- Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 17/02/2017, 17 ta' Frar 2017
Riżultati ewlenin (kwistjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni)
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet fir-rigward tal-investiment fiż-żgħażagħ tal-Ewropa, b’attenzjoni partikolari għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-konklużjonijiet jipprovdu rispons politiku għall-inizjattiva ta’ Diċembru tal-Kummissjoni fir-rigward taż-Żgħażagħ, li pproponiet pakkett ta’ miżuri bil-għan li jtejbu l-ħiliet u l-opportunitajiet taż-żgħażagħ sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-mobbiltà fit-tagħlim.
Il-pakkett jinkludi komunikazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li għandu l-għan li jippermetti li aktar żgħażagħ jieħdu sehem f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ solidarjetà. Dan jista’ jsir permezz ta’ xogħol volontarju jew permezz ta’ impjieg, traineeship jew apprendistat b'appoġġ għal organizzazzjoni nongovernattiva (NGO), awtorità lokali jew kumpanija privata attiva fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet diffiċli fl-Unjoni Ewropea kollha. Iż-żgħażagħ kollha ser ikunu jistgħu jipparteċipaw, irrispettivament mill-isfond, l-edukazzjoni, il-livell ta’ ħiliet, jew kwalunkwe diżabilità tagħhom.
Il-ministri ddiskutew ukoll il-kontribut li l-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jagħtu għall-koeżjoni soċjali u l-promozzjoni ta’ valuri komuni Ewropej fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2017.
B’mod partikolari, il-ministri indirizzaw miżuri possibbli biex jittaffew l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni minħabba d-disparitajiet soċjoekonomiċi, kif urew ir-riżultati tal-PISA tal-2015. Qiesu wkoll kif il-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ ipprovduti mill-istati membri tal-UE jistgħu jittejbu permezz tal-istabbiliment ta’ objettivi nazzjonali u Ewropej.
Il-ministri enfasizzaw li l-linji ta' politika dwar l-edukazzjoni għandhom rwol fundamentali fil-promozzjoni tal-inklużjoni u r-rispett għad-diversità fl-Unjoni Ewropea u li l-valuri fundamentali tal-UE u l-mudell edukattiv Ewropew għandhom jiġu ppreservati. L-iżgurar ta' edukazzjoni inklużiva ta' kwalità għolja għandu jitqies ukoll f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja li jkopri l-aspetti kollha tal-edukazzjoni.
“It-titjib tas-sistemi tagħna tal-edukazzjoni u t-taħriġ huwa kruċjali, mhux biss għaliex dan jista’ jiġġenera benefiċċji ekonomiċi u jnaqqas il-qgħad, iżda wkoll peress li jippromovi l-mobbiltà soċjali u jibqa’ wieħed mill-aħjar mezzi għall-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali. L-edukazzjoni ma tistax tagħmel kollox waħedha, teħtieġ appoġġ ekonomiku, soċjali u finanzjarju.”
Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta’ Malta
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Programm indikattiv - Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tas-17 ta' Frar 2017
- Aġenda proviżorja, Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 17 ta' Frar 2017
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 17 ta’ Frar 2017
- Nota ta' informazzjoni
- Lista tal-parteċipanti
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EYCS
Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025