Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 22 ta' Settembru 2020

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew Straordinarju

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz ta' konklużjonijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew straordinarju li għandha ssir fl-1 u t-2 ta' Ottubru.

Fil-laqgħa tagħhom, il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu s-suq uniku, il-politika industrijali u t-trasformazzjoni diġitali. Huma ser ikollhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina u jkollhom diskussjoni strateġika dwar it-Turkija.

Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit

Il-kap negozjatur tal-Unjoni, Michel Barnier, informa l-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit, l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-isforzi ta' impenn tal-UE bil-ħsieb ta' tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fil-31 ta' Diċembru 2020.

Il-ministri affermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għall-kap negozjatur u l-mandat tiegħu, u esprimew il-fiduċja tagħhom li jista' jinkiseb aktar progress fiċ-ċiklu ta' negozjati li jmiss skedat għall-ġimgħa tat-28 ta' Settembru. Huma enfasizzaw ukoll li ried jiġi rrispettat il-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u l-pakkett għall-irkupru

Il-presidenza infurmat il-ministri dwar il-kuntatti trilaterali li saru mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni mill-aħħar ta' Awwissu biex tiġi żgurata l-approvazzjoni meħtieġa tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolament tal-QFP.

Id-diskussjonijiet iffokaw fuq riżorsi proprji ġodda, il-governanza ta' Next Generation EU, il-pakketti ta' programmi tal-UE u kwistjonijiet orizzontali, bħall-klima, il-ġeneru u l-bijodiversità. It-timijiet tan-negozjati qed jaħdmu qatigħ biex jikkonkludu l-proċess malajr.

Fil-kummenti tagħhom, diversi kelliema enfasizzaw li l-QFP u l-istrument għall-irkupru jiffurmaw pakkett inseparabbli. Il-ministri ssottolinjaw ukoll il-ħtieġa li jiġu ffinalizzati l-proċeduri kollhakemm jista' jkun malajr, sabiex ikunu jistgħu jingħataw l-għajnuna l-istati membri u r-reġjuni affettwati mill-pandemija u jiġi żgurat bidu f'waqtu tal-programmi l-ġodda.

Michael Roth, il-Ministru tal-Istat għall-Ewropa tal-Ġermanja
Ninsab sodisfatt li sar xi progress fid-djalogu tagħna mal-Parlament. Issa huwa importanti li dan il-proċess jasal għal konklużjoni pożittiva. Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna ġew affettwati ħafna mill-pandemija u jeħtieġ li nwettqu b'mod urġenti l-wegħdiet tagħna li ngħinu lill-istati membri, ir-reġjuni u s-setturi l-aktar milquta.
Michael Roth, il-Ministru tal-Istat għall-Ewropa tal-Ġermanja
Michael Roth, il-Ministru tal-Istat għall-Ewropa tal-Ġermanja

Covid-19 - koordinazzjoni tal-UE

Abbażi ta' rapport ta' progress tal-presidenza, il-ministri ddiskutew kif tista' tinkiseb kooperazzjoni akbar fil-livell tal-UE dwar miżuri nazzjonali li jillimitaw il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. L-istati membri esprimew appoġġ wiesa' għall-approċċ propost għall-ġbir u l-preżentazzjoni ta' data miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), u enfasizzaw l-importanza ta' komunikazzjoni ċara u f'waqtha bejn l-istati membri u lill-pubbliku. Huma ser ikomplu jesploraw modi biex jikkoordinaw il-valutazzjoni tar-riskju, id-deżinjazzjoni taż-żoni ta' riskju u l-miżuri li għandhom jiġu skattati.

Il-ħidma ser tkompli fil-Kunsill fil-ġimgħat li ġejjin bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum ta' ħafna miċ-ċittadini tagħna kemm jekk jivvjaġġaw għal raġunijiet ta' xogħol, familja jew turiżmu. Illum l-istati membri tennew l-impenn qawwi tagħhom li jtejbu l-koordinazzjoni ta' dawn il-miżuri, sabiex jiżguraw aktar trasparenza u prevedibbiltà għal kulħadd. Huwa fl-interess komuni tagħna li nipproteġu Schengen u s-Suq Uniku. Michael Roth, il-Ministru tal-Istat għall-Ewropa tal-Ġermanja

Proċeduri tal-Artikolu 7

Bħala parti mill-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE, il-Kummissjoni aġġornat l-ministri dwar l-iżviluppifil-Polonja u fl-Ungerijamill-aħħar tas-sena li għaddiet. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u billi ma kienx possibbli jsiru laqgħat fiżiċi tal-Kunsill, din is-sena l-Kunsill ma setax ikollu diskussjonijiet skont l-Artikolu 7.

Fil-ħarsa ġenerali tagħha dwar il-Polonja, il-Kummissjoni ffokat fuq sanzjonijiet dixxiplinari għall-imħallfin u l-implimentazzjoni tal-ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' April 2020 dwar l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema. Fir-rigward tal-Ungerija, il-Kummissjoni ddeskriviet is-sitwazzjoni f'diversi oqsma, inkluż l-indipendenza tal-ġudikatura, il-pluraliżmu tal-media u l-libertà akkademika.

Programmazzjoni leġiżlattiva

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill l-ittra ta' intenzjoni dwar l-abbozz ta' programm ta' ħidma tagħha għall-2021, u r-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tagħha tal-2020, li ser iservu bħala kontribut għall-eżerċizzju ta' programmazzjoni pluriennali li jmiss bejn l-istituzzjonijiet tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025