- Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 30-31/05/2016, 30 u 31 ta' Mejju 2016
Riżultati ewlenin
Il-konklużjonijiet ser joffru gwida politika mġedda għal dan il-proġett Ewropew, li tnieda fl-2008: Tmien snin wara, Europeana qed jikkollega 3,700 istituzzjoni kulturali li qed jaqsmu bejniethom aktar minn 50 miljun teżor kulturali online. Iżda hemm sfidi serji quddiemna. U biex nindirizzawhom, għal darb’oħra hemm bżonn sforz kollettiv.” Jet Bussemaker, ministru għall-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza tan-Netherlands u l-president tal-Kunsill
Kultura u Awdjoviżiv
Il-Ministri kellhom l-ewwel skambju ta’ fehmiet dwar il-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva riveduta (AVMS), l-AVMS tirregola ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, billi tikkombina l-ġurisdizzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini ma’ protezzzjoni (minima) tal-interessi ġenerali fl-UE kollha. Il-proposta għandha l-għan li timmodernizza l-qafas regolatorju attwali sabiex tadattah għal suq diġitali li qed jevolvi rapidament u d-drawwiet il-ġodda ta’ konsum ta’ kontenut awdjoviżiv.
Il-ministri qablu dwar l-importanza li tiġi aġġornata l-AVMS, bħala parti mill-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, u enfasizzaw ukoll li hija għandha tirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, il-libertà u l-pluraliżmu tal-media, il-ftuħ tal-internet u l-protezzjoni tal-konsumaturi u b’mod partikolari tal-minuri.
Il-ministri indirizzaw ukoll wieħed mill-aspetti tad-direttiva tal-AVMS b’mod partikolari, kif il-politiki pubbliċi jistgħu jappoġġaw ċirkolazzjoni transkonfinali ta’ kontenut awdjoviżiv Ewropew. Il-ministri kkunsidraw diversi kwistjonijiet, bħall-ħolqien tal-kontenut fil-konfront tal-ilħuq tal-udjenza, il-koproduzzjonijiet, l-inċentivi u l-kwoti finanzjarji nazzjonali.
Barra minn hekk, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rwol tal-Europeana għall-aċċess diġitali, il-viżibbiltà u l-użu tal-wirt kulturali Ewropew. Il-konklużjonijiet jirrakkomandaw it-titjib teknoloġiku tal-pjattaforma Europeana u jappellaw ukoll għal mudell ta’ finanzjament aktar sostenibbli fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
Il-ministru Netherlandiż għall-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza, Jet Bussemaker qalet li “il-konklużjonijiet ser joffru gwida politika mġedda għal dan il-proġett Ewropew, li tnieda fl-2008: Tmien snin wara, Europeana qed jikkollega 3.700 istituzzjoni kulturali li qed jaqsmu bejniethom aktar minn 50 miljun teżor kulturali online. Iżda hemm sfidi serji quddiemna. U biex nittrattawhom, għal darb’oħra hemm bżonn sforz kollettiv.”
L-isport joffri ħafna pjaċir, iżda dan ikun il-każ jekk il-logħba tintlagħab b’mod ġust: mhux biss fil-post iżda anke fis-sede tal-organizzazzjoni u l-awtoritajiet sportivi. Għalhekk il-presidenza tan-Netherlands għamlet l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba fl-isport waħda mill-prijoritajiet tagħha.” Eidth Schippers, ministru għas-Saħħa, is-Servizzi Soċjali u l-Isport tan-Netherlands u l-president tal-Kunsill
Sport
Il-ministri ddiskutew kif il-gvernijiet jistgħu jtejbu l-governanza fl-isport fl-isfond ta’ korruzzjoni rikorrenti, ħasil tal-flus u skandli tad-doping u l-impatt negattiv konsegwenti fuq il-kredibbiltà u l-fiduċja tal-pubbliku fuq il-valuri pożittivi tal-isport.
Il-Ministri enfasizzaw li l-awtonomija li s-settur tal-isport ilu jgwadi minnha għal żmien twil tista’ tibqa’ biss jekk jiġu applikati standards għoljin ta’ governanza tajba, iżda s-sitwazzjoni attwali uriet b’mod ċar li l-organizzazzjonijiet sportivi waħidhom mhumiex mgħammra biex jiġġieldu kontra t-theddid għall-integrità tiegħu milli jkomplu jseħħu.
Il-Ministri qablu li l-organizzazzjonijiet sportivi jeħtieġu appoġġ u kooperazzjoni u f’xi każijiet, l-intervent mill-gvernijiet nazzjonali u fakkru li s-settur tal-isport għandu jirrispetta l-prinċipji bażiċi tal-governanza tajba, bħall-ġestjoni b’ħiliet, il-finanzjament sostenibbli, il-kontabbiltà u t-trasparenza. L-Ewropa teħtieġ vuċi waħda biex titjieb l-integrità fl-isport.
Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba f’avvenimenti sportivi ewlenin. It-test jipproponi diversi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji fil-livell nazzjonali u Ewropew fl-istadji kollha ta’ avvenimenti bħal dawn (fattibilità, kandidatura, tħejjija, organizzazzjoni, evalwazzjoni, wirt) anke wara li dawn ikunu ntemmu.
Wara l-Kunsill tal-UE dwar l-Isport, sar djalogu strutturat bejn il-ministri tal-isport tal-UE u r-rappreżentanti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, il-Kumitat Olimpiku Ewropew, il-FIFA u l-UEFA. Il-parteċipanti ddiskutew it-trasparenza u l-governanza tajba fl-isport u qablu li jistabbilixxu djalogu regolari.
Il-ministru Netherlandiż għas-Saħħa, is-Servizzi Soċjali u l-Isport, Edith Schippers qalet: “l-isport joffri ħafna pjaċir, iżda dan ikun il-każ jekk il-logħba tintlagħab b’mod ġust: mhux biss fil-post iżda anke fis-sede tal-organizzazzjoni u l-awtoritajiet sportiv. Għalhekk il-presidenza tan-Netherlands għamlet l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba fl-isport waħda mill-prijoritajiet tagħha.”
Żgħażagħ
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ. Il-konklużjonijiet jenfasizzaw il-kontribut imprezzabbli li l-ħidma fost iż-żgħażagħ, l-attivitajiet volontarji u kulturali u l-isport jistgħu jagħtu biex jintlaħqu żgħażagħ li f'ċirkostanzi oħra jistgħu jkunu aktar vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni.
Huma jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jiddgħajfu u jiġu sfidati l-ideoloġiji estremisti eżistenti u biex jiġu kontrobilanċjati b’alternattivi attraenti mhux vjolenti u biex jiġu appoġġati l-ġenituri, l-aħwa, il-pari u oħrajn li jkunu f’kuntatt maż-żgħażagħ li huma f'riskju, filwaqt li jingħataw l-informazzjoni dwar is-sistemi ta’ appoġġ eżistenti u l-possibbiltajiet ta’ għajnuna professjonali.
Il-ministri ddiksutew kif il-politika taż-żgħażagħ tista’ tikkontribwixxi l-aħjar biex tappoġġa l-iżvilupp tal-identità taż-żgħażagħ. Il-ministri qablu li ż-żgħażagħ għandhom bżonn iktar minn qatt qabel identità pożittiva u b’saħħitha sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’suċċess fl-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol u s-soċjetà b’mod ġenerali u li dan jista’ jiġi żviluppat permezz ta’ netwerks edukattivi integrati. Dawn in-netwerks ser jgħinuhom ukoll jibnu reżiljenza kontra l-influwenzi u l-forzi antidemokratiċi.
Is-segretarju tal-Istat M. Van Rijn qal “Il-ministri Ewropej għaż-Żgħażagħ u l-Edukazzjoni qed jingħaqdu flimkien illum. Iffukajna fuq ir-rwol tal-għalliema, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u professjonijisti soċjali oħra. Il-kontribut tagħhom jista’ jkun ta’ valur kbir immens biex iż-żgħażagħ jissaħħu u jippermettulhom li jirrikonoxxu u jirrifjutaw il-wegħdiet fiergħa tar-radikali vjolenti.”
Edukazzjoni
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li jirrikonoxxi l-aspetti pożittivi tal-internet u l-media soċjali, iżda jenfasizza wkoll it-theddid u l-perikli potenzjali li jistgħu jippreżentaw. Il-konklużjonijiet jenfasizzaw ir-rwol fundamentali tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex iż-żgħażagħ jingħataw l-għajnuna biex isiru litterati fil-media u ċittadini responsabbli tal-futur.
Il-konklużjonijiet huma wkoll segwitu għad-dikjarazzjoni ta’ Pariġi ta’ Marzu tal-2015 li tenfasizza r-rwol ewlieni li għandha l-edukazzjoni fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri fundamentali tal-UE. Il-ministri qablu li wieħed mill-oqsma li għandu bżonn jissaħħaħ huwa l-ħila taż-żgħażagħ li jaħsbu b’mod kritiku u li jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom sabiex ikunu jistgħu jifhmu r-realtajiet, jiddistingwu fatt minn opinjoni, u biex jirreżistu kull forma ta’ indottrinazzjoni u diskors ta’ mibegħda.
Il-ministri ddiskutew ukoll il-futur tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa, qabel il-proposta tal-Kummissjoni li jmiss.
Il-ministru Bussemaker qalet “Il-politiki dwar iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni għandhom rwol konġunt fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni fost iż-żgħażagħ. Jidher ċar li kull approċċ għal din il-problema urġenti għandu jinvolvi s-setturi kollha fis-soċjetà: il-ġenituri u l-familji, l-għalliema u l-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-assistenti soċjali u rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili. Iddiskutejna kif huma jistgħu jingħataw appoġġ u liema huma l-passi meħtieġa li jmiss fil-livell tal-UE.”
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- List of A items, legislative activities, Education, Youth, Culture and Sports Council, 30 May 2016
- List of A items, non-legislative activities, Education, Youth, Culture and Sports Council, 30 May 2016
- Aġenda proviżorja, Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 30 ta' Mejju 2016
- Nota ta' informazzjoni
- List of participants
Stqarrijiet għall-istampa
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba f'avvenimenti sportivi ewlenin
- 31/05/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-Europeana għall-aċċess diġitali, il-viżibbiltà u l-użu tal-wirt kulturali Ewropew
- 31/05/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ
- 30/05/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ f'approċċ integrat u transsettorjali biex tiġi evitata u miġġielda r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ
- 30/05/2016
- Commodity dealers: exposure exemption extended
- 30/05/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EYCS
Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025