Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Vidjokonferenza tal-ministri responsabbli għall-politika ta' koeżjoni, 15 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE kellhom dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-irkupru ekonomiku wara l-pandemija tal-COVID-19.

Il-ministri ġew mistiedna jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-aħjar mod kif jiġi żgurat il-bilanċ it-tajjeb bejn

  • miżuri immedjati ta’ rispons f’każ ta’ kriżi u għanijiet ta’ koeżjoni dejjiema
  • flessibbiltà fil-livell nazzjonali u appoġġ immirat għar-reġjuni l-inqas żviluppati u s-setturi l-aktar milquta
Marko Pavić, Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE tal-Kroazja
Il-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 ipoġġu l-politika ta’ koeżjoni fuq quddiem nett tal-miżuri ta’ rkupru bħala l-aħjar politika ewlenija tal-UE li tista' tevita li jikbru l-inugwaljanzi. It-tifqigħa tal-coronavirus tista’ twassal għal żieda fid-differenzi reġjonali li, jekk ma jiġux indirizzati b’mod urġenti, jistgħu jxekklu l-funzjonament tas-suq uniku. Il-politika ta’ koeżjoni hija mfassla b’mod ġenerali biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-istati membri u r-reġjuni kollha, speċjalment dawk li l-ekonomiji tagħhom intlaqtu partikolarment ħażin mill-pandemija u li għandhom l-inqas kapaċità li jirpiljaw.
Marko Pavić, Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE tal-Kroazja
Marko Pavić, Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE tal-Kroazja

Fid-diskussjoni tagħhom, il-ministri enfasizzaw l-importanza ta’ appoġġ aktar qawwi għas-settur tas-saħħa, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ekonomiku tas-setturi l-aktar milquta ħażin, bħat-turiżmu u l-kultura.

Minħabba l-kriżi, l-istati membri kkunsidraw il-possibbiltà li jżidu l-flessibbiltà tat-trasferimenti bejn il-fondi strutturali u ta’ investiment. L-għan ikun li jittejjeb il-livell ta’ tħejjija għall-emerġenzi u li jiġi promoss aktar il-ħolqien ta’ impjiegi f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Xi stati membri esprimew il-fehma li kienet meħtieġa aktar riflessjoni dwar il-possibbiltà li jiġu inklużi miżuri ta’ rispons rapidu, li jistgħu jiġu skattati f’ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux tas-soltu, fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni.

Fl-aħħar nett, il-ministri qablu li jaħdmu għat-tisħiħ tal-għodod tal-politika ta’ koeżjoni sabiex jgħinu lis-soċjetajiet jieħdu ħsieb is-sitwazzjoni preżenti u jistabbilixxu l-bażi għall-irkupru rapidu u sostenibbli tal-ekonomiji tagħhom.

Il-vidjokonferenza kienet ippreseduta minn Marko Pavić, Ministru Kroat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea kienet irrappreżentata mill-Kummissarju Elisa Ferreira.

Fl-aħħar nett, il-Presidenza Kroata ħarġet stqarrija għall-istampa.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025