Skip to content

X'inhu l-akbar theddid ċibernetiku fl-UE?

It-theddid ċibernetiku qed jiżdied fil-volum u fil-kumplessità. Il-pajjiżi tal-UE qed isaħħu ċ-ċibersigurtà biex jissalvagwardjaw l-infrastruttura kritika, l-istabbiltà ekonomika u l-privatezza diġitali.

Għaliex it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà huwa essenzjali

Theddida ċibernetika hija kwalunkwe attività malizzjuża li għandha l-għan li tikkomprometti l-integrità, il-kunfidenzjalità jew id-disponibbiltà ta' sistemi, networks jew data diġitali.

It-theddid ċibernetiku qed ikompli jiżdied madwar l-Ewropa u d-dinja. Fl-2020, l-ispiża ekonomika globali taċ-ċiberkriminalità laħqet id-doppju tal-livell tal-2015.

L-attakki ċibernetiċi mhux biss qed jiżdiedu fil-volum iżda qed jevolvu wkoll fil-kumplessità, hekk kif il-kriminali issa jużaw tekniki avvanzati, inkluża l-intelliġenza artifiċjali (IA) ġenerattiva, biex jagħmlu l-attakki tagħhom aktar diffiċli biex jiġu identifikati u miġġielda.

Kif l-UE tiġġieled iċ-ċiberkriminalità

Kif l-UE tiġġieled iċ-ċiberkriminalità

Theddid ċibernetiku kbir li għandu impatt fuq l-UE

L-attakki qed isiru aktar sofistikati u varjati, immirati lejn firxa wiesgħa ta' setturi. Skont l-aġenzija tal-UE għaċ-ċibersigurtà (ENISA), dan huwa t-theddid ċibernetiku ewlieni li bħalissa qed jaffettwa lill-UE:

theddid għad-disponibbiltà

attakki mmirati lejn id-disponibbiltà ta' sistema jew servizz permezz tal-eżawriment tar-riżorsi jew tagħbija żejda fuq l-infrastruttura tan-network

ransomware

attakki li jieħdu kontroll ta' assi, jitolbu riskatt sabiex jingħata lura l-aċċess jew biex jipprevjenu l-esponiment tad-data

theddid għad-data

aċċess mhux awtorizzat għal data sensittiva, kunfidenzjali jew protetta li għandha l-għan li timmanipula, tiżvela jew teqred informazzjoni

inġinerija soċjali 

tattiċi manipulattivi li jqarrqu bil-vittmi sabiex jagħmlu żbalji kritiċi jew jagħtu informazzjoni sensittiva

malware

software malizzjuż imfassal biex jinfiltra sistemi, jikkawża danni, ifixkel servizzi u jisraq data

attakki fuq il-katina tal-provvista

attakki li jkollhom fil-mira organizzazzjoni permezz tal-vulnerabbiltajiet fil-katina tal-provvista tagħha, b'effetti kaskata potenzjali

It-theddid għad-disponibbiltà jammonta għal 46% tat-theddid ċibernetiku

It-theddid għad-disponibbiltà, ir-ransomware u t-theddid għad-data huma l-aktar theddid ċibernetiku prominenti fl-UE.

 

Verżjoni testwali

Theddid għad-disponibbiltà - 46%

Ransomware - 27%

Theddid għad-data - 16%

Ieħor - 11%

L-atturi ewlenin wara l-attakki ċibernetiċi

L-atturi tat-theddid ċibernetiku huma diversi, u jvarjaw primarjament minn gruppi marbuta mal-Istat sa kriminali motivati finanzjarjament, entitajiet privati u hacktivists. Kull grupp għandu metodi u għanijiet distintivi:

  • atturi b'konnessjoni statali
    gruppi assoċjati ma' gvern li jwettqu attakki għal għanijiet politiċi jew strateġiċi, bħal spjunaġġ
  • atturi taċ-ċiberkriminalità
    ifittxu gwadann finanzjarju permezz ta' attakki opportunistiċi, bħall-inġinerija soċjali
  • atturi offensivi tas-settur privat
    entitajiet li jiżviluppaw u jbigħu armi ċibernetiċi, spiss lil gvernijiet u individwi privati
  • hacktivists
    jimpenjaw ruħhom fi tfixkil u hacking għal tibdil politiku jew soċjali, kultant appoġġati minn attur b'konnessjoni statali

Is-setturi l-aktar fil-mira tat-theddid ċibernetiku

Madwar 20% tal-attakki ċibernetiċi huma mmirati lejn organizzazzjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika, settur essenzjali għas-servizzi pubbliċi u s-sigurtà. Dan huwa segwit mis-setturi tat-trasport (11%), tal-finanzi (9%), tal-infrastruttura diġitali (9%), tas-servizzi tan-negozju (8%), tal-pubbliku ġenerali (8%) u tal-manifattura (6%).

Verżjoni testwali

Amministrazzjoni pubblika - 19%

Trasport - 11%

Finanzi - 9%

Infrastruttura diġitali - 9%

Ara wkoll

Ċibersigurtà tal-UE: strateġija u politiki ewlenin

Ċibersigurtà tal-UE: strateġija u politiki ewlenin

Ċibersigurtà: inġinerija soċjali

Ċibersigurtà: inġinerija soċjali

Sikurezza online

Sikurezza online

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025