"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi

L-UE stabbiliet għadd ta' għodod u mekkaniżmi biex tipproteġi lill-konsumaturi jekk jinqalgħu problemi meta jinxtara prodott jew servizz fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.

Tilwim tal-konsumaturi

Fi kwalunkwe relazzjoni kummerċjali, il-kummerċjanti u l-konsumaturi jista' jkollhom tilwim x'isolvu, pereżempju jekk prodott ma jiġix ikkonsenjat fil-ħin jew f'kundizzjoni tajba, jew jekk il-konsumaturi ma jħallsux il-prezz sħiħ tax-xiri.

3 modi kif tissolva tilwima tal-konsumaturi

Soluzzjoni informali

Mekkaniżmu alternattiv ta' riżoluzzjoni tat-tilwim

Azzjoni legali

F'każ ta' problemi meta jixtru prodott jew servizz fi kwalunkwe pajjiż tal-UE, il-konsumaturi jistgħu jippruvaw isolvu t-tilwima permezz ta':

  • ftehim informali: direttament mal-kummerċjant jew permezz ta' organizzazzjoni tal-konsumatur
  • mekkaniżmi alternattivi ta' soluzzjoni għat-tilwim: eż. medjatur, ombudsmen, bord tal-ilmenti, is-sit web tal-UE għas-soluzzjoni online għat-tilwim
  • azzjoni legali formali: permezz tal-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar u l-ordni ta' ħlas Ewropea jew billi jmorru l-qorti

Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi

Ħafna konsumaturi li qed jiffaċċaw nuqqas ta' qbil ma' kummerċjant ma jmorrux il-qorti minħabba li l-ammonti involuti huma żgħar wisq, il-proċeduri jieħdu wisq żmien jew mhumiex kunfidenti li jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti.

Din hija r-raġuni għaliex l-UE żviluppat miżuri ġodda biex tiffaċilita s-soluzzjoni għat-tilwim.

Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) tikkonsisti f'mekkaniżmi għall-konsumaturi biex isolvu t-tilwim ma' kumpaniji bl-assistenza ta' korp imparzjali għas-soluzzjoni tat-tilwim, mingħajr ma jmorru l-qorti. L-użu tal-ADR għandu l-vantaġġ li jkun aktar faċli, aktar rapidu u orħos milli wieħed imur il-qorti.

Fis-17 ta' Novembru 2025, il-Kunsill approva d-direttiva aġġornata dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li:

  • tintroduċi skadenza ta' 20 jum għal kumpaniji biex iwieġbu lill-korpi tal-ADR fir-rigward ta' każijiet speċifiċi
  • tippromwovi kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur
  • tiċċara kif sistemi awtomatizzati, bħall-intelliġenza artifiċjali, it-traduzzjoni awtomatika u soluzzjonijiet oħra tal-IT, għandhom jintużaw biex jagħmlu l-proċeduri tal-ADR aktar effiċjenti, speċjalment f'każijiet transfruntiera
  • testendi l-kamp ta' applikazzjoni għal tilwim bejn konsumatur ibbażat fl-UE u negozjant f'pajjiż terz, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet

Barra minn hekk, l-istati membri ser ikunu meħtieġa jadottaw miżuri biex jippromwovu l-użu tal-ADR bħal inċentivi finanzjarji jew kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika.

F'Novembru 2024, il-Kunsill adotta regolament biex jagħlaq il-pjattaforma Ewropea għas-soluzzjoni online għat-tilwim, li ttrattat biss medja annwali ta' 200 każ fl-UE kollha, u biex jissostitwixxiha b'għodda diġitali ġdida u aktar faċli għall-utent, li għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni.

Rimedju kollettiv

Il-konsumaturi li jkunu sfaw vittmi ta' prattiki illegali jaf joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni legali minħabba li, pereżempju, ma jkunux ċerti mid-drittijiet tagħhom jew liema proċeduri għandhom isegwu, jew minħabba li jibżgħu mill-ispejjeż għoljin mistennija għat-teħid ta' azzjoni individwali.

Din hija r-raġuni għaliex, permezz tad-direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi, l-UE introduċiet regoli li jippermettu lill-konsumaturi madwar l-UE jfittxu b'mod kollettivprotezzjoni ġudizzjarja effettiva meta l-kummerċjanti jiksru l-liġijiet tal-UE f'oqsma bħas-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar, it-turiżmu, l-enerġija, is-saħħa, it-telekomunikazzjoni u l-protezzjoni tad-data.

Dawn il-miżuri, li ilhom japplikaw mill-25 ta' Ġunju 2023, għandhom l-għan li:

  • jippermettu lill-konsumaturi li jieħdu azzjoni kollettiva biex jitolbu d-drittijiet tagħhom u jiksbu l-waqfien jew il-projbizzjoni ta' prattika (miżuri ta' inġunzjoni) jew kumpens, sostituzzjoni jew tiswija (miżuri ta' rimedju)
  • jagħtu s-setgħa lill-entitajiet kwalifikati (bħal organizzazzjonijiet tal-konsumaturi) biex iniedu azzjonijiet f'isem grupp ta' konsumaturi, inkluż konsumaturi minn pajjiżi differenti tal-UE
  • jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi bejn il-kummerċjanti

Ara wkoll

Drittijiet tax-xiri

Żewġ persuni waqt li qed jużaw il-mobiles jidhru fuq naħa u oħra ta' mappa tal-Unjoni Ewropea, b'linji kkurvati li jgħaqqduhom u jissuġġerixxu telefonati, messaġġi u użu tal-internet transfruntieri minn pajjiż tal-UE għal ieħor.

Protezzjoni tal-konsumatur: ċempel, ibgħat messaġġ u uża l-internet

Raġel u mara bilwieqfa ħdejn xulxin, it-tnejn iżommu bagalja u lebsin backpack, lesti biex jivvjaġġaw.

Drittijiet tal-ivvjaġġar

L-aħħar reviżjoni: 17 ta' Novembru 2025