proċess biex tintuża arkitettura tal-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT għall-ġlieda kontra l-kriminalità u għas-sigurtà tal-fruntieri. Din l-arkitettura tinkludi wkoll is-sistema ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ETIAS li hija skedata li ssir operazzjonali fl-ewwel nofs tal-2025.

Affarijiet oħra

Il-ministru Żvediż informa lill-Kunsill dwar Pakkett tas-Sigurtà Ġdid u l-Portugall informa lill-ministri dwar l-attivitajiet tiegħu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq.

Il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar il-laqgħa ministerjali li jmiss bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni, li ser issir fl-20 u l-21 ta' Ġunju fi Brussell. Fl-aħħar nett, l-Ungerija ppreżentat il-programm ta' ħidma għall-presidenza tagħha li ser tibda fl-1 ta' Lulju.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025