Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 08/10/2014, 8 ta' Ottubru 2014

Proposti dwar il-liberalizzazzjoni tas-suq ferrovjarju u l-governanza tal-infrastruttura diskussi fil-Kunsill

Meta ltaqgħu fit-8 ta’ Ottubru fil-Lussemburgu, il-ministri tat-trasport kellhom l-ewwel diskussjoni dwar iż-żewġ proposti li huma parti ewlenija tar-4 pakkett ferrovjarju. Huma adottaw ukoll approċċ ġenerali dwar regoli ġodda fir-rigward tal-aċċess għas-suq tas-servizzi portwarji.

Ir-4 pakkett ferrovjarju

Id-dibattitu ta’ orjentazzjoni kien l-ewwel darba li l-ministri ddiskutew iż-żewġ proposti taħt il-pilastru tal-governanza u l-ftuħ tas-suq tar-4 pakkett ferrovjarju. Il-miżuri proposti għandhom l-għan li jiftħu s-suq tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri għall-kompetizzjoni, jintroduċu sejħiet għall-offerti kompetittivi obbligatorji għal kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-ferroviji u jsaħħu l-governanza tal-maniġers tal-infrastruttura.

Id-diskussjonijiet tal-ministri ffokaw fuq jekk il-ftuħ tas-suq hux l-aħjar mod kif is-servizzi ferrovjarji jsiru aktar dinamiċi u kif jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni. Bosta ministri tkellmu wkoll dwar l-oppożizzjoni tagħhom għal “cherry picking”, fejn il-kumpanniji kummerċjali jiffokaw fuq linji li jirrendu profitt għad-detriment ta’ rotot li jagħmlu t-telf li huma fl-interess pubbliku. Id-diskussjonijiet tal-Kunsill ħarsu wkoll lejn il-kwistjoni ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi u l-aċċess għall-materjal ferrovjarju fuq ir-roti.

Servizzi portwarji

Il-Kunsill adotta wkoll test ta' approċċ ġenerali, sakemm isir l-ewwel qari fil-Parlament Ewropew, dwar regoli ġodda għall-aċċess għas-servizzi portwarji fl-UE u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet. Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jippromwovu kompetizzjoni aktar ġusta u li jnaqqsu l-inċertezzi legali għal portijiet tal-UE.

Suġġetti oħra fl-aġenda

Il-Kunsill ħa nota tal-progress li sar fil-livell ta’ grupp ta’ ħidma dwar abbozz ta’ regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew  (parti mill-pakkett tal-SES2+).

Il-ministri kellhom ukoll dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar l-użu futur ta’ drones fis-suq tal-avjazzjoni Ewropew. L-eżitu tad-diskussjoni ser jintuża bħala gwida għall-Kummissjoni Ewropea għal oqsma li jistgħu jiġu affettwati minn din it-teknoloġija.

Il-Kunsill adotta wkoll approċċ ġenerali dwar abbozz ta’ proposta dwar l-iskambju transkonfinali ta’   informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku fit-toroq.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025