Skip to content

Il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili f'ċifri

Il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili jgħin lill-pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE jirreaġixxu għal emerġenzi bħal diżastri naturali, kriżijiet tas-saħħa jew kunflitti. Il-pajjiżi jistgħu jitolbu assistenza permezz tal-mekkaniżmu meta xi emerġenza tegħleb l-kapaċitajiet ta' rispons tagħhom.

Il-mekkaniżmu ġie attivat 114-il darba fl-2021 u 102 darba fl-2020, meta mqabbel ma' 20 darba fl-2019. L-għadd ta' attivazzjonijiet fl-2020 u fl-2021 kien l-ogħla fl-istorja tal-mekkaniżmu. Din iż-żieda konsiderevoli kienet dovuta l-aktar għall-pandemija tal-COVID-19.

Attivazzjonijiet tal-mekkaniżmu madwar id-dinja fl-2021

Verżjoni testwali

Il-mappa turi l-84 pajjiż li rċevew assistenza fl-2021 permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi għamlu talba waħda jew tnejn għal assistenza iżda xi wħud għamlu sa erba' talbiet.

Il-pajjiżi huma maqsuma fi tliet kategoriji:

  • attivazzjonijiet relatati mal-COVID-19
  • attivazzjonijiet relatati mal-COVID-19 u tipi oħra ta’ attivazzjonijiet
  • Tipi oħra ta' attivazzjonijiet

Wara talba ta' pajjiż għal assistenza, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'Każ ta' Emerġenza jimmobilizza l-assistenza jew l-għarfien espert. Iċ-ċentru jissorvelja erbgħa u għoxrin siegħa kuljum avvenimenti li jkunu qed iseħħu madwar id-dinja u jiżgura li l-appoġġ ta' emerġenza jintbagħat malajr permezz ta' rabta diretta mal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni ċivili.

Mapep satellitari prodotti mis-Servizz ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus jappoġġaw ukoll l-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili.

Fl-2021, 84 pajjiż u organizzazzjoni internazzjonali (UNICEF) talbu assistenza. Minn total ta' 114-il attivazzjoni, 36 kienu fl-UE u 78 kienu barra mill-UE.

Attivazzjonijiet tal-mekkaniżmu 2007-2021

Verżjoni testwali

Attivazzjonijiet bejn l-2007 u l-2021:

  • 18 fl-2007
  • 20 fl-2008
  • 28 fl-2009
  • 28 fl-2010
  • 18 fl-2011
  • 21 fl-2012
  • 16 fl-2013
  • 18 fl-2014
  • 19 fl-2015
  • 26 fl-2016
  • 32 fl-2017
  • 20 fl-2018
  • 20 fl-2019
  • 102 fl-2020
  • 114 fl-2021

Fl-2020 u l-2021, il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili ntuża l-aktar fil-ġlieda kontra l-COVID-19 u kien jinkludi:

  • 127 attivazzjoni għal tagħmir personali protettiv jew mediku, testijiet dijanjostiċi, timijiet mediċi, mediċini u vaċċini
  • 31 attivazzjoni għar-ripatrijazzjoni ta' ċittadini tal-UE maqbuda barra minn pajjiżhom

Il-mekkaniżmu ġie attivat ukoll biex jgħin lill-pajjiżi jittrattaw diżastri naturali bħal nirien fil-foresti, għargħar, tniġġis tal-baħar, żbroffi vulkaniċi, kundizzjonijiet estremi tat-temp u maltempati.

Attivazzjonijiet tal-mekkaniżmu skont it-tip ta' periklu 2007-2021

Verżjoni testwali

Il-mekkaniżmu ġie attivat bejn l-2007 u l-2019 bħala medja kull sena:

  • 6.5 darbiet għal nirien fil-foresti
  • 3.6 darbiet għal għargħar
  • 2.1 darbiet għal inkwiet ċivili, kunflitti, persuni spostati f'pajjiżhom, refuġjati
  • 1.8 darba għal temp estrem jew maltempati
  • 1.6 darba għal terremoti
  • 1.1 darba għal raġunijiet bijoloġiċi/mediċi
  • 0.6 darba għal appoġġ konsulari
  • 0.4 darba għal tniġġis tal-baħar
  • 0.2 darba għal żbroffi vulkaniċi
  • 4 darbiet għal affarijiet oħra

Fl-2020 il-mekkaniżmu ġie attivat:

  • 58 darba għal raġunijiet bijoloġiċi/mediċi
  • 27 darba għal appoġġ konsulari
  • 7 darba għal temp estrem jew maltempati
  • 3 darbiet għal għargħar
  • 3 darbiet għal inkwiet ċivili, kunflitti, persuni spostati f'pajjiżhom, refuġjati
  • 2 darba għal terremoti
  • darba għal nirien fil-foresti
  • darba għal raġuni oħra

Fl-2021 il-mekkaniżmu ġie attivat:

  • 71 darba għal raġunijiet bijoloġiċi/mediċi
  • 15 darba għal appoġġ konsulari
  • 9 darbiet għal nirien
  • 4 darba għal żbroffi vulkaniċi
  • 4 darba għal tniġġis tal-baħar
  • 3 darbiet għal għargħar
  • 2 darbiet għal inkwiet ċivili, kunflitti, persuni spostati f'pajjiżhom, refuġjati
  • darba għal terremoti
  • 5 darbiet għal raġunijiet oħra

Il-mekkaniżmu għall-protezzjoni ċivili ġie attivat aktar minn 500 darba bejn l-2007 u l-2021. Fl-2020 u l-2021, kien hemm ħames darbiet aktar talbiet għal assistenza meta mqabbel mal-għadd medju ta' talbiet bejn l-2007 u l-2019. Kien hemm żieda ċara fl-attivazzjonijiet għal raġunijiet bijoloġiċi u mediċi u għal appoġġ konsulari meta mqabbla mas-snin preċedenti.

Din iż-żieda hija dovuta l-aktar għall-pandemija tal-COVID-19. Fl-2021, l-appoġġ konsulari għall-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-UE minħabba kunflitti kkontribwixxa wkoll għaż-żieda.

Għal aktar tagħrif: