"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 22 ta' Mejju 2023

Riżultati ewlenin

Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna b'attenzjoni speċjali fuq id-diversi linji ta' ħidma li għaddejjin bħalissa, partikolarment l-assistenza militari bla waqfien għad-difiża tal-Ukrajna u l-miżuri biex tiġi iżolata r-Russja.

Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Is-suċċess u l-livell ta' difiża tal-Ukrajna ma jiddependux biss fuq il-qlubija kbira tas-suldati u l-poplu tagħha, iżda wkoll fuq ir-ritmu ta' konsenja tal-munizzjon u l-armi. Huwa għalhekk li l-appoġġ militari tagħna għandu jitkompla, għandu jiżdied, u għandu jiġi estiż. [...] Kull jum ta' dewmien fil-konsenji tagħna għandu jitkejjel f'termini ta' ħajjiet.
Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli ħeġġeġ lill-ministri tal-UE biex iħaffu l-konsenji u l-akkwist konġunt ta' munizzjon għall-Ukrajna, u jiffinalizzaw il-ħidma għal porzjoni ġdid ta' appoġġ skont il-Faċilità Ewropea għall-Paċi.

Il-Kunsill ġie mbagħad infurmat dwar il-ħidma tal-Missjoni ta' Assitenza Militari tal-UE b'appoġġ għall-Ukrjana (EUMAM), li laħqet il-mira inizjali tagħha li tħarreġ 15 000 suldat Ukren, u li tinsab f'pożizzjoni tajba li tirdoppja dan l-għadd sa tmiem is-sena skont l-iskeda prevista.

Il-Kunsill tratta wkoll ix-xogħol li qed issir fuq il-11-il pakkett ta' sanzjonijiet, li ser jiffoka fuq iċ-ċirkumvenzjoni tas-sanzjonijiet eżistenti, u, f'dan il-kuntest, il-ministri ngħataw informazzjoni mill-mibgħut tal-UE dwar is-sanzjonijiet, David O'Sullivan, dwar ħidmietu mas-sħab f'pajjiżi terzi.

Fl-aħħar nett il-Kunsill iddiskuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà u l-Formula ta' Paċi tal-Ukrajna.

Il-Qarn tal-Afrika

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu diskussjoni dwar l-approċċ tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, bis-sitwazzjoni inkwetanti fis-Sudan taħt il-lenti.

Il-Kunsill qabel li waqfien mill-ġlied jibqa' l-ewwel prijorità, u laqa' l-ftehim milħuq fi tmiem il-ġimgħa li daħal fis-seħħ matul il-lejl, waqt li enfasizza l-importanza kruċjali tal-imlimentazzjoni tiegħu.

Il-ministri kkonfermaw li l-UE ser tkompli bl-isforzi tagħha biex iżżid l-appoġġ internazzjonali biex jintemm il-konflitt, u ser tappoġġa qafas robust immexxi mill-Afrikani waqt li tidħol fi djalogu mas-sħab biex tidentifika medjaturi. F'dan il-kuntest, il-Kunsill irrikonoxxa r-rwol ċentrali tal-Djibouti matul l-evakwazzjoni taċ-ċittadini tal-UE mis-Sudan.

L-UE tilqa' normalizzazzjoni progressiva tas-sitwazzjoni fl-Etjopja, wara sentejn ta' konflitt devastanti. L-iffirmar tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet huwa pass importanti lejn il-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-pajjiż. L-UE ser tappoġġa dan il-proċess ta' rikonċiljazzjoni, li jeħtieġ tmexxija b'saħħitha u mekkaniżmu sostenibbli ta' monitoraġġ sabiex jiġi żgurat li l-waqfien mill-ostilitajiet ikun irrispettat minn kulħadd, u titwitta t-triq lejn ir-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni.

Il-Balkani tal-Punent

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-Balkani tal-Punent, kellhom diskussjoni informali waqt l-ikla ta' nofsinhar mal-ministri korrispondenti mis-sitt pajjiżi tar-reġjun.

Id-diskussjoni ffukat fuq l-influwenza mir-Russja li tipprova ttellef lill-kandidati tal-Balkani tal-Punent milli jibqgħu fuq il-perkors Ewropew tagħhom.

Ilqajna l-għażliet strateġiċi u kuraġġużi ta' xi wħud minnhom [il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent] li allinjaw ruħhom bi sħiħ mal-politika barranija u s-sanzjonijiet tagħna. U indikajna wkoll lil dawk li għadhom ma allinjawx ruħhom kompletament, jew li mhuma allinjati xejn, bħas-Serbja, li ż-żamma ta' rabtiet mill-qrib mar-Russja mhix kompatibbli mal-proċess ta' adeżjoni tagħha mal-UE. Dan huwa ta' ħsara wkoll għall-interess nazzjonali tagħha. Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli bagħat messaġġ qawwi lis-sħab tal-Balkani tal-Punent li jeħtieġ li jaħtfu l-opportunità marbuta mal-momentum fil-proċess ta' tkabbir maħluq mill-progress rapidu tal-Ukrajna.

Ir-Rappreżentant Għoli semma wkoll id-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kkonferma li l-UE tistenna li ż-żewġ partijiet iwaqqfu t-tensjoni u l-provokazzjonijiet reċiproċi, u jimplimentaw il-Ftehim b'mod sħiħ u rapidu fil-perkors lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet ta' bejniehom.

Ġrajjiet kurrenti

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar it-Tuneżija abbażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Ministru Portugiż li flimkien mal-Ministru Belġjana, żaru Tuneż fid-9 u l-10 ta' Mejju f'isem ir-Rappreżentant Għoli.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-komunikazzjoni mal-Asja Ċentrali u l-konferenza li jmiss fi Brussell dwar is-Sirja.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u deċiżjonijiet oħra

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK u d-diskrepanza fil-finanzjament umanitarju.

Il-Kunsill nieda wkoll il-Missjoni ta' Sħubija tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova (EUPM Moldova) u qabel dwar it-tmien pakkett ta' sanzjonijiet minħabba ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025