"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri għall-ambjent tal-UE qablu dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill ("approċċ ġenerali") dwar emenda għal-liġi Ewropea dwar il-klima li tistabbilixxi mira vinkolanti għall-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (GHG) b'90% sal-2040. Il-qbil huwa pass ewlieni fil-perkors tal-UE lejn il-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050.
Illum, adottajna mira klimatika ta' 90 fil-mija għall-2040 b'appoġġ wiesa' mill-istati membri. Il-mira hija bbażata fuq ix-xjenza u fl-istess ħin, tgħaqqad flimkien il-kompetittività u s-sigurtà tagħna. Din hija importanti għall-futur tal-Ewropa – u turi li anke fi żminijiet ta' sfida, nistgħu nibqgħu magħqudin. Il-mira tistabbilixxi direzzjoni minn ħafna snin qabel għall-politiki, l-industriji u l-investimenti tagħna. B'dan il-mod, ninsabu lesti li nibnu UE aktar b'saħħitha, aktar kompetittiva u sigura.
Lars Aagaard, Ministru għall-klima, l-enerġija u l-utilitajiet tad-Danimarka
Il-Kunsill żamm il-proposta tal-Kummissjoni għal mira għall-2040 biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b' 90%, inkluż sett ta' flessibbiltajiet, b'xi aġġustamenti. Il-Kunsill qabel li krediti internazzjonali ta' kwalità għolja jistgħu jagħtu kontribut sa 5% lejn il-mira mill-2036 'l quddiem. Huma qablu wkoll li l-assorbimenti permanenti tal-karbonju jenħtieġ li jkollhom rwol fi ħdan l-EU ETS biex jikkumpensaw għall-emissjonijiet li diffiċli jitrażżnu, u dwar flessibbiltà msaħħa fis-setturi u l-istrumenti kollha u fi ħdanhom.
L-approċċ ġenerali tal-Kunsill isaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetittività, il-ġustizzja soċjali u s-sigurtà tal-enerġija, filwaqt li jiżgura li t-tranżizzjoni tappoġġa kemm l-industrija Ewropea kif ukoll iċ-ċittadini. Il-ministri qablu wkoll dwar mekkaniżmu ta' rieżami msaħħaħ, inkluż il-possibbiltà li tiġi riveduta l-mira tal-2040 fid-dawl tar-rieżami tal-Kummissjoni ta' firxa ta' impatti, li jvarjaw minn sfidi u opportunitajiet għall-kompetittività, il-prezzijiet tal-enerġija, l-impatti soċjali, u l-iżviluppi teknoloġiċi, kif ukoll valutazzjoni biennali tal-implimentazzjoni tal-miri intermedji.
Il-qbil isegwi l-gwida strateġika tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2025 u ser iservi bħala l-pożizzjoni tal-Kunsill għan-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar it-test finali tal-leġiżlazzjoni.
Kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali tal-UE għall-UNFCCC
Il-ministri approvaw il-kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali (NDC) tal-UE għal wara l-2030 biex jiġi ppreżentat lill-UNFCCC, il-konvenzjoni tan-NU dwar il-klima, li jkopri l-perjodu sal-2035. L-NDC ġdid jistabbilixxi mira indikattiva għall-2035 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' 66,25-72.5%, ibbażata fuq it-trajettorji lineari indikattivi minn, minn naħa waħda, il-mira klimatika tal-UE għall-2030 ta' 55% u l-2050 u, min-naħa l-oħra, il-mira klimatika tal-UE għall-2030 u l-mira klimatika għall-2040 mill-pożizzjoni tal-Kunsill li għadha kif ġiet miftiehma dwar il-liġi dwar il-klima.
Bl-adozzjoni tal-NDC tal-UE, qed nibagħtu sinjal qawwi qabel il-COP30 li nibqgħu impenjati bis-sħiħ li nżommu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan jippermettilna li nistinkaw għal aktar azzjoni klimatika globali la niltaqgħu mal-bqija tad-dinja fil-COP30.
Lars Aagaard, Ministru għall-klima, l-enerġija u l-utilitajiet tad-Danimarka
L-NDCs huma parti integrali mill-Ftehim ta' Pariġi, li jirrikjedi li kull parti għall-Ftehim ta' Pariġi tippreżenta NDC ġdid jew taġġorna l-NDC tagħha kull ħames snin. Huma jistabbilixxu l-isforzi li saru minn kull pajjiż biex jitnaqqsu l-emissjonijiet nazzjonali u kif dawn jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi. L-UE tippreżenta NDC wieħed f'isem l-UE u l-istati membri tagħha.
Taħt "affarijiet oħra", l-Awstrija infurmat lill-ministri dwar il-ħtieġa urġenti għall-posponiment u s-simplifikazzjoni sostantiva tar-regolament tal-UE dwar id-deforestazzjoni (EUDR).
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.