Immexxu 'l quddiem Ewropa Soċjali aktar b'saħħitha
Immexxu 'l quddiem Ewropa Soċjali aktar b'saħħitha
Id-dimensjoni soċjali tal-UE trid tissaħħaħ fid-dawl tal-impatt soċjali u ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19, u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.
- 9 minn 10 Ewropej (88%) iqisu Ewropa soċjali bħala importanti għalihom personalment
- 71% ta' dawk li wieġbu jqisu n-nuqqas ta' drittijiet soċjali bħala problema serja
Sors: Stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar kwistjonijiet soċjali, April 2021.
L-impenn tal-istati membri huwa kruċjali: huma jġorru l-akbar responsabbiltà għall-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali
Il-mexxejja tal-UE huma impenjati li jsaħħu d-dimensjoni soċjali tal-UE
Laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern (Porto, 7-8 ta' Mejju 2021)
Il-mexxejja tal-UE:
- determinati li jkomplu japprofondixxu l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali
- jilqgħu l-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-Kummissjoni u l-miri ewlenin tiegħu għax-xogħol, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar
Ser tingħata prijorità lil:
Impjiegi
Jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar, u titjieb il-kwalità tal-impjiegi
Edukazzjoni u ħiliet
Aktar investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet, it-taħriġ vokazzjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid
L-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar
- tnaqqis fl-inugwaljanzi, ħarsien tal-pagi ġusti, ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u indirizzar tal-faqar
- ġlieda kontra l-faqar tat-tfal
- indirizzar tar-riskji ta' esklużjoni għal gruppi soċjali vulnerabbli partikolari (jiġifieri persuni qiegħda fit-tul, anzjani, persuni b'diżabbiltà u persuni bla dar)
Azzjoni li tiġġieled id-diskriminazzjoni
- ħidma biex tingħalaq id-disparità bejn il-ġeneri fix-xogħol, il-pagi u l-pensjonijiet
- promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ekwità għal kull individwu
Appoġġ għaż-żgħażagħ
- indirizzar tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-pjanijiet ta' taħriġ u edukazzjoni tagħhom
- jiġi żgurat li jkunu l-mutur ta' rkupru ekoloġiku u diġitali inklużiv
3 miri ewlenin tal-UE li jridu jintlaħqu sal-2030
- Impjiegi: mill-inqas 78% tal-popolazzjoni ta' bejn 20 u 64 sena jkollha xogħol
- Ħiliet: mill-inqas 60% tal-adulti jridu jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena
- Tnaqqis tal-faqar: tnaqqis ta' mill-inqas 15 -il miljun fl-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali: element fundamentali tal-irkupru tal-UE
20 prinċipju li jkopru 3 oqsma:
1. Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol
- edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja
- ugwaljanza bejn il-ġeneri
- opportunitajiet indaqs
- appoġġ attiv għax-xogħol
2. Kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti
- xogħol sigur u adattabbli
- pagi
- informazzjoni dwar kondizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni f'każ ta' tkeċċija
- djalogu soċjali u involviment tal-ħaddiema
- bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
- saħħa u ambjent tax-xogħol adattat sew, u protezzjoni
3. Protezzjoni u inklużjoni soċjali
- indukrar tat-tfal u appoġġ lit-tfal
- protezzjoni soċjali
- benefiċċji tal-qgħad
- introjtu minimu
- introjtu għall-anzjani u pensjonijiet
- kura tas-saħħa
- inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà
- kura fit-tul
- akkomodazzjoni u assistenza għal persuni bla dar
- aċċess għal servizzi essenzjali
Stadji ewlenin
- Novembru 2017: Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jipproklamaw Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fis-Summit ta' Gothenburg
- 20 prinċipju li jiggwidaw lill-istati membri lejn Ewropa soċjali b'saħħitha
- Ġunju 2019: Il-Kunsill Ewropew jadotta l-Aġenda Strateġika tal-UE għall-2019-2024
- Il-mexxejja jappellaw biex il-Pilastru Soċjali jiġi implimentat fil-livelli tal-UE u tal-istati membri
- Mejju 2021: Is-Summit Soċjali ta' Porto jagħti impetu politiku lill-implimentazzjoni tal-Pilastru Soċjali fil-livelli kollha
L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025