- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 5 u 6 ta' Ġunju 2014
Il-Kunsill jiddiskuti l-ġellieda barranin Ewropej
Fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fil-5 u s-6 ta' Ġunju, il-ministri ddiskutew il-kwistjoni tal-ġellieda barranin Ewropej u dawk minnhom li jirritornaw lejn pajjiżhom minn perspettiva tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq rapport imħejji mill-koordinatur għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, bil-kooperazzjoni tal-Kummissjoni u s-SEAE. Dan id-dokument jiddeskrivi l-ħidma li saret s'issa fl-erba' oqsma ta' prijorità definiti mill-Kunsill f'Diċembru 2013 u jinkludi proposti ġodda għal azzjoni.
Il-ministri laqgħu r-rapport u enfasizzaw l-importanza ta' din il-kwistjoni, kif deher ċar wara l-attakk reċenti fil-Mużew tal-Lhud fi Brussell. Huma appellaw għal aktar kooperazzjoni fost l-atturi kollha, speċjalment fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, u biex il-miżuri l-ġodda proposti jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli. Enfasizzaw ukoll il-ħtieġa għal involviment kontinwu ma' pajjiżi terzi f'din il-kwistjoni.
Fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Kunsill adotta wkoll l-istrateġija riveduta tal-UE għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għat-terroriżmu. L-għan ewlieni ta' din l-istrateġija huwa li twaqqaf milli tinbet ġenerazzjoni ġdida ta' terroristi.
Task Force għall-Mediterran
Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattivi identifikati mit-Task Force. Il-Kunsill għaraf li s-sitwazzjoni fil-Mediterran hija ta' tħassib kbir, u ħa nota tal-proposti li saru mill-aktar stati membri esposti għal dawn il-flussi migratorji, filwaqt li stieden lill-korpi preparatorji tal-Kunsill biex jeżaminawhom.
L-ippjanar leġislattiv u operazzjonali aktar mifrux fir-rigward tal-migrazzjoni u l-asil ser jiġi diskuss mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu li jmiss, bħala parti mil-linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp futur tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.
Żvilupp futur tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja
Il-ministri kellhom l-aħħar dibattitu tagħhom dwar l-iżvilupp futur tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Issa l-Presidenza ser tibgħat ittra lill-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, li tirrifletti l-pożizzjonijiet tal-Kunsill.
Din l-ittra ser isservi ta' kontribut sabiex, matul il-laqgħa tiegħu li jmiss, il-Kunsill Ewropew jilħaq qbil dwar il-linji gwida strateġiċi għall-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.
Protezzjoni tad-data
Il-Kunsill laħaq qbil dwar approċċ ġenerali parzjali għal kwistjonijiet speċifiċi tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi l-ambitu territorjali (Artikolu 3(2)) u t-trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali (Kapitolu V). Il-ministri komplew jiddiskutu wkoll il-"mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz".
Il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposta għal direttiva dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar ta' data personali għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali.
Punti ewlenin oħra fuq l-aġenda
Il-ministri adottaw konklużjonijiet dwar rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni mħejji mill-Kummissjoni u laħqu approċċ ġenerali dwar bosta proposti leġislattivi:
- regolament dwar l-Europol
- direttiva dwar salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali
- regolament li jemenda r-regolament tal-Kunsill dwar il-proċedimenti ta' insolvenza
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
Ebda laqgħa
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025