"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Tipi ta' sanzjonijiet li tadotta l-UE

Is-sanzjonijiet tal-UE jistgħu jkunu mmirati lejn gvernijiet ta' pajjiżi, entitajiet u individwi mhux tal-UE. L-UE tista' timponi miżuri restrittivi sabiex timplimenta r-riżoluzzjonijiet tan-NU, issaħħaħ is-sanzjonijiet tan-NU jew fuq inizjattiva tagħha stess.

Miri tas-sanzjonijiet tal-UE

Is-sanzjonijiet tal-UE jistgħu jkunu mmirati lejn:

  • gvernijiet ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE, minħabba l-politiki tagħhom
  • entitajiet (kumpaniji) li jipprovdu l-mezzi biex jitwettqu l-politiki fil-mira
  • gruppi jew organizzazzjonijiet fosthom gruppi terroristiċi
  • individwi, bħal terroristi jew persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem

Is-sanzjonijiet huma żviluppati b'tali mod li jimminimizzaw il-konsegwenzi negattivi għal dawk mhux responsabbli għall-politiki jew l-azzjonijiet li wasslu għall-adozzjoni ta' sanzjonijiet.

B'mod partikolari, l-UE taħdem biex timminimizza l-effetti fuq il-popolazzjoni ċivili lokali u fuq attivitajiet leġittimi fil-pajjiż ikkonċernat jew miegħu.

X'inhuma s-sanzjonijiet?

Il-maġġoranza tar-reġimi tas-sanzjonijiet tal-UE huma mmirati lejn individwi u entitajiet u jikkonsistu f'iffriżar tal-assi u projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. L-UE tista' tadotta wkoll miżuri settorjali, bħal miżuri ekonomiċi u finanzjarji.

Sanzjonijiet f'sens idjaq jeħtieġu bażi legali speċifika fit-trattati tal-UE, u jinkludu:

Pistola u sinjal ta' waqfien.

Embargo fuq l-armi

Projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija mniżżla fil-lista militari tal-UE.

Ajruplan mgħotti minn sinjal ta' projbizzjoni.

Projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar

Il-persuni fil-mira ma jistgħux jidħlu f'territorji tal-UE jew jgħaddu minnhom.

Karti tal-flus Russi (rubli) u simbolu ta' ffriżar.

Iffriżar tal-assi

L-assi kollha tal-individwi u l-entitajiet sanzjonati fl-UE huma ffriżati.

Muniti waħda fuq l-oħra u id qed tagħmel sinjal ta' waqfien.

Nuqqas ta' disponibbiltà ta' fondi

Persuni u entitajiet tal-UE ma jistgħux iqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni ta' dawk sanzjonati.

Bastiment tal-merkanzija mgħotti minn salib aħmar.

Sanzjonijiet ekonomiċi

Restrizzjonijiet fis-setturi tal-kummerċ, tad-difiża, tat-teknoloġija, tal-finanzi, tat-trasport u tal-enerġija.

Teħid bl-idejn mgħotti minn sinjal ta' projbizzjoni.

Sanzjonijiet diplomatiċi

Interruzzjoni tar-relazzjonijiet diplomatiċi jew sejħa lura tar-rappreżentanti diplomatiċi tal-UE.

Sanzjonijiet tan-NU u tal-UE

L-UE tista' timplimenta tliet tipi ta' reġimi ta' sanzjonijiet: sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), sanzjonijiet imħallta u sanzjonijiet awtonomi tal-UE.

Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti

L-UE timplimenta s-sanzjonijiet kollha adottati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU billi tittrasponihom fid-dritt tal-UE. L-UE hija involuta fi djalogu permanenti man-NU biex tikkoordina aħjar l-azzjonijiet rispettivi tal-istati membri tal-UE dwar is-sanzjonijiet.

Sanzjonijiet imħallta

L-UE tista' wkoll issaħħaħ is-sanzjonijiet tan-NU billi tapplika miżuri aktar stretti flimkien ma' dawk imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Sanzjonijiet awtonomi tal-UE

Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jimponi sanzjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) jew l-istati membri tal-UE jistgħu jipproponu dan it-tip ta' sanzjonijiet. Normalment japplikaw għal 12-il xahar.

Il-miżuri restrittivi jinħarġu b'deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK).

Sanzjonijiet tematiċi u bbażati fuq il-pajjiżi

Il-maġġoranza tar-reġimi ta' sanzjonijiet tal-UE huma adottati minħabba sitwazzjoni speċifika f'pajjiż partikolari. Pereżempju, ġew imposti sanzjonijiet minħabba s-sitwazzjoni fir-Russja, il-Belarussja, l-Iran, il-Korea ta' Fuq, is-Sirja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-Venezwela.

Verżjoni testwali

Pajjiżi fejn japplika reġim ta' sanzjonijiet:

  • L-Afganistan
  • Il-Belarussja
  • Il-Bożnija-Ħerzegovina
  • Il-Burundi
  • Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
  • Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
  • Il-Gwatemala
  • Il-Guinea
  • Il-Guinea-Bissau
  • Il-Haiti
  • L-Iran
  • L-Iraq
  • Il-Libanu
  • Il-Libja
  • Il-Mali
  • Il-Moldova
  • Il-Myanmar/Burma
  • In-Nikaragwa
  • In-Niġer
  • Il-Korea ta' Fuq
  • Ir-Russja
  • Is-Somalja
  • Is-Sudan t'Isfel
  • Is-Sudan
  • Is-Sirja
  • It-Tuneżija
  • It-Turkija
  • L-Ukrajna
  • Il-Venezwela
  • Il-Jemen
  • Iż-Żimbabwe

Barra minn hekk, l-UE adottat ukoll erba' reġimi tematiċi mmirati lejn dawk responsabbli minn:

L-atti legali kollha relatati mas-sanzjonijiet tal-UE huma ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali tal-UE.

Ara wkoll

Għaliex l-UE tadotta sanzjonijiet

Ikoni tat-tliet istituzzjonijiet tal-UE involuti fil-proċess tal-adozzjoni tas-sanzjonijiet: il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament.

Kif l-UE tadotta u tirrieżamina s-sanzjonijiet

Sanzjonijiet

L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Ottubru 2026