"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 27 ta' Marzu 2025

Riżultati ewlenin

Patt għal industrija nadifa

Il-ministri ffukaw fuq id-dimensjoni ambjentali tal-patt għal industrija nadifa, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar 2025 bħala pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni.

Il-ministri ddiskutew modi kif jgħinu lill-industriji tal-UE jibqgħu kompetittivi waqt it-tranżizzjoni lejn emissjonijiet żero netti u rrikonoxxew il-patt għal industrija nadifa bħala bażi tajba għad-diskussjoni. Diversi ministri rrikonoxxew ir-rabta bejn il-patt għal industrija nadifa u l-istabbiliment ta' mira klimatika għall-2040 biex ikun hemm prevedibbiltà. Il-ministri rrikonoxxew il-ħtieġa għal finanzjament adegwat iżda qamu għadd ta' mistoqsijiet dwar il-bank għad-dekarbonizzazzjoni industrijali previst. Xi ministri enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri. Il-biċċa l-kbira tal-ministri laqgħu r-rwol ewlieni mogħti lill-ekonomija ċirkolari biex tixpruna d-dekarbonizzazzjoni.

Paulina Hennig-Kloska, Ministru għall-Klima u l-Ambjent tal-Polonja

Ilkoll naqblu li l-Ewropa teħtieġ għodod effettivi biex tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea. Il-Patt għal Industrija Nadifa jista' jsaħħaħ il-kompetittività tal-UE, filwaqt li jippromwovi t-teknoloġija nadifa u l-ekonomija ċirkolari. Id-diskussjoni tal-lum kienet kruċjali biex nidentifikaw inizjattivi li jistgħu jibdlu d-dekarbonizzazzjoni f'mutur b'saħħtu tat-tkabbir għan-negozji madwar l-Ewropa.

Paulina Hennig-Kloska, Ministru għall-Klima u l-Ambjent tal-Polonja

Paulina Hennig-Kloska, Ministru għall-Klima u l-Ambjent tal-Polonja

Politiki ambjentali globali

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-politiki ambjentali dinjija fil-preżenza tas-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u d-Direttur Eżekuttiv tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, Inger Andersen.

Huma ddiskutew modi kif tiġi appoġġata kooperazzjoni ambjentali effettiva għal implimentazzjoni aħjar ta' ftehimiet multilaterali. Huma qasmu wkoll il-fehmiet tagħhom dwar kif l-aħjar jikkontribwixxu għas-suċċess tan-negozjati li għaddejjin dwar trattat globali dwar il-plastik.

Affarijiet oħra

Il-presidenza u l-Kummissjoni rrappurtaw dwar is-sessjoni li ssoktat u l-eżitu tal-konferenza tal-partijiet tal-konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika (COP16), li saret f'Ruma fi Frar 2025. Il-kisbiet ewlenin tal-COP16 kienu jinkludu deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament mis-sorsi kollha biex jitnaqqas id-distakk globali fil-finanzjament tal-bijodiversità sal-2030, u dwar miżuri għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità u l-għanijiet u l-miri tiegħu.

Il-Ministru għall-Protezzjoni Ambjentali u r-Riżorsi Naturali tal-Ukrajna, Svitlana Hrynchuk, infurmat lill-ministri tal-UE dwar l-impatti ambjentali tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Il-ministri għall-ambjent irrikonoxxew is-sitwazzjoni devastanti għall-poplu Ukren u għan-natura u impenjaw ruħhom li jaħdmu b'mod kollettiv lejn id-dekontaminazzjoni u r-restawr ta' ambjent f'saħħtu fl-Ukrajna fis-snin li ġejjin.

Franza qasmet informazzjoni dwar il-mekkaniżmi biex jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-kwoti fl-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet.

L-Italja, Franza u s-Slovakkja ġibdu l-attenzjoni għall-bżonn ta' mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri aktar effettiv għal industrija tal-UE kompetittiva u dekarbonizzata.

Iċ-Ċekja, flimkien ma' Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja, indirizzat il-vjeġġi transfruntieri tal-iskart u modi kif tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti u għall-korpi ta' kontroll, inkluż f'każijiet ta' vjeġġi illegali ta' skart.

Is-Slovenja qajmet punt dwar l-isforzi ta' governanza reġjonali tal-oċeani u tal-ibħra u l-iżviluppi reċenti fir-rigward tal-konvenzjoni ta' Barċellona għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u tar-reġjun kostali tal-Mediterran.

Taħt punt pubbliku, il-Portugall irrefera għall-istrateġija nazzjonali tiegħu għall-ġestjoni tal-ilma.

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri għall-ambjent iddiskutew b'mod informali d-dimensjoni ambjentali tal-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar viżjoni għall-agrikoltura u l-ikel. Huma skambjaw fehmiet dwar modi kif jappoġġaw lill-bdiewa u jinċentivawhom biex jipproteġu l-ħamrija, l-ilma, l-arja, kif ukoll in-natura u l-bijodiversità. Huma ttrattaw ukoll ir-rwol tal-agrikoltura u l-forestrija fil-bijoekonomija.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Marzu 2025