"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 24 ta' Jannar 2022

Riżultati ewlenin

Is-sitwazzjoni tas-sigurtà Ewropea

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
L-aktar punt importanti hu li kkonfermajna mill-ġdid l-unità qawwija u l-approċċ magħqud tagħna dwar l-isfidi għas-sigurtà Ewropea. L-għaqda tagħna hija s-saħħa tagħna, u ma hemm l-ebda dubju fil-Kunsill dwar dan.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill Affarijiet Barranin ġie aġġornat dwar l-aħħar żviluppi fit-tisħiħ tal-forzi militari tar-Russja madwar l-Ukrajna u kellu diskussjoni dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà Ewropea, li kopriet ukoll is-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-Każakistan.

Fil-kuntest ta' din id-diskussjoni, il-ministri kellhom l-opportunità li jaqsmu fehmiethom informalment permezz ta' vidjokonferenza mas-Segretarju tal-Istat tal-Istati UnitiAntony Blinken.

Il-Kunsill approva wkoll konklużjonijiet dwar il-kwistjoni. Il-konklużjonijiet jissottolinjaw li t-tentattivi tar-Russja li terġa' toħloq linji diviżorji fil-kontinent Ewropew idgħajfu l-pedamenti u l-prinċipji ewlenin li fuqhom hija mibnija s-sigurtà Ewropea, u jġibu lura memorji koroh ta' żoni ta' influwenza li ma hemmx lok għalihom fis-seklu 21. Il-Kunsill jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ u indiskutibbli tiegħu lill-Ukrajna u jiċċara li kwalunkwe aggressjoni militari ulterjuri kontra l-Ukrajna ser ikollha konsegwenzi enormi u kosti kbar.

Il-ministri qablu li l-UE għandha tkompli bl-isforzi diplomatiċi biex tikkonvinċi lir-Russja tagħżel it-triq tad-djalogu, u inkarigaw lir-Rappreżentant Għoli biex ikompli jikkoordina l-pożizzjoni tal-UE ma' sħab ewlenin bħall-Istati Uniti, in-NATO u l-OSKE. Fl-istess ħin, l-UE ser tkompli tiġġieled kontra d-diżinformazzjoni.

Filwaqt li l-ewwel għażla hija d-djalogu, ir-Rappreżentant Għoli għamilha ċara li l-ħidma fuq it-tħejjija ta' reazzjonijiet għal aggressjoni potenzjali Russa kienet avvanzata, u qed tiġi segwita f'koordinazzjoni ma' sħab ewlenin.

Fl-aħħar nett, l-UE ser iżżid l-isforzi tagħha biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ukrajna u sħab oħra permezz ta' pakkett ta' assistenza finanzjarja li jikkonsisti f'self u għotjiet ta' emerġenza, appoġġ kontra t-theddid ċibernetiku u ibridu, u appoġġ għas-sigurtà u d-difiża, inkluż permezz tar-riforma tas-settur tal-edukazzjoni militari tal-Ukrajna.

Sirja

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar is-Sirja abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Geir Pedersen.

Wara aktar minn deċennju, il-kunflitt fis-Sirja għadu 'l bogħod milli jintemm u għadu sors ta' tbatija u instabbiltà.

Il-Kunsill tenna l-appell tiegħu għal soluzzjoni politika u enfasizza li l-ebda normalizzazzjoni, tneħħija tas-sanzjonijiet jew rikostruzzjoni ma tkun possibbli sakemm ir-reġim Sirjan ma jkunx involut fi tranżizzjoni politika. Il-ministri għal darb'oħra talbu li r-reġim u l-alleati tiegħu jimpenjaw ruħhom lejn l-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 2254 tal-KSNU.

L-UE ser taħdem ma' sħab tal-istess fehma, inkluż il-Lega Għarbija, biex tgħin lill-poplu Sirjan u tmexxi l-proċess politiku 'l quddiem. Qed tippjana li torganizza s-sitt Konferenza ta' Brussell f'Mejju 2022, biex tiġġenera finanzjament għall-poplu Sirjan u għall-komunitajiet li jospitaw ir-refuġjati, biex tagħti vuċi lis-soċjetà ċivili Sirjana, u biex iżżid il-momentum għal soluzzjoni politika għall-kunflitt.

Libja

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar l-aħħar żviluppi fil-Libja, b'mod partikolari l-posponiment tal-elezzjonijiet nazzjonali, li kienu skedati li jsiru fl-24 ta' Diċembru 2021.

Il-pajjiż jinsab f'salib it-toroq importanti u l-UE tibqa' impenjata li tappoġġa lil-Libjani biex jorganizzaw elezzjonijiet ħielsa, ġusti, inklużivi u kredibbli malajr kemm jista' jkun.

Il-ministri kkonfermaw il-prijoritajiet tal-UE - il-Libjani għandhom id-dritt li jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom permezz ta' elezzjonijiet u l-pajjiż għandu jinħeles mill-preżenza armata barranija kollha - u ħeġġew lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jaqblu dwar it-triq 'il quddiem biex il-Libjani jingħataw il-possibbiltà li jivvutaw f'elezzjonijiet.

Ir-rappreżentant Għoli ħabbar ukoll li ser tiġi vvalutata l-possibbiltà li tintbagħat missjoni ta' osservazzjoni elettorali, ladarba l-Libjani jkunu ddeċidew dwar kalendarju elettorali ġdid.

Ġrajjiet Kurrenti

Fir-rigward tal-Mali, il-ministri kkundannaw il-preżenza hemmhekk tal-grupp Wagner, u d-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet tal-Mali li jkollhom perjodu ta' tranżizzjoni itwal ta' erba' snin.

Ir-Rappreżentant Għoli ħabbar li kien hemm qbil politiku biex jiġu adottati sanzjonijiet kontra dawk li jfixklu t-tranżizzjoni, b'solidarjetà mad-deċiżjoni meħuda reċentement mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS).

Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li l-UE kienet qed issegwi mill-qrib ħafna l-iżviluppi fil-Burkina Faso, esprima tħassib dwar id-detenzjoni tal-President Kaboré u l-preżenza ta' suldati armati fil-kwartieri ġenerali tal-istazzjon tar-radju u tat-televiżjoni nazzjonali, u appella għar-rispett tal-Kostituzzjoni u l-ħelsien tal-President Kaboré.

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill approva konklużjonijiet li japprovaw il-prijoritajiet il-ġodda għall-perjodu 2022-2024 fi ħdan is-sħubija strateġika NU-UE dwar l-operazzjonijiet ta' paċi u l-ġestjoni ta' kriżijiet.

Il-Kunsill approva wkoll konklużjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2022.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025