"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Protezzjoni ta' data fl-infurzar tal-liġi

L-UE tipproteġi d-data personali tal-individwi użata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Protezzjoni tad-data fil-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija

In-natura speċifika tal-attivitajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji f'materji kriminali titlob li fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet ikun hemm regoli differenti dwar il-protezzjoni tad-data personali sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu tad-data u tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-istati membri f'dawn l-oqsma.

Id-direttiva dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali kienet adottata fl-2016 u bdiet tapplika fl-2018.

Din id-direttiva għandha l-għan li tipproteġi d-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom filwaqt li tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà pubblika.

Tapplika kemm għall-ipproċessar transkonfinali kif ukoll għall-ipproċessar nazzjonali ta' data mill-awtoritajiet kompetenti tal-istati membri għall-fini ta':

  • il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali
  • is-salvagwardja u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika

Id-direttiva ma tkoprix attivitajiet minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE, u lanqas attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-liġi tal-UE.

Drittijiet tal-individwi

Id-direttiva tistabbilixxi sensiela ta' prinċipji, inkluż il-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe data personali miġbura:

  • tiġi pproċessata skont il-liġi
  • tinġabar għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi
  • ma tkunx eċċessiva fir-rigward tal-għan li għalih tiġi pproċessata

Ir-regoli jinkludu l-obbligu tal-istati membri li jipprovdu informazzjoni li tinftiehem u jiżguraw id-drittijiet tas-suġġett tad-data ta' aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar. Madankollu, ir-regoli jistabbilixxu wkoll limitazzjonijiet fuq dawn id-drittijiet biex l-istati membri jkunu jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġuhom.

Applikazzjoni tar-regoli għall-protezzjoni tad-data

Id-direttiva dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata għall-fini tal-infurzar tal-liġi kriminali tiddeskrivi r-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-data (dawk li huma responsabbli mill-ipproċessar tad-data). Dawn jinkludu:

il-ħatra ta' uffiċjal tal-protezzjoni tad-data biex jgħin lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data

ir-rekwiżit li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fejn tip ta' pproċessar x'aktarx li jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jkunu l-istess bħal dawk stabbiliti skont ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data. Id-direttiva tiddefinixxi regoli dwar assistenza reċiproka obbligatorja u obbligu ġenerali ta' kooperazzjoni.

Il-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiżgura li d-direttiva tiġi applikata bis-sħiħ. Dan il-bord huwa magħmul minn rappreżentanti tas-27 awtorità superviżorja indipendenti kollha u jimmonitorja wkoll l-applikazzjoni tal-GDPR.

Id-direttiva tagħti lill-individwi d-dritt li jirċievu kumpens jekk ikunu sofrew dannu bħala konsegwenza ta' pproċessar li ma jkunx irrispetta r-regoli.

Trasferimenti lejn pajjiżi mhux membri tal-UE

It-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi mhux membri tal-UE jistgħu jsiru biss jekk ikunu meħtieġa għall-iskopijiet ta' infurzar tal-liġi u jekk il-Kummissjoni Ewropea tkun adottat deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni pprovdut mill-pajjiż inkwistjoni.

Fejn ma tkun teżisti ebda deċiżjoni dwar l-adegwatezza, it-trasferimenti jistgħu jsiru jekk ikunu jeżistu salvagwardji adatti.

Illustrazzjoni stilizzata ta' marka tas-swaba' diġitali mdawra bi stilel sofor fl-istil tal-UE, ċifri binarji, u ikona żgħira ta' katnazz, li tirrappreżenta l-protezzjoni tad-data u l-privatezza fl-Unjoni Ewropea.

Il-protezzjoni tad-data fl-UE

Tarka blu trasluċida b'disinn sottili tan-network tinsab quddiem xibka tonda ta' tikek sofor konnessi, li tissimbolizza l-protezzjoni u s-sigurtà tad-data.

Ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Ġunju 2024