"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Skrinjar ta' migranti fil-fruntieri tal-UE

Ir-regoli tal-UE dwar l-iskrinjar jiżguraw li l-persuni li jaslu fil-fruntieri esterni tal-UE jiġu identifikati, jgħaddu mill-kontrolli meħtieġa u jiġu riferuti malajr għall-proċedura xierqa ta' ażil jew ta' ritorn.

X'inhu l-iskrinjar

L-iskrinjar huwa proċess qasir u strutturat imwettaq fil-fruntieri esterni tal-UE u, f'ċerti każijiet, fl-UE għal nazzjonali ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għad-dħul. Dan jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali biex malajr:

  • jistabbilixxu l-identità ta' persuna
  • jidentifikaw kwalunkwe riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà
  • jivvalutaw il-vulnerabbiltajiet jew il-ħtiġijiet ta' protezzjoni speċjali

Ir-regolament dwar l-iskrinjar huwa parti mill-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil, il-qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-ażil. Huwa jistabbilixxi regoli komuni għall-kontrolli u għar-reġistrazzjoni ta' persuni soġġetti għall-iskrinjar. Dan jiżgura wkoll li, wara l-iskrinjar, dawk il-persuni jiġu riferuti malajr għall-proċedura xierqa.

Skont iċ-ċirkostanzi tagħha, persuna li tgħaddi minn skrinjar tista' tiġi riferuta għall-proċedura ta' ażil jew għal proċedura ta' ritorn.

Billi jistabbilixxi approċċ konsistenti għall-iskrinjar mal-UE kollha, ir-regolament jgħin biex tittejjeb il-ġestjoni tal-wasliet irregolari u tissaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE. jgħin ukoll biex jiġu identifikati r-riskji potenzjali għas-saħħa pubblika u għas-sigurtà.

Lista ta' kontroll fuq clipboard taħt lenti, b'id tqiegħed timbru u pinna tistrieħ fil-ġenb t'isfel, li tirrappreżenta verifika u pproċessar bir-reqqa tad-dokumenti.

Proċeduri tal-ażil u tal-fruntieri tal-UE

Kontrolli u identifikazzjoni tal-proċedura korretta

Il-proċess ta' skrinjar jinkludi kontrolli komuni tas-saħħa, tal-identità, tal-vulnerabbiltà u tas-sigurtà għal ċerti nazzjonali ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għad-dħul fl-UE.

L-iskrinjar irid jitwettaq f'perjodu ta' żmien limitat, ġeneralment qrib il-fruntieri esterni tal-UE. Jista' jdum sa sebat ijiem. Dan japplika għal persuni li:

  • jaqsmu fruntiera esterna tal-UE fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul
  • jinġiebu l-art wara operazzjoni ta' tiftix u salvataġġ fuq il-baħar
  • jinqabdu fl-UE wara li inizjalment ikunu evitaw il-kontrolli fil-fruntiera esterna, u f'dak il-każ l-iskrinjar irid jitlesta fi żmien tlett ijiem

L-iskrinjar jinkludi:

identifikazzjoni jew verifika tal-identità

kontrolli tas-saħħa u tal-vulnerabbiltà

kontrolli tas-sigurtà, marki tas-swaba' u reġistrazzjoni fil-bażi tad-data tal-Eurodac

L-informazzjoni miġbura matul l-iskrinjar tiġi vverifikata mal-bażijiet ta' data nazzjonali, tal-UE u dawk internazzjonali rilevanti, f'konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. L-iskrinjar jiġbor ukoll informazzjoni li tista' tintuża fil-proċedura sussegwenti tal-ażil jew tar-ritorn.

Ladarba jitlesta l-iskrinjar, l-awtorità nazzjonali li tkun wettqitu tirreferi lill-persuna lill-awtorità responsabbli għall-proċedura xierqa ta' ażil jew ta' ritorn u tittrasferixxi l-formola tal-iskrinjar.

Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali matul l-iskrinjar

L-istati membri tal-UE jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali matul il-proċess ta' skrinjar u jikkonformaw mad-dritt rilevanti tal-UE u dak internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-istatus tar-refuġjati.

Kull stat membru jrid jistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti biex jissorvelja l-konformità mad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' non-refoulement, li jipprevjeni lin-nies milli jiġu rritornati lejn pajjiż fejn jistgħu jiffaċċaw persekuzzjoni, u r-regoli dwar id-detenzjoni, meta d-detenzjoni tintuża matul l-iskrinjar.

Il-persuni li jkunu qed jiġu skrinjati jridu jiġu infurmati, b'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu, dwar il-proċess u d-dritt tagħhom li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali. Il-ħtiġijiet bażiċi u s-saħħa fiżika u mentali tagħhom iridu jiġu protetti, u trid tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, inkluż billi jitqiesu l-aħjar interessi tagħhom u tiġi pprovduta informazzjoni b'mod adattat għat-tfal u għall-età kkonċernata.

In-nies jistgħu jirrapportaw tħassib jew ilmenti dwar ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali lill-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. L-organizzazzjonijiet u l-professjonisti li jipprovdu pariri u konsulenza jrid ikollhom ukoll aċċess effettiv għall-persuni li jkunu qed jiġu skrinjati.

Illustrazzjoni ta' folja karta ttimbrata b'diversi timbri tad-dħul u tal-ħruġ bl-istil ta' passaport, fuq sfond blu u beige, b'pinna tpinġi linja bit-tikek tul il-paġna biex tissimbolizza vjaġġ ta' migrazzjoni.

Patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil

Ringiela ta' ring binders tal-uffiċċju griżi fuq xkaffa, kull wieħed b'tikketta b'marka tas-swaba' sewda u faxex ikkuluriti, li tissuġġerixxi sistema organizzata ta' bażi tad-data tal-marki tas-swaba'.

EURODAC: bażi tad-data tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni

A group of people with rucksacks and hooded coats walk towards a large temporary tent, with stylised coloured cogs in the sky above, suggesting systems and regulations around asylum and migration.

Asylum and migration management

L-aħħar reviżjoni: 25 ta' Settembru 2026