"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Azzjoni klimatika globali

L-UE u l-istati membri tagħha jaħdmu mas-sħab globali biex javvanzaw u jiffinanzjaw l-azzjoni klimatika.

Nilħqu l-għanijiet klimatiċi flimkien

It-tibdil fil-klima ma jieqafx mal-fruntieri u ma jħenn għall-ebda pajjiż.

Il-kriżi klimatika tista' tiġi solvuta biss jekk il-pajjiżi kollha fid-dinja jaħdmu flimkien.

Huwa minħabba f'hekk li l-UE u l-istati membri tagħha huma attivament impenjati mhux biss biex jieħdu azzjoni fil-livell tal-UE iżda wkoll biex jappoġġaw is-sħab madwar id-dinja fl-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi tagħhom.

L-UE u l-pajjiżi membri kollha tagħha ffirmaw u rratifikaw il-Ftehim ta' Pariġi – il-patt globali sabiex jiġi limitat it-tisħin globali u tittieħed azzjoni kontra t-tibdil fil-klima.

Huma stabbilew eżempju fl-azzjoni klimatika billi għamlu l-għan tan-newtralità klimatika impenn vinkolanti għall-UE.

Madankollu, l-UE tirrappreżenta biss 8% tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra globali – u s-sehem tagħha qiegħed jonqos.

Huwa kruċjali li pajjiżi oħra fid-dinja jżidu l-ħidma tagħhom biex jillimitaw it-tisħin globali u jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom.

Id iżżomm il-globu u t-termometru li juri 1.5 gradi Celsius mal-ġenb.

Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima

Diplomazija ekoloġika

It-tibdil fil-klima huwa element kruċjali fil-politika esterna u l-ħidma diplomatika tal-UE.

L-UE timpenja ruħha dwar il-klima ma' sħab f'livelli differenti:

  • djalogu politiku f'ambjenti bilaterali u multilaterali
  • negozjati u ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi
  • politiki kummerċjali
  • alleanzi u sħubijiet, bħall-alleanza ekoloġika mal-Ġappun

Fir-relazzjonijiet bilaterali tagħha mal-pajjiżi mhux tal-UE, l-UE taqsam l-għarfien espert tagħha dwar il-politika klimatika u tinkoraġġixxi lis-sħab biex jieħdu azzjoni konkreta kontra t-tisħin globali. Hija tipprovdi appoġġ immirat, fejn meħtieġ, lill-aktar pajjiżi affettwati biex jassistu t-trasformazzjoni tal-ekonomiji tagħhom.

Fil-fora multilaterali, l-UE tieħu sehem attiv fin-negozjati globali fil-konferenzi tal-partijiet (COP). Kienet fuq quddiem nett ta' ftehimiet internazzjonali dwar il-politika klimatika, bħall-Ftehim ta' Pariġi.

Finanzjament għall-klima

Il-ġlieda kontra l-klima teħtieġ riżorsi finanzjarji sostanzjali kemm fl-UE kif ukoll lil hinn mill-konfini tagħha.

Skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-pajjiżi żviluppati ħadu impenn li jimmobilizzaw $100 biljun (madwar €90 biljun) kull sena biex jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-UE u l-istati membri tagħha huma l-akbar kontributuri tal-finanzjament pubbliku għall-klima fid-dinja. Fl-2024, l-Unjoni Ewropea u s-27 stat membru tagħha kkontribwew €31.7 biljun f'finanzjament għall-klima minn sorsi pubbliċi u mmobilizzaw ammont addizzjonali ta' €11 biljun f'finanzjament privat biex jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra u jadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima.

Bar chart li tirrappreżenta l-evoluzzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-finanzjament għall-klima mill-2013 sal-2024.

Il-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-finanzjament għall-klima (f'biljuni ta' euro) (Infografika)

Dawn ir-riżorsi finanzjarji jappoġġaw azzjonijiet ta' mitigazzjoni u adattament fil-pajjiżi sħab tal-UE madwar id-dinja biex jgħinuhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u jibnu reżiljenza kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima.

Aktar minn terz tal-baġit tal-UE għall-appoġġ lill-pajjiżi ġirien u dawk li qed jiżviluppaw huwa allokat biex jiżdiedu l-isforzi dwar it-tibdil fil-klima.

Ara wkoll

Illustrazzjoni li turi id tqiegħed muniti fuq xulxin quddiem id-dinja ħdejn strixxa ħadra li turi l-progress parzjalment mimlija.

Finanzjament tat-tranżizzjoni klimatika

Illustrazzjoni ta' żewġ idejn iwaqqfu l-gass miċ-ċmieni ta' fabbrika.

Tibdil fil-klima: x'qed tagħmel l-UE

Illustrazzjoni stilizzata taċ-ċirku ta' stilel tal-UE mdawra b'simboli tat-tranżizzjoni ekoloġika, fosthom turbina eolika, pannelli solari, siġar, fawna selvaġġa, għelejjel u tractor.

Patt Ekoloġiku Ewropew

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Novembru 2025