- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 08-09/03/2018, 8 u 9 ta' Marzu 2018
Riżultati ewlenin
Affarijiet Interni - il-Ħamis 8 ta' Marzu
Kooperazzjoni mal-Balkani tal-Punent dwar is-sigurtà
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-kooperazzjoni mal-Balkani tal-Punent fil-qasam tas-sigurtà interna u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, abbażi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar.
Huma ffukaw fuq kif iżidu l-involviment tal-istati membri mal-Balkani tal-Punent u fejn għandha tiġi ffukata l-azzjoni ta' segwitu. Il-ministri enfasizzaw ukoll għadd ta' riżultati tanġibbli possibbli fuq perijodu qasir.
Is-sigurtà fil-Balkani tal-Punent għandha impatt dirett fuq is-sigurtà fl-UE. Aħna impenjati li nikkooperaw aħjar mar-reġjun biex niġġieldu t-theddid mill-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u b'hekk insaħħu s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Valentin Radev, ministru għall-intern tal-Bulgarija
Ir-riżultat ta' din id-diskussjoni ser jikkontribwixxi għas-summit li jmiss bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, li ser isir f'Sofija fis-17 ta' Mejju. Il-Presidenza ħabbret ukoll l-intenzjoni tagħha li f'Ġunju ssejjaħ laqgħa mas-sħab mill-Balkani tal-Punent fil-livell ta' uffiċjali għolja.
Interoperabbiltà
Il-ministri ddiskutew il-proposti tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE. Dawn il-proposti għandhom l-għan li jtejbu t-tfittxija u t-tqabbil tad-data disponibbli fis-sistemi tal-informazzjoni tal-UE.
Il-ministri ffukaw fuq jekk il-komponenti tal-interoperabbiltà proposti jindirizzawx b'mod adegwat il-bżonnijiet, jekk għandhiex tiġi pprovduta koordinazzjoni fil-livell tal-UE biex l-implimentazzjoni titħejja fil-livell nazzjonali, jekk għandux jitqies kwalunkwe element addizzjonali, u jekk il-Kummissjoni u l-istati membri għandhomx jeżaminaw il-fattibbiltà ta' elementi oħra biex jindirizzaw il-lakuni li fadal fl-informazzjoni u jikkontribwixxu biex jitlesta l-ambjent ta' interoperabbiltà.
Wara din id-diskussjoni, l-eżami tal-proposti ser ikompli f'livell tekniku.
Punti oħra
Waqt l-ikel, il-ministri ddiskutew kif jista' jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku fuq l-internet bl-aktar mod effettiv. Huma enfasizzaw l-importanza li tkompli l-ħidma fuq id-diversi miżuri fis-seħħ u li jiġi żgurat li l-kumpaniji l-kbar tal-internet jżommu kelmithom.
Il-Kunsill ħatar ukoll lil Catherine De Bolle mill-Belġju bħala d-Direttur Eżekuttiv tal-Europol li jmiss.
Ġustizzja - il-Ġimgħa 9 ta' Marzu
Direttiva dwar il-frodi mhux bi flus kontanti
Il-ministri qablu dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar id-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-mezzi ta' ħlas mhux bi flus kontanti. Id-direttiva ser tistabbilixxi qafas legali ċar, robust u newtrali mil-lat teknoloġiku sabiex jiġu miġġielda l-frodi tal-mezzi ta' ħlas elettroniċi u diġitali bħall-kartieri elettroniċi, pagament b'mezz mobbli, kards tal-banek jew muniti virtwali.
Il-frodi b'kards tal-kreditu jew ix-xiri fuq l-internet qed tiżdied b'rata mgħaġġla. Dan it-tip ta' frodi mhux biss jintuża biex jiġu ffinanzjati gruppi kriminali iżda wkoll jiddgħajjef l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali peress li ċ-ċittadini jżommu aktar lura milli jixtru fuq l-internet. Jeħtieġ li dan inwaqqfuh u li nibagħtu messaġġ ċar lill-frodaturi li mhux ser ikunu jistgħu aktar jisfruttaw lakuni bejn l-istati membri. Issa ser ikollna regoli komuni li ser ikunu robusti u li jiżguraw kastig għal imġiba frodulenti. Tsetska Tsacheva, ministru għall-Ġustizzja tal-Bulgarija
Evidenza elettronika
Il-ministri affermaw mill-ġdid l-importanza tal-istabbiliment ta' qafas legali għall-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika u ħeġġew lill-Kummissjoni biex tiffinalizza l-proposta tagħha b’mod urġenti. Il-Kummissjoni ħadet l-impenn li tippreżentaha f'April.
Il-ministri ddiskutew ukoll l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, fl-Istati Uniti u fil-Kunsill tal-Ewropa b'mod partikolari, u ssottolinjaw il-ħtieġa li jittieħed kont tagħhom f'leġislazzjoni futura tal-UE.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
Il-Kunsill ingħata informazzjoni aġġornata mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regolament dwar l-UPPE.
L-istati membri affermaw mill-ġdid ix-xewqa tagħhom li jkunu involuti mill-qrib fl-istabbiliment prattiku tal-UPPE kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn l-UPPE u korpi oħra bħall-Eurojust, l-OLAF u l-Europol. Matul id-dibattitu, Malta infurmat bl-intenzjoni tagħha li tingħaqad mal-UPPE.
L-UPPE ser ikollu l-awtorità, taħt ċerti kondizzjonijiet, li jinvestiga u jmexxi l-prosekuzzjoni b'rabta mal-frodi fil-konfront tal-UE u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Hu ser jgħaqqad l-isforzi relatati mal-infurzar tal-liġi fuq livell nazzjonali u dak Ewropew fil-ġlieda kontra l-frodi fil-konfront tal-UE.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Aġenda proviżorja, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 08-09 ta' Marzu 2018
- Lista ta' punti A, deliberazzjoni leġislattiva, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 08-09 ta' Marzu 2018
- Lista ta' Punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 08-09 ta' Marzu 2018
- Programm indikattiv
- Nota ta' informazzjoni
Stqarrijiet għall-istampa
- Ġlieda kontra l-frodi b'mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti: Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 09/03/2018
- Distribuzzjoni tal-assigurazzjoni: il-Kunsill jipposponi l-applikazzjoni ta' regoli ġodda
- 09/03/2018
- Europol: Il-Kunsill jaħtar lil Catherine De Bolle bħala Direttur Eżekuttiv
- 08/03/2018
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025