"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 17 ta' Marzu 2026

Riżultati ewlenin

L-istandards tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-emenda tar-regolament dwar standards ta' emissjonijiet ta' CO2 għall‑karozzi u l‑vannijiet.

Alexis Vafeades, Ministru għat-Trasport, il-Komunikazzjoni u x-Xogħlijiet tar-Repubblika ta' Ċipru

In-newtralità klimatika u l-kompetittività jridu jimxu id f'id. L-aħjar mod biex tiġi appoġġata l-industrija tal-karozzi fl-Ewropa, u l-miljuni ta' impjiegi li jiddependu minnha, huwa billi jiġu promossi soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli fit-triq lejn mobbiltà nadifa. Bis-saħħa tad-diskussjoni kostruttiva tal-lum, il-presidenza Ċiprijotta ser taħdem b'mod intensiv biex tavvanza l-ħidma fuq din il-prijorità leġiżlattiva ewlenija.

Alexis Vafeades, Ministru għat-Trasport, il-Komunikazzjoni u x-Xogħlijiet tar-Repubblika ta' Ċipru

Alexis Vafeades, Ministru għat-Trasport, il-Komunikazzjoni u x-Xogħlijiet tar-Repubblika ta' Ċipru

Biex tappoġġa t-tranżizzjoni lejn mobbiltà nadifa b'mod aktar flessibbli, il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi aktargħażliet ta' teknoloġija għall-manifatturi biex jilħqu l-miri tagħhom. Tnaqqas il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet mill-egżost għall-2035 minn 100% għal 90%; l-10% li jifdal jistgħu jiġu kkumpensati permezz ta' krediti għal fjuwils sostenibbli alternattivi u l-użu ta' azzar ekoloġiku magħmula fl-UE. Il-proposta tipprevedi wkoll inċentivi (sal-2034) fil-forma ta' krediti tas-CO2 ("superkrediti") għall-manifatturi li jqiegħdu fis-suq vetturi elettriċi żgħar magħmula fl-UE.

Il-ministri ffukaw fuq il-miri tal-2035 u l-flessibbiltajiet introdotti fil-kuntest tal-ilħuq tal-miri klimatiċi tal-UE, it-tisħiħ tan-newtralità teknoloġika u l-iżgurar tal-kompetittività tas-settur tal-karozzi.

Dehra mill-ajru ta' flyover b'erba' korsiji li tgħaddi minn fuq awtostrada, b'diversi karozzi ħodor isuqu f'kull triq.

Trasport bit-triq

Il-klima wara l-2030

Il-ministri ddiskutew l-isforzi ta' dekarbonizzazzjoni fil-qasam tal-klima għal wara l-2030. Wara l-istabbiliment reċenti ta' mira klimatika vinkolanti għall-UE kollha għall-2040, il-Kummissjoni mistennija tipproponi sett ta' proposti leġiżlattivi fit-tieni nofs ta' din is-sena, biex tappoġġa lill-pajjiżi tal-UE, lill-industrija u liċ-ċittadini Ewropej fil-kisba ta' din il-mira.

Bil-ħsieb tal-pakkett li jmiss dwar il-klima għal wara l-2030, il-ministri ffukaw fuq il-mistoqsijiet li ġejjin:

- kif għandhom jiġu appoġġati l-investimenti filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u nadifa sal-2040;

- kif għandhom jintużaw il-flessibbiltajiet mas-setturi kollha u fi ħdanhom biex jintlaħqu l-miri klimatiċi b'mod kosteffettiv;

- kif għandhom jiġu integrati krediti internazzjonali fil-qafas klimatiku ta' wara l-2030.

Illustrazzjoni ta' żewġ idejn iwaqqfu l-gass miċ-ċmieni ta' fabbrika.

Tibdil fil-klima: x'qed tagħmel l-UE

Bijoekonomija

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-istrateġija tal-UE dwar il-bijoekonomija. Il-bijoekonomija tuża riżorsi bijoloġiċi rinnovabbli bħal pjanti, annimali u mikroorganiżmi biex tipproduċi ikel, enerġija u prodotti industrijali.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jilqgħu l-istrateġija dwar il-bijoekonomija, filwaqt li jirrikonoxxu l-potenzjal kbir tal-kontribut tal-bijoekonomija biex tissostitwixxi l-materjali u l-prodotti bbażati fuq il-fossili, toħloq l-impjiegi u tmexxi l-bidla dinjija lejn industriji nodfa.

Il-konklużjonijiet jipprovdu wkoll gwida politika biex l-istrateġija titmexxa 'l quddiem, b'enfasi fuq il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-investimenti biex is-soluzzjonijiet b'bażi bijoloġika jiġu trasferiti mil-laboratorju għall-użu, filwaqt li jiġu ssalvagwardati l-ambjent u s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni.

Diplomazija ekoloġika dinjija

Il-ministri għall-ambjent irriflettew fuq kif tista' tissaħħaħ il-kollaborazzjoni strateġika tal-UE u tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati ambjentali dinjija f'xenarju ġeopolitiku li qed jinbidel, inkluż permezz ta' mezzi u għodod bħad-diplomazija mmexxija mix-xjenza, filwaqt li tmexxi bl-eżempju b'implimentazzjoni soda fl-UE, il-bini ta' koalizzjonijiet, koordinazzjoni interna aħjar u l-użu strateġiku tar-riżorsi tal-UE.

Ikla informali ta' nofsinhar dwar in-negozjati internazzjonali dwar il-klima

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew it-triq 'il quddiem fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima, bħala segwitu għall-iskambji ministerjali matul il-Kunsill informali li sar f'Ċipru fil-bidu ta' Frar.

F'dan il-kuntest, huma bdew tħejjijiet sostantivi għall-COP li jmiss f'Novembru, bħala l-ewwel pass lejn l-istabbiliment tal-prijoritajiet ewlenin tal-UE, bħall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u xjenza robusta dwar il-klima, u b'enfasi fuq attivitajiet biex jintlaħqu n-nies. Dan il-proċess, mibdi u kkoordinat mill-presidenza Ċiprijotta, ser jitmexxa ‘l quddiem mill-presidenza Irlandiża li jmiss.

Affarijiet oħra

Matul il-laqgħa, il-ministri ġew infurmati wkoll dwar it-temi li ġejjin:

  • Il-Presidenza Ċiprijotta u l-Kummissjoni rrappurtaw dwar it-12-il sessjoni tal-Plenarja tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES-12) li saret f'Manchester, ir-Renju Unit, 3-8 ta' Frar 2026.
  • Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.
  • L-Awstrija, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall u s-Slovakkja infurmaw lill-ministri dwar l-implimentazzjoni tar-regolament LULUCF fl-Unjoni Ewropea.
  • Il-Belġju, iċ-Ċekja, Franza, l-Irlanda, il-Latvja u s-Slovakkja, appoġġati mil-Lussemburgu, kellhom punt ta' informazzjoni dwar l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' permessi, flimkien ma' sejħa għal approċċ transsettorjali komprensiv fi ħdan l-omnibus ambjentali.
  • Franza rrapportat dwar it-trasformazzjoni ta' Mercator Ocean f'organizzazzjoni intergovernattiva, filwaqt li indirizzat sejħa lill-istati membri biex jiffirmaw malajr il-konvenzjoni kostituttiva tal-organizzazzjoni intergovernattiva.
  • Il-Belġju ġibed l-attenzjoni tal-ministri għall-prinċipji ewlenin għal Qafas tal-UE għar-Reżiljenza għall-Klima bbilanċjat u effettiv.
  • Il-Litwanja, appoġġata mill-Estonja, il-Latvja u l-Polonja, infurmat lill-ministri dwar l-implikazzjonijiet ambjentali u ta' sikurezza tal-impjant tal-enerġija nukleari Belarussu f'Ostrovets.

Ekonomija ċirkolari

Ikel u biedja

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 18 ta' Marzu 2026