Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 17-18/11/2015, 17 u 18 ta' Novembru 2015

Riżultati prinċipali

Il-Kunsill beda jħejji għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ser issir fis-17 u t-18 ta’ Diċembru 2015 abbażi ta' abbozz ta’ aġenda annotata. “Illum bdejna nħejju għall-Kunsill Ewropew li jmiss billi ħarisna lejn is-sitt kwistjonijiet li l-mexxejja Ewropej ser ikunu mistiedna jindirizzaw. Dawn huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu wara l-attakki f'Pariġi; il-migrazzjoni, li l-kapijiet ta' stat u ta' gvern ser iqisu l-progress fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet diġà meħudin dwarha; ir-rapport tal-Presidenti dwar it-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; it-tlestija tas-suq uniku; il-pjanijiet tar-Renju Unit għal referendum; u r-relazzjonijiet mar-Russja u s-sitwazzjoni fl-Ukrajna", qal Jean Asselborn, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill.

It-tnedija tad-djalogu politiku dwar l-istat tad-dritt kienet waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza Lussemburgiża. Ninsab kuntent li l-presidenza Netherlandiża li jmiss intrabtet li ssegwi dawn l-isforzi u li tibni fuq l-iskambju ta’ fehmiet li seħħ illum.” Jean Asselborn, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu

Il-ministri kellhom l-ewwel djalogu annwali tagħhom dwar l-istat tad-dritt stabbilit f’Diċembru 2014. Huma esprimew il-fehmiet tagħhom dwar l-esperjenzi tal-isfidi li kellhom f’dan il-qasam u dwar kif l-aħjar li jwieġbu. Il-ministri indirizzaw speċifikament ukoll il-kwistjoni tal-istat tad-dritt fl-era diġitali. “It-tnedija tad-djalogu politiku dwar l-istat tad-dritt kienet waħda mill-prijoritajiet tal-presidenza Lussemburgiża", qal Jean Asselborn, li żied jgħid: "Ninsab kuntent li l-presidenza Netherlandiża li jmiss intrabtet li ssegwi dawn l-isforzi u li tibni fuq l-iskambju ta’ fehmiet li seħħ illum.”

Il-ministri evalwaw ukoll id-diskussjonijiet li qed isiru għal ftehim bejn il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni maħsub biex jitjieb il-mod kif l-UE qed tilleġisla. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-ftehim interistituzzjonali għal regolamentazzjoni aħjar hu li jiżgura li l-leġislazzjoni u l-politiki tal-UE jilħqu l-objettivi tagħhom bl-inqas spiża. L-għan tat-tliet istituzzjonijiet hu li jintlaħaq qbil sal-aħħar tas-sena.

Politika ta’ koeżjoni

Il-presidenza stiednet lill-ministri responsabbli għall-politika ta’ koeżjoni għal laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali ddedikata għall-kwistjonijiet li ġejjin:

Il-politika ta’ koeżjoni hi waħda mill-metodi ewlenin kif l-UE tista’ tikkontribwixxi għal ekonomija ekoloġika.” Camille Gira, Segretarju tal-Istat tal-Lussemburgu

Fid-dawl tal-konferenza tan-NU dwar il-klima li ser issir f’Pariġi f’Diċembru, il-Kunsill adotta konklużjonijiet. Dawn ikopru l-kontribut mill-politika ta’ koeżjoni u b’mod aktar ġenerali mill-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej 2014-2020 b'sostenn għat-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. “Il-politika ta’ koeżjoni hija waħda mill-metodi kif l-UE tista’ tikkontribwixxi għal ekonomija ekoloġika. Matul il-perjodu 2014-2020, il-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej ser jipprovdu €110 biljun għal miżuri b'rabta mal-klima, li minnhom €45 biljun huma maħsuba biex isostnu t-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju", qal Camille Gira, Segretarju tal-Istat għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Infrastruttura tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jevalwaw il-25 sena esperjenza mill-istabbiliment tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, magħrufa bħala Interreg, u l-kontribut tagħha għall-politika ta’ koeżjoni. Iddiskuta wkoll il-valur miżjud tal-Interreg għat-tagħlim kulturali u istituzzjonali lil hinn mill-fruntieri.

Huwa adotta wkoll konklużjonijiet li jippreżentaw il-prijoritajiet u l-aspettattivi tal-istati membri dwar is-simplifikazzjoni tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej, li hija sfida permanenti għal min jibbenefika minnhom u għall-korpi kollha involuti fl-amministrazzjoni u l-kontroll tal-programm.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Frar 2025