"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 27 ta' Novembru 2023
Punti ewlenin fuq l‑aġenda
We will soon sign the modernised EU-Chile agreement. This means another step forward in our relations with Latin America. And through the EU-New Zealand free trade agreement, we will also strengthen links with one of our closest partners in the Indo-Pacific region and in the world.
Xiana Méndez, Spanish Secretary of State for Trade
It-13-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
Il-Kunsill Affarijiet Barranin, fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ, ser jiddiskuti s-sitwazzjoni attwali tat-tħejjijiet għat-13-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li hija skedata li ssir mis-26 sad-29 ta' Frar 2024 f'Abu Dhabi.
Kummerċ UE-Stati Uniti: fatti u ċifri (Infografika)
Affarijiet oħra
Il-ministri ser jiġu infurmati wkoll dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politika kummerċjali tal-UE abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni li għandu jiġi ppubblikat sa dak iż-żmien.
Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ser jiddiskutu s-sitwazzjoni attwali tan-negozjati kummerċjali li għaddejjin u l-ftehimiet diġà nnegozjati u li għadhom pendenti.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.