"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tmexxi l-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE, tippresiedi l-Kunsill Affarijiet Barranin, tibni kunsens bejn l-istati membri tal-UE u tiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE.

Ir-Rappreżentant Għoli Kaja Kallas

Ir-Rappreżentant Għoli attwali hija Kaja Kallas, li nħatret għal perjodu ta' 5 snin minn Diċembru 2024.

Ir-Rappreżentant Għoli Kaja Kallas titkellem mal-istampa.
Kaja Kallas

Responsabbiltajiet tar-Rappreżentant Għoli

Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

  • issawwar u tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK)
  • tikkontribwixxi permezz tal-proposti tagħha għall-iżvilupp tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE
  • tippresiedi l-Kunsill Affarijiet Barranin
  • tiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill tal-UE
  • tirrappreżenta lill-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-politika estera u ta' sigurtà komuni fil-livell tagħha
  • tattendi l-laqgħat tal-Kunsilli Ewropej (filwaqt li mhix formalment membru)
  • taġġorna lill-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà
  • hija responsabbli, flimkien mal-Kunsill, għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK
  • tmexxi n-network diplomatiku tal-UE ta' 144 delegazzjoni tal-UE madwar id-dinja
  • tmexxi l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Istitut tal-UE għall-Istudji fuq is-Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli hija wkoll waħda mill-viċi presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u tiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), li jinkludi l-ambaxxaturi tas-27 pajjiż tal-UE fil-Kunsill, huwa ppresedut minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli. Il-Kumitat jissorvelja s-sitwazzjoni internazzjonali fl-oqsma koperti mill-PESK u jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika ta' operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli.

President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tippresiedi, tħejji u tmexxi l-Kunsill Affarijiet Barranin (KAB), u tagħti segwitu għad-deċiżjonijiet tiegħu. Il-Kunsill Affarijiet Barranin huwa magħmul mill-ministri għall-affarijiet barranin tal-istati membri kollha tal-UE u normalment jiltaqa' mill-inqas darba fix-xahar.

Il-Kunsill Affarijiet Barranin jiltaqa' wkoll fil-konfigurazzjoni/format tal-ministrigħad-difiża, l-iżvilupp u l-kummerċ, rispettivament.

Meta l-KAB jiddiskuti kwistjonijiet ta' politika kummerċjali komuni, ikun ippresedut mir-rappreżentant tal-istat membru tal-UE li jkollu l-presidenza ta' sitt xhur tal-Kunsill tal-UE.

L-istorja tar-rwol tar-Rappreżentant Għoli

Il-kariga ta' Rappreżentant Għoli oriġinarjament inħolqot fl-1997 skont it-Trattat ta' Amsterdam, għalkemm ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-politiki esterni ġew kondiviżi mal-Kummissarju Ewropew għar-Relazzjonijiet Esterni.

It-Trattat ta' Liżbona, li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2009, estenda r-responsabbiltajiet tar-Rappreżentant Għoli billi inkluda l-presidenza tal-Kunsill Affarijiet Barranin u r-rwol ta' Viċi President tal-Kummissjoni.

Bħala Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli tiżgura li l-azzjoni esterna ġenerali tal-UE fl-oqsma tal-iżvilupp, il-kummerċ, il-politika tal-viċinat, l-għajnuna umanitarja u r-rispons għall-kriżijiet tkun konsistenti u effettiva.

Ħatra tar-Rappreżentant Għoli

Ir-RGħ tinħatar mill-Kunsill Ewropew li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, għal mandat ta' 5 snin.

Il-ħatra tar-Rappreżentant Għoli hija soġġetta wkoll għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Dan għaliex ir-Rappreżentant Għoli hija wkoll waħda mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea kollha kemm hi teħtieġ il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Rappreżentanti Għolja preċedenti

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Ir-Rappreżentant Għoli hija assistita fil-qadi ta' dmirijietha mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) — is-servizz diplomatiku tal-UE.

Is-SEAE ġie stabbilit mit-Trattat ta' Liżbona u jaħdem f'kooperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-UE. Dan jinkludi uffiċjali u aġenti mill-UE kif ukoll persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali.

L-aħħar reviżjoni: 24 ta' Marzu 2026