"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Semestru Ewropew fl-2021

  • 2021

    14 ta' Diċembru

    Pjan direzzjonali tas-Semestru Ewropew 2022

    Il-Presidenza Slovena u l-presidenza Franċiża li jmiss ippreżentaw pjan direzzjonali matul il-Kunsill Affarijiet Ġenerali li jiddeskrivi l-passi ewlenin tas-Semestru Ewropew 2022, wara l-pubblikazzjoni tal-pakkett tal-ħarifa mill-Kummissjoni Ewropea fl-24 ta’ Novembru 2021.

    L-element ewlieni tal-pakkett tal-ħarifa huwa l-“Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli”, iżda jinkludi wkoll il-proposta għal rapport konġunt dwar l-impjiegi, ir-rakkomandazzjoni dwar iż-żona tal-euro, ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta’ twissija u l-opinjoni dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji għall-istati membri taż-żona tal-euro.

    L-għan tal-pjan direzzjonali huwa li jiżgura li l-konfigurazzjonijiet rilevanti kollha tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tagħhom jaħdmu lejn it-tħejjija tal-Kunsill Ewropew b’mod koordinat u konsistenti.

  • 2021

    9 ta' Novembru

    Il-futur tas-Semestru Ewropew fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

    Wara aġġustament temporanju tas-Semestru Ewropew fl-2020 u l-2021 biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjoekonomiċi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, il-ministri approvaw il-konklużjonijiet dwar il-futur tas-Semestru Ewropew fir-rigward tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Il-konklużjonijiet jappellaw għar-ritorn tal-elementi essenzjali tas-Semestru Ewropew fiċ-ċiklu tal-2022, b'mod partikolari r-rapporti tal-pajjiżi u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

  • 2021

    18 ta' Ġunju

    Il-Kunsill jadotta rakkomandazzjonijiet dwar il-programmi aġġornati ta' stabbiltà u konverġenza

    Il-Kunsill adotta 27 rakkomandazzjoni dwar il-programmi aġġornati ta' stabbiltà u konverġenza bħala parti miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew 2021.

    Il-programmi jirriflettu l-kontinwazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali u jindirizzaw il-pożizzjonijiet baġitarji tal-istati membri f'termini kwalitattivi.

  • 2021

    23 ta' Marzu

    Pjan direzzjonali aġġornat tas-Semestru Ewropew 2021 u rapport tal-presidenza

    Il-Kunsill eżamina rapport tal-presidenza dwar is-Semestru Ewropew 2021 u l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Ir-rapport jinnota li l-appoġġ politiku fil-livell nazzjonali u tal-UE ser ikun kruċjali għall-irkupru. Jisħaq ukoll li l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom isiru d-dokument ta' referenza ewlieni dwar l-inizjattivi ta' politika li jħarsu 'l quddiem tal-istati membri. Il-pjanijiet għandhom jinkludu l-aġenda nazzjonali tar-riformi u l-investimenti, ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, ikunu konformi ma' objettivi ta' politika tal-UE u jiffukaw fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

    Fid-dawl tal-kuntest partikolari tal-pandemija u l-ħtieġa ta' aġġustament kontinwu biex il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tiġi artikolata mas-Semestru Ewropew, il-presidenza ppreżentat pjan direzzjonali aġġornat dwar is-Semestru Ewropew 2021.

  • 2021

    25 ta' Jannar

    Il-Kunsill japprova konklużjonijiet dwar ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija u l-abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar iż-żona tal-euro

    Il-Kunsill approva konklużjonijiet rigward ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2021. Ir-rapport jimmarka l-punt tat-tluq tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi annwali. Ir-rapport jikkonkludi li l-kriżi tal-COVID-19 aggravat għadd ta' żbilanċi makroekonomiċi eżistenti fl-istati membri u li qed toħloq riskji ġodda. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jsir l-aħjar użu mill-miżuri ta' appoġġ disponibbli tal-UE.

    Il-Kunsill approva wkoll l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. Ir-rakkomandazzjoni tqiegħed enfasi qawwija fuq l-użu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li tipprovdi gwida ta' politika dwar il-prijoritajiet li l-istati membri għandhom jinkludu fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom. Ir-rakkomandazzjoni ser tintbagħat lill-Kunsill Ewropew f'Marzu għall-approvazzjoni, qabel l-adozzjoni formali mill-Kunsill.