"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (suq intern u industrija), 24 ta' Frar 2022, 24 ta' Frar 2022

Riżultati ewlenin

L-ekosistema industrijali tal-mobbiltà

Il-ministri kellhom dibattitu dwar il-ġejjieni tal-ekosistema industrijali tal-mobbiltà fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika.

Agnès Pannier-Runacher, ministru delegata ta' Franza responsabbli mill-Industrija
Id-dekarbonizzazzjoni tal-mezzi tagħna ta' trasport hija fundamentali biex niġġieldu l-problemi marbutin mal-klima. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li nantiċipaw l-impatt tal-Patt Ekoloġiku u l-programm "Lesti għall-mira ta’ 55 %" fuq it-trasport, pereżempju is-settur tal-karozzi, tal-ferroviji u tal-ajru. Dan għaliex dawn it-testi ser jimplikaw trasformazzjonijiet straordinarjament profondi tal-ktajjen ta’ produzzjoni tagħna u tal-ħtiġijiet ta’ ħiliet tagħna. Dan jista' jinkiseb biss permezz ta’ appoġġ u investiment sostanzjali. Nixtiequ jkollna l-ewwel fehmiet tal-pajjiżi Ewropej dwar l-indikaturi u l-għodod li għandna bżonn nużaw biex inwettqu dawn it-trasformazzjonijiet.
Agnès Pannier-Runacher, ministru delegata ta' Franza responsabbli mill-Industrija
Agnès Pannier-Runacher, ministru delegata ta' Franza responsabbli mill-Industrija

L-istati membri appoġġaw il-fatt li l-Kunsill Kompetittività għandu jaqdi rwol importanti biex jiggwida d-diversi politiki mmirati biex iħaffu t-tranżizzjoni ekoloġika tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-isfidi industrijali relatati.

Il-ministri indirizzaw l-isfidi speċifiċi li t-tranżizzjoni għall-implimentazzjoni tal-pakkett “aġġustament għall-55” toħloq għall-industriji tal-mobbiltà. Huma ddiskutew l-istima tagħhom tal-iskala u l-ispiża tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-mobbiltà, u wkoll il-vantaġġi dejjiema tagħha u l-azzjonijiet meħtieġa biex jappoġġaw din it-tranżizzjoni.

Materja prima kritika

Il-presidenza ssoktat id-diskussjonijiet li kienu saru fil-laqgħa informali tal-ministri għall-industrija fil-31 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar f’Lens (Franza). Il-ministri setgħu jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kif jistgħu jiġu żgurati il-provvisti, interni u esterni, ta’ materja prima kritika għall-industrija Ewropea sabiex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni.

Il-presidenza fakkret li kien essenzjali li jsir progress fuq tliet assi: (i) l-iżgurar tal-provvisti barra mill-Unjoni Ewropea, (ii) l-iżvilupp tar-riċiklaġġ u tal-innovazzjoni, biex jittejjeb il-konsum tal-materja prima u tinżamm il-materja prima li diġà qiegħda fl-Ewropa, u (iii) il-ħolqien ta’ qafas għall-estrazzjoni fl-Ewropa.

Sussidji barranin

Il-ministri kellhom dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar ir-regolament dwar is-sussidji barranin li jfixklu s-suq intern.

Kompetizzjoni ġusta, mingħajr distorsjoni minn sussidji barranin, hija kondizzjoni meħtieġa għall-kompetittività tal-kumpaniji tagħna u għas-sostenibbiltà tal-proġetti industrijali Ewropej li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tagħna. Din il-proposta hija għalhekk element ewlieni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija industrijali Ewropea tagħna. Agnès Pannier-Runacher, ministru delegata ta' Franza responsabbli mill-industrija

L-għan ta’ din il-proposta huwa li tindirizza d-distorsjonijiet maħluqa fis-suq uniku minn sussidji mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi lil kumpaniji li jwettqu attività ekonomika fl-Unjoni Ewropea.

Il-ministri qablu li s-sussidji mħallsa minn pajjiżi terzi jeħtieġ li jiġu sorevljati bl-istess mod bħas-sussidji tal-istati membri. Diversi ministri appoġġaw lill-Kummissjoni Ewropea bħala l-uniku korp li għandu s-setgħa li jinforza r-regolament, filwaqt li xi wħud enfasizzaw il-ħtieġa għal rwol aktar attiv għall-istati membri fl-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament.

Pakkett dwar is-semikondutturi (Att dwar iċ-Ċipep)

Il-Kummissjoni ppreżentat fil-qosor lill-ministri l-pakkett dwar is-semikondutturi, jew l-"Att dwar iċ-Ċipep", li ġie ppubblikat fit-8 ta’ Frar.

Peress li l-industrija tas-semikondutturi hija ferm importanti għall-ekonomija Ewropea, dan is-suġġett ser jerġa’ jkun fuq l-aġenda ta’ laqgħa li jmiss tal-Kunsill Kompetittività.

Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD)

Il-Kunsill unanimament/b’maġġoranza kbira adotta approċċ ġenerali għad-Direttiva proposta dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD).

Olivia Grégoire, segretarju tal-istat Franċiż għall-ekonomija soċjali, is-solidarjetà u r-responsabbiltà.
L-adozzjoni, fuq l-inizjattiva tal-presidenza Franċiża, ta’ pożizzjoni komuni mill-istati membri dwar dan it-test tirrappreżenta pass kbir ’il quddiem għat-tranżizzjoni ekoloġika tan-negozji tagħna. Dan huwa pass ieħor lejn kapitaliżmu aktar responsabbli. L-Ewropa ser isservi bħala punt ta’ referenza għall-istandards mhux finanzjarji fil-futur.
Olivia Grégoire, segretarju tal-istat Franċiż għall-ekonomija soċjali, is-solidarjetà u r-responsabbiltà.
Olivia Grégoire, segretarju tal-istat Franċiż għall-ekonomija soċjali, is-solidarjetà u r-responsabbiltà.

Il-proposta għandha l-għan li tindirizza n-nuqqasijiet fir-regoli eżistenti dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja, li ma għandhomx livell adegwat ta' kwalità u komparabbiltà, biex ikunu jistgħu jitqiesu kif xieraq mill-investituri.

Dawn in-nuqqasijiet ixekklu t-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli. Barra minn hekk iż-żieda fit-talbiet għal data li attwalment mhumiex armonizzati toħloq piż kbir għan-negozji li jeħtieġ jiġi ssimplifikat.

Punti oħra fuq l-aġenda

Ċarġer komuni

Il-presidenza pprovdiet informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-eżami tal-proposta tal-Kummissjoni għal ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju. B’mod partikolari, infurmat lill-ministri dwar il-mandat ta’ negozjar adottat mill-Kumitat tar-rappreżentanti permanenti tal-Kunsill fis-26 ta’ Jannar.

Il-presidenza spjegat li, minħabba l-impatt dirett fuq il-kumdità ta’ kuljum tal-konsumaturi Ewropej kif ukoll fuq it-tnaqqis tal-iskart elettroniku, il-rpresidenza ser tagħmel kull sforz biex tavvanza d-diskussjonijiet kemm jista’ jkun.

Governanza korporattiva sostenibbli u d-diliġenza dovuta

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lill-ministri l-proposta dwar il-governanza korporattiva sostenibbli u d-diliġenza dovuta.

Din il-proposta ġiet adottata fit-23 ta’ Frar 2022. Din għandha l-għan li tgħin lill-kumpaniji jimmaniġġjaw aħjar il-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà fl-operazzjonijiet u l-ktajjen tal-valur tagħhom, inkluż id-drittijiet soċjali u tal-bniedem, it-tibdil fil-klima u l-ambjent.

color: inherit; Il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet informazzjoni dwar l-istrateġija tal-UE għall-istandardizzazzjoni.Din l-istrateġija hija għodda ewlenija għas-suq intern, it-tranżizzjoni diġitali u ambjentali u, b’mod aktar ġenerali, għall-kompetittività Ewropea fuq skala globali.

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ukoll ir-rapport annwali tagħha dwar is-suq uniku. Dan ir-rapport jippreżenta l-istat tas-suq unik, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-irkupru ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19 u jidentifika l-ħtiġijiet ta’ investimenti li jagħmlu s-suq uniku aktar reżiljenti. Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ukoll ir-rapport dwar id-dipendenzi.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jinsabu fil-listi ta’ punti A leġislattivi u mhux leġislattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025