"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16 ta' Ġunju 2023
Riżultati ewlenin
Din kienet l-aħħar laqgħa tal-Kunsill fil-formazzjoni tal-Ecofin taħt il-presidenza Żvediża. Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja, għaddiet ir-responsabbiltà għall-kwistjonijiet tal-Ecofin lill-kontroparti Spanjola tagħha Nadia Calviño
Tassazzjoni: il-VAT fl-era diġitali
Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar dan il-pakkett leġiżlattiv u taw gwida politika dwar għadd ta' kwistjonijiet ewlenin li s'issa kienu s-suġġett ta' diskussjonijiet fil-livell tal-esperti tal-istati membri.
Is-sistemi tagħna ta' ġbir tal-VAT jeħtieġ li jlaħħqu mat-tranżizzjoni diġitali, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu l-frodi tat-taxxa b'mod effettiv. L-approċċ tagħna għal dan il-fajl kien li nimminimizzaw il-frizzjonijiet fis-suq intern u l-piż amministrattiv bla bżonn, kemm għan-negozji kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Nilqa' l-appoġġ tal-ministri.
Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja
Il-Kunsill kellu skambju ta fehmiet dwar ir-riforma proposta tal-qafas tal- governanza ekonomika. Fl-14 ta' Marzu, il-Kunsill kien qabel dwar l-orjentazzjonijiet għal din ir-riforma.
Huwa importanti li l-prijoritajiet tal-Kunsill minn Marzu jibqgħu l-element gwida matul in-negozjati. Dan ġie enfasizzat mill-ministri fid-diskussjonijiet tal-lum.
Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja
Il-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE huwa sett ta' regoli komuni għall-politiki fiskali u ekonomiċi nazzjonali li japplikaw għall-istati membri kollha. Dan kien strumentali fis-salvagwardja tal-istabbiltà makroekonomika u t-tkabbir fl-Unjoni u għen lill-istati membri jilħqu l-għanijiet tal-politika ekonomika u fiskali tagħhom. Dawn ir-regoli komuni jservu biex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u jippromwovu l-konverġenza filwaqt li jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi.
Orjentazzjonijiet tal-Kunsill għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE (Infografika)
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Il-Kunsill adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tapprova pjan emendat għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Estonja. Il-pjan tal-Estonja issa huwa l-ewwel pjan nazzjonali li jinkludi kapitlu dwar REPowerEU.
Matul l-2023, huwa mistenni li gradwalment kull wieħed mis-27 stat membru ser jippreżenta pjanijiet riveduti għall-irkupru u r-reżiljenza biex jaċċessa l-għotjiet il-ġodda tar-REPowerEU, biex jitlob self disponibbli, biex iqis l-allokazzjoni aġġornata tal-RRF, jew biex jitlob it-trasferiment ta' fondi minn programmi oħra.
Il-Kunsill approva r-rakkomandazzjonijietspeċifiċi għall-pajjiżi dwar il-programmi nazzjonali ta' riforma tal-2023 u ta l-opinjonijiet tiegħu dwar il-programmi aġġornati ta' stabbiltà jew ta' konverġenza. Il-ministri approvaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill bil-ħsieb li jibagħtuhom lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni tiegħu.
Ninsab kuntenta ħafna li llum ilħaqna qbil dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. Dan ser ikompli javvanza l-objettiv ġenerali tagħna li nżidu t-tkabbir u nsaħħu r-reżiljenza tagħna. Minħabba l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, l-iżgurar tar-reżiljenza tal-ekonomiji tagħna u t-twettiq ta' politiki fiskali responsabbli huma fundamentali.
Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja
Introdott fl-2011, is-Semestru Ewropew jippermetti lill-istati membri tal-UE jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi, fiskali u tal-impjiegi tagħhom matul is-sena u jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi li tiffaċċa l-UE.
Konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
Il-ministri ddiskutew l-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huma ffukaw b'mod partikolari fuq is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-UE għall-Ukrajna.
Matul l-2023, biex tkompli tappoġġa lill-Ukrajna, l-UE qed tipprovdi pakkett ta' appoġġ bla preċedent imsejjaħ l-istrument ta' assistenza makrofinanzjarja plus (AMF +) li jammonta sa €18 biljun, fil-forma ta' self aġevolanti ħafna, li minnhom €7.5 biljun diġà ġew żborżati lill-Ukrajna f'segmenti ta' €1.5 biljun kull xahar. L-iżborż tas-segment li jmiss (€1.5 biljun) huwa ppjanat għal aktar tard f'Ġunju.
Il-ministri taw gwida għal aktar ħidma fir-rigward tat-tħejjija tal-laqgħa tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali mill-14 sat-18 ta' Lulju 2023.
Il-laqgħat tal-G20 tal-ministri tal-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali jipprovdu forum għall-pajjiżi ewlenin fis-sistema finanzjarja internazzjonali biex jiddiskutu kwistjonijiet ekonomiċi internazzjonali ewlenin u jikkoordinaw it-tkabbir stabbli u sostenibbli tal-ekonomija globali.
Tassazzjoni tal-intrapriżi: Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta
Il-Kunsill approva l-konklużjonijiet dwar il-progress li sar mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta matul il-presidenza Żvediża (minn Jannar sa Ġunju 2023).
Rapport lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa
Il-Kunsill approva r-rapport ta' kull sitt xhur tal-Ecofin lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa. Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-progress li sar fil-Kunsill matul il-mandat tal-presidenza Żvediża, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-aktar fajls importanti li qed jiġu nnegozjati fil-qasam tat-tassazzjoni.
Bħala punt mingħajr diskussjoni, il-Kunsill ħa nota tat-tmien rapport ta' progress fl-implimentazzjoni tal-74 proposta komuni approvati mill-kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta' Diċembru 2016 u l-5 ta' Diċembru 2017. Ir-rapport jelabora dwar il-progress miksub bejn Ġunju 2022 u Mejju 2023, u jenfasizza l-progress tanġibbli fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni.
Bħala punt mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar abbozz ta' liġi li testendi l-iskadenza li ser tippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament għal ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar. Billi r-riżervi tar-rescEU – li ser jinkludu flotta ta' ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar – ma jistgħux jitlestew qabel tmiem l-2024, il-perjodu tranżitorju li jippermetti lill-Kummissjoni tiffinanzja lill-istati membri biex jallokaw kapaċitajiet nazzjonali tat-tifi tan-nar mill-ajru għandu jiġi estiż.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.