Skip to content

Kronoloġija - Summits internazzjonali li jindirizzaw l-intelliġenza artifiċjali

Is-summits internazzjonali jenfasizzaw b'mod konsistenti l-ħtieġa għal regolamentazzjoni globali armonizzata dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA) biex titrawwem l-innovazzjoni, jiġu protetti d-drittijiet tal-popli u jiġu ġestiti r-riskji. L-att tal-UE dwar l-IA, l-ewwel liġi fid-dinja dwar l-intelliġenza artifiċjali, spiss jiġi mfaħħar bħala mudell, li jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-kunsiderazzjonijiet etiċi fl-iżvilupp u l-użu tal-IA.

  • 2024

    3 u 4 ta' Lulju

    Is-summit dinji tal-Indja dwar l-IA jafferma mill-ġdid l-impenn għat-trawwim ta' intelliġenza artifiċjali affidabbli

    Il-mexxejja minn madwar id-dinja, inkluż l-UE, irrikonoxxew l-opportunitajiet u r-riskji assoċjati mal-IA u ħabbru sħubija mal-OECD biex tavvanza l-governanza tal-IA.

  • 2024

    13-15 ta' Ġunju

    Is-summit tal-G7 jimpenja ruħu li jippromwovi intelliġenza artifiċjali sikura, sigura u affidabbli

    Il-G7 ħabbar pjan ta' azzjoni għall-IA fuq il-post tax-xogħol u biħsiebu joħloq marka li tappoġġa kodiċi ta' kondotta internazzjonali għall-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw sistemi avvanzati tal-IA.

  • 2024

    21 u 22 ta' Mejju

    Is-summit ta' Seoul dwar l-IA jaqbel dwar id-definizzjoni tal-limiti tar-riskju tal-intelliġenza artifiċjali

    L-UE u għaxar pajjiżi oħra qablu li jniedu network ta' istituti tas-sikurezza tal-IA, filwaqt li kumpaniji tat-teknoloġija ewlenin impenjaw ruħhom li jtejbu l-ġestjoni tar-riskju u t-trasparenza.

  • 2023

    23 u 24 ta' Novembru

    Is-summit UE-Kanada jniedi sħubija diġitali

    L-UE u l-Kanada nedew sħubija diġitali biex japprofondixxu l-kooperazzjoni lejn ekonomija u soċjetà pożittivi u bil-bniedem fil-qalba tagħhom b'enfasi fuq l-intelliġenza artifiċjali, fost affarijiet oħra.

  • 2023

    1 u 2 ta' Novembru

    AI safety summit commits to addressing advanced artificial intelligence risks

    The EU and 27 countries across the world emphasised the transformative potential of AI, and committed to global cooperation in managing the risks associated with AI and to developing safe, human-centric AI.

  • 2023

    20 ta' Ottubru

    Is-summit UE-Stati Uniti jwiegħed li jsegwi approċċ għall-intelliġenza artifiċjali bil-bniedem fil-qalba tiegħu

    Il-mexxejja impenjaw ruħhom li jippromwovu approċċ għall-IA bil-bniedem fil-qalba tiegħu

  • 2023

    9 u 10 ta' Settembru

    G20 summit commits to balanced, pro-innovation regulation of artificial intelligence

    G20 leaders agreed to pursue a pro-innovation regulatory approach that maximises the benefits and takes into account the risks associated with the use of AI.

  • 2023

    13 ta' Lulju

    Is-summit UE-Ġappun iħeġġeġ djalogu dinji għal IA affidabbli

    Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun ħeġġew diskussjoni internazzjonali dwar il-governanza tal-intelliġenza artifiċjali bil-ħsieb li tinkiseb intelliġenza artifiċjali affidabbli.

  • 2023

    22 ta' Mejju

    Is-summit UE-Repubblika tal-Korea jilqa' b'sodisfazzjon is-sħubija diġitali

    Il-mexxejja laqgħu b'sodisfazzjon it-tnedija tas-sħubija diġitali bejn l-UE u l-Korea t'Isfel f'Novembru 2022, li trawwem kollaborazzjoni dwar is-semikondutturi, in-networks mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-computing kwantistiku u ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, u r-regolamentazzjoni tal-pjattaformi online u diġitali.

  • 2022

    12 ta' Mejju

    Is-summit UE-Ġappun iniedi sħubija diġitali

    Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun nedew sħubija diġitali biex javvanzaw il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet diġitali u biex jgħinu sabiex tiġi żgurata trasformazzjoni diġitali ta' suċċess. Is-sħubija ser tgħin lill-UE u lill-Ġappun jiksbu l-għanijiet kondiviżi tagħhom f'oqsma ewlenin, inkluż l-intelliġenza artifiċjali.

  • 2022

    1 ta' April

    Is-summit UE-Ċina jenfasizza l-importanza ta' IA affidabbli u etika

    L-UE qajmet l-importanza ta' ambjent trasparenti u kompetittiv għall-ekonomija diġitali, kif ukoll użi affidabbli u etiċi tal-intelliġenza artifiċjali.

  • 2021

    14 ta' Ġunju

    Is-summit UE-Kanada jsaħħaħ il-kollaborazzjoni diġitali

    L-UE u l-Kanada japprofondixxu l-kooperazzjoni diġitali permezz tad-djalogu diġitali bejn il-Kanada u l-UE u s-sħubija globali dwar l-intelliġenza artifiċjali (GPAI).

  • 2021

    27 ta' Mejju

    Is-summit UE-Ġappun jafferma mill-ġdid il-ħidma konġunta dwar l-intelliġenza artifiċjali

    L-UE u l-Ġappun ikkonfermaw il-kollaborazzjoni tagħhom biex jippromwovu standards dinjija u approċċi komprensivi għall-politika u t-teknoloġiji diġitali. L-UE kkonfermat li ser taħdem mal-Ġappun fuq teknoloġiji emerġenti, materjali kritiċi, 5G u 6G, l-intelliġenza artifiċjali, id-data, u l-pjattaformi.

  • 2021

    8 ta' Mejju

    Il-laqgħa tal-mexxejja tal-UE u tal-Indja għandha l-għan li tniedi kollaborazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali

    Il-mexxejja esprimew ir-rieda tagħhom li jniedu l-ħidma tat-task force konġunta dwar l-IA.

  • 2020

    29 ta' Ottubru

    Il-laqgħa tal-mexxejja tal-UE u tal-Kanada tisħaq fuq il-kollaborazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali

    Il-mexxejja enfasizzaw il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Kanada dwar it-trasformazzjoni diġitali, u dwar l-użu tal-IA u t-teknoloġiji diġitali biex jiġi appoġġat l-irkupru mill-COVID-19.

  • 2020

    30 ta' Ġunju

    Republic of Korea-EU leaders' meeting discusses ethical artificial intelligence

    Both sides discussed matters relating to innovation and cooperation in the digital technologies sector, including the ethical implementation of artificial intelligence and secure cross border data flows.

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025