"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet interni, 12 ta' Marzu 2021

Riżultati ewlenin

Reżiljenza ta' entitajiet kritiċi

Il-ministri għall-affarijiet interni ddiskutew il-proposta għal direttiva biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali, bħas-saħħa, it-trasport u l-ilma tax-xorb, fl-UE. Il-ministri qasmu l-fehmiet preliminari tagħhom dwar il-proposta tal-Kummissjoni ppreżentata f'Diċembru 2020.

Eduardo Cabrita, Ministru għall-Intern tal-Portugall
Il-pandemija attwali tal-COVID-19 reġgħet poġġiet fuq quddiem nett l-interdipendenza tas-soċjetajiet tagħna. Huwa biss jekk naħdmu flimkien li niżguraw li s-servizzi kritiċi għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħna jkunu reżiljenti u lesti jifilħu għal kwalunkwe sfida futura, kemm jekk dawn huma pandemija futura, attakk terroristiku jew l-effetti tat-tibdil fil-klima. Illum, il-ministri wrew l-impenn tagħhom li jpoġġu din ir-rieda f'azzjoni konkreta billi jagħtu mandat lill-Presidenza biex tkompli l-ħidma fuq din id-direttiva importanti.
Eduardo Cabrita, Ministru għall-Intern tal-Portugall
Eduardo Cabrita, Ministru għall-Intern tal-Portugall

Il-ministri b'mod ġenerali kienu tal-fehma li aġġornament tal-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam huwa meħtieġ, b'mod partikolari biex jiżdied l-għadd ta' setturi koperti. Għadd ta' stati membri enfasizzaw ukoll l-importanza li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni mill-ħarsien tal-infrastruttura għall-kunċett usa' ta' reżiljenza tal-entitajiet, inkluż il-kapaċità ta' rkupru u l-kontinwità tal-operat.

Matul id-diskussjoni kien hemm kunsens wiesa' dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-rabta bejn iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà fiżika u li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn din il-proposta u l-abbozz ta' direttiva dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà madwar l-UE, li bħalissa qed jiġi diskuss ukoll. Barra minn hekk, ħafna stati membri enfasizzaw li l-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli komuni minimi fil-livell tal-UE kellha tiġi bbilanċjata mar-responsabbiltà primarja tal-istati membri fuq is-sigurtà nazzjonali. Fl-aħħar nett, xi stati membri enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn approċċ komuni u ċerta flessibbiltà li tieħu kont tad-differenzi fl-istrutturi nazzjonali.

Il-ħidma dwar din il-proposta issa ser tkompli fuq livell tekniku.

Patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil

- Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar ir-ritorn u r-riammissjoni

Il-ministri ddiskutew l-aspetti esterni tal-migrazzjoni, abbażi ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni u l-valutazzjoni tal-kooperazzjoni ta' pajjiżi terzi dwar ir-riammissjoni bħala parti mill-mekkaniżmu l-ġdid tal-kodiċi tal-viża.

Il-ministri tennew l-importanza ta' kooperazzjoni effettiva dwar ir-ritorn u r-riammissjoni bħala parti mill-involviment usa' ma' pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni. Huma qablu li l-ħidma f'dan il-qasam għandha tkompli rapidament bil-ħsieb li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ewlenin malajr kemm jista' jkun. Il-Presidenza issa ser tmexxi l-ħidma 'l quddiem fil-livell tekniku abbażi ta' din id-diskussjoni.

- Patt dwar il-migrazzjoni u ażil

Il-presidenza aġġornat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati fir-rigward tal-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Għaddejja ħidma fuq il-firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet koperti mill-patt f'livelli differenti.

Fil-livell politiku, il-Presidenza indikat l-intenzjoni tagħha li tikkonċentra fuq xi wħud mill-kwistjonijiet politiċi ewlenin identifikati f'diskussjonijiet preċedenti, inkluż id-dimensjoni esterna, il-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE u s-solidarjetà u r-responsabbiltà. Fil-livell tekniku, il-ħidma qed tavvanza fuq l-istrumenti marbuta mad-dimensjoni interna tal-migrazzjoni. Id-diskussjonijiet dwar xi wħud minn dawn l-istrumenti diġà jinsabu fi stadju avvanzat, b'mod partikolari l-aġenzija għall-ażil tal-UE u d-direttiva dwar il-karta blu.

Kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, abbażi ta' proposta tal-Presidenza biex jitnieda djalogu politiku dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni ma' pajjiżi f'dan ir-reġjun, iffukat fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni operattiva. Il-Presidenza tipproponi li jiġu inklużi l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk, u fit-tieni stadju l-pajjiżi fuq il-Kosta tal-Punent tal-Afrika u fir-reġjun tas-Saħel.

Il-maġġoranza tal-istati membri tkellmu biex jappoġġaw l-inizjattiva, u wrew kunsens wiesa' favur l-inizjattiva tal-Presidenza. Diversi stati membri indikaw il-ħtieġa għal koerenza mal-qafas ta' politika u l-formati ta' kooperazzjoni eżistenti bħad-djalogi settorjali. Dwar is-suġġetti, maġġoranza ta' stati membri appellaw biex jikkonċentraw fuq il-migrazzjoni, oħrajn semmew ukoll is-sigurtà (inkluż il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata). Il-Presidenza ħabbret l-intenzjoni tagħha li torganizza laqgħa ministerjali mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq f'Mejju.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025