Skip to content

It-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku

Data u ċifri ewlenin dwar ir-reklamar politiku fl-UE, inkluż tqassim tar-regoli fl-istati membri.

It-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku

X'inhu r-reklamar politiku online?

Ir-reklamar politiku huwa ċentrali biex jinforma lin-nies u jinfluwenza kif jivvutaw.

Mhux dejjem faċli li tagħraf reklam politiku. It-trasparenza hija importanti sabiex l-udjenzi jkunu jafu x'qed jaraw.

Ammonti kbar ta' data personali ġġenerata mill-apparat diġitali jintużaw biex messaġġi politiċi mfassla apposta jiġu mmirati lejn votanti potenzjali.

It-tekniki tar-reklamar politiku online jistgħu:

  • jaffettwaw id-dritt taċ-ċittadini għall-privatezza
  • ixerrdu informazzjoni falza malajr
  • jifframmentaw id-dibattitu politiku
  • jimmanipulaw lill-votanti.

It-tliet saffi ta' profil online

Dak li tikkondividi: isem reali, ġeneru, ħbieb, likes u reazzjonijiet oħra, ritratti li ttella', aġġornamenti tal-istatus, avvenimenti li tattendi, professjoni (dikjarata), sitwazzjoni sentimentali (dikjarat), postijiet li żort.

X'tgħidilhom l-imġiba tiegħek: siti web li żort, reklami li kklikkjajt fuqhom, għadd ta' interazzjonijiet/posts kuljum, rendikont tax-xiri online, movimenti traċċati tal-mouse, veloċità tal-ittajpjar, distanza minn apparat ieħor, rendikont tat-telefonati, statistika tas-siti web li żort.

X'taħseb dwarek il-magna: taqta' drawwa, relazzjoni ġdida, 'il bogħod mill-familja, ġenituri jistennew tarbija, mort tgħix f'post ġdid, vjaġġaturi internazzjonali frekwenti, stil ta' ħajja suburban, ikel tajjeb għas-saħħa, logħob li lgħabt fl-aħħar 14.7 jew 3 ijiem, tatwaġġi jew piercing, drawwiet ġodda tal-ikel.

Sors: Fondazzjoni Panoptykon.

Ir-regolamenti tal-istati membri f'ċifri

Is-27 stat membru kollha għandhom regoli dwar ir-reklamar politiku iżda:

  • 17 biss għandhom regoli li japplikaw għall-ambjent online
  • 3 mis-17-il stat membru biss għandhom regoli li huma speċifiċi għar-reklamar politiku online
  • l-14-il stat membru l-oħra sempliċiment japplikaw ir-regoli għar-reklamar politiku offline għall-ambjent online.

Sors: Parlament Ewropew.

Aktar regoli għall-UE kollha għall-prevenzjoni tal-manipulazzjoni

Ir-regoli tal-UE:

  • jiffaċilitaw il-forniment transkonfinali u s-sorveljanza tas-servizzi tar-reklamar politiku
  • jiġġieldu kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil barrani fl-elezzjonijiet
  • iħarsu dibattitu demokratiku miftuħ fl-istati membri tal-UE.

Biex tiġi żgurata t-trasparenza:

  • ser ikun hemm obbligi fuq l-atturi ekonomiċi kollha involuti fit-tħejjija, il-pubblikazzjoni u t-tixrid tar-reklamar politiku
  • ir-reklami jrid ikollhom marka ċara ta' x'inhuma u jinkludu informazzjoni dwar min ħallas għar-reklam.

Biex jiġi limitat l-immirar:

  • ser ikun hemm projbizzjoni fuq tekniki ta' mmirar u twassil ta' reklami bbażati fuq it-tfassil ta' profili li joperaw permezz ta' data personali sensittiva bħal dwar l-oriġini razzjali jew etnika, l-orjentazzjoni sesswali jew l-opinjonijiet politiċi
  • l-użu ta' data personali oħra huwa soġġett għal kunsens espliċitu u separat u għandu jinġabar direttament mis-suġġett tad-data.

Ir-reklamar politiku f'ċifri

L-evoluzzjoni tar-reklamar politiku tirrifletti fil-biċċa l-kbira l-bidliet li jaffettwaw is-suq tar-reklamar.

Fl-2021, madwar id-dinja ntefqu $522,5 biljun fuq ir-reklamar politiku diġitali.

Sat-2026 l-infiq mistenni jilħaq $836 biljun.

€43 miljun intefqu f'reklamar diġitali politiku fl-Ewropa fuq Facebook, Instagram, Google u YouTube fl-20 ġimgħa ta' qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019.

Iċ-ċifri tal-UE

Ir-reklamar online huwa l-akbar mezz ta' reklamar fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u jiġġenera aktar dħul mill-mezzi l-oħra kollha ta' reklamar magħduda flimkien.

Ir-reklamar politiku li ntefaq fuq Google fl-Ewropa bejn Marzu 2019 u Jannar 2022:

  • Ġermanja: €5 350 000
  • Ungerija: €2 960 000
  • Netherlands: €2 430 000
  • Rumanija: €1 930 000
  • Żvezja: €1 530 000
  • Awstrija: €1 220 000
  • Italja: €1 090 000
  • Ċekja: €749 000
  • Bulgarija: €743 000
  • Belġju: €727 000
  • Greċja: €686 000
  • Spanja: €681 000
  • Finlandja: €674 000
  • Malta: €533 000
  • Polonja: €512 000
  • Kroazja: €398 000
  • Franza: €321 000
  • Slovakkja: €275 000
  • Litwanja: €265 000
  • Ċipru: €234 000
  • Estonja: €154 000
  • Latvja: €140 000
  • Slovenja: €109 000
  • Portugall: €41 300
  • Irlanda: €35 500
  • Lussemburgu: €19 800

*Ma kien ebda data disponibbli dwar il-fondi minfuqa fuq ir-reklamar fid-Danimarka.

Sorsi: Kummissjoni Ewropea, Parlament Ewropew, Fondazzjoni Panoptykon, Statista.