- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 24 ta' Ottubru 2023
Riżultati ewlenin
Emendar tar-Regolament Nru 1/1958
Il-ministri evalwaw il-progress li sar fuq it-talba minn Spanja biex il-Katalan, il-Bask u l-Galizjan jiġu inklużi fir-Regolament Nru 1/1958, li jirregola r-reġim tal-lingwi tal-UE.
It-talba ġiet notifikata lill-presidenza tal-Kunsill fis-17 ta' Awwissu 2023, f'ittra mill-Ministru ta' Spanja għall-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Kooperazzjoni. Fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2023, il-ministri kellhom skambju kostruttiv u ddeċidew li jkomplu jaħdmu fuq it-talba minn Spanja biex jiġi emendat ir-Regolament Nru 1.
Minn dakinhar, il-Kummissjoni ntalbet tħejji analiżi teknika tal-implikazzjonijiet tal-ispejjeż tat-talba Spanjola. Il-Kummissjoni kkonfermat li hija lesta tippreżenta tali analiżi, filwaqt li taħdem f'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE.
Ser titressaq proposta adattata.
Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali qabel li jibqa' jsegwi l-kwistjoni.
Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt
Bħala parti mid-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-ministri kellhom diskussjoni speċifika għall-pajjiżi. L-iskambju ta' fehmiet iffoka fuq żviluppi ewlenin fid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda u l-Greċja.
Id-diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi huma parti mill-impenn biex id-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt jissaħħaħ u jsir aktar strutturat, b'rispett sħiħ tal-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-istati membri kollha. L-objettiv huwa li jkun hemm skambju kostruttiv u miftuħ ta' kummenti u tal-aħjar prattiki.
Sett ta' għodod tad-demografija
Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha intitolata "It-tibdil demografiku fl-Ewropa: sett ta' għodod għall-azzjoni", li tistabbilixxi l-għodod ta' politika disponibbli għall-istati membri għall-ġestjoni tat-tibdil demografiku u l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà u l-ekonomija tal-UE, inkluż il-kompetittività tagħha.
Il-Kummissjoni ppubblikat il-komunikazzjoni fil-11 ta' Ottubru 2023 bi tweġiba għall-appell mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2023 sabiex tippreżenta sett ta' għodod biex jiġi indirizzat l-impatt tal-isfidi demografiċi fuq il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa.
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-isfidi demografiċi li qed tiffaċċa l-Ewropa, b'enfasi fuq l-għodod ta' politika tal-UE u l-passi li jmiss li jistgħu jkunu l-aktar effettivi biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività. Huma laqgħu l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u enfasizzaw l-importanza li t-tibdil demografiku jiġi indirizzat minn qabel.
Laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru
Il-Kunsill kompla bit-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ottubru 2023 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet.
Fil-laqgħa tagħhom li jmiss, il-mexxejja ser jindirizzaw:
- il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u r-rispons tal-UE
- is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani
- il-proposta għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027
- il-progress li sar fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-Ewropa
- id-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni
- it-tħejjijiet għall-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Dubai (COP28)
- kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-politika barranija
Is-sigurtà marittima
Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill approva strateġija riveduta tal-UE dwar is-sigurtà marittima u l-pjan ta' azzjoni tagħha.
L-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni li jakkumpanjaha ġew adottati għall-ewwel darba mill-Kunsill fl-2014, bil-pjan ta' azzjoni aġġornat fl-2018. L-għan tar-reviżjoni huwa li jiġi żgurat li l-UE jkollha firxa wiesgħa ta' għodod effettivi għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza theddid u sfidi għas-sigurtà ġodda u li qed jevolvu, inkluż kompetizzjoni strateġika dejjem akbar għall-enerġija u r-riżorsi fil-baċiri tal-baħar madwar l-UE u lil hinn minnha, id-degradazzjoni ambjentali, u l-attakki ibridi u ċibernetiċi mmirati lejn l-infrastruttura marittima.
Futur tal-Ewropa
Wara l-laqgħa ministerjali informali dwar l-affarijiet ġenerali f'Murcia fit-28 ta' Settembru u l-iskambji tal-mexxejja fi Granada fis-6 ta' Ottubru, il-ministri kellhom ikla ta' ħidma dwar il-futur tal-Ewropa u t-tħejjija għat-tkabbir.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025