Skip to content
  • Summit Internazzjonali

Konferenza tan-NU dwar it-tibdil fil-klima (COP26), Summit tal-Mexxejja tad-Dinja, Glasgow, ir-Renju Unit, 1 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin tas-Summit tal-Mexxejja tad-Dinja

Is-Summit tal-Mexxejja tad-Dinja fl-1 ta' Novembru 2021 ta bidu għas-26 konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima (COP26). Mill-31 ta' Ottubru sat-12 ta' Novembru, il-COP26 laqqa' flimkien il-197 parti għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC). Dawn jinkludu l-UE u l-istati membri kollha tal-UE.

Id-delegazzjoni tal-UE kienet immexxija mill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-Prim Ministru tas-Slovenja Janez Janša, li jirrappreżenta l-presidenza Slovena tal-Kunsill tal-UE.

Meta tkellem f'isem l-UE, flimkien mal-President von der Leyen, il-President Michel enfasizza li l-umanità trid taġixxi issa sabiex tillimita t-tisħin globali.

"L-umanità bdiet gwerra kontra n-natura: irridu nieqfu. Id-Dinja hija l-unika dar tagħna. Irridu nillimitaw it-tisħin globali għal 1.5C. Issa huwa l-waqt li naġixxu, flimkien." Il-President Charles Michel

Fl-avveniment tal-mexxejja "Dibattitu dwar l-Azzjoni u s-Solidarjetà – Id-Deċennju Kritiku", li kien iddedikat għas-solidarjetà mal-pajjiżi l-aktar vulnerabbli, il-President Michel elenka l-oqsma ewlenin li fuqhom għandha tiffoka l-komunità internazzjonali:

  • il-mobilizzazzjoni tal-fondi pubbliċi
  • il-ħidma mas-settur privat
  • l-ipprezzar tal-karbonju
  • il-koerenza fost il-politiki ekonomiċi

Riżultati ewlenin tal-konferenza COP26

Sar progress sinifikanti fil-konferenza dwar il-klima ta' Glasgow li ntemmet fit-13 ta' Novembru wara ġimagħtejn ta' negozjati bejn il-partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi.

Fost l-inizjattivi ewlenin kien hemm:

  • aktar fondi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima
  • it-tnedija tal-wegħda globali b'rabta mal-metan
  • il-finalizzazzjoni tal-ġabra ta' regoli għall-Ftehim ta' Pariġi

Madankollu, il-Patt Klimatiku ta' Glasgow iħalli lok għal aktar sforzi fis-snin li ġejjin biex tintlaħaq il-mira ta' 1.5 gradi Celsius.

Il-konferenza ġiet ospitata mir-Renju Unit, bħala detentur tal-presidenza tal-COP26, bi sħubija mal-Italja. Oriġinarjament skedata għall-2020, ġiet posposta b'sena minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-President Charles Michel: "Irridu naħtfu din l-opportunità"

Pożizzjoni tal-UE għall-COP26

Il-pożizzjoni tal-UE kollha kemm hi ġiet maqbula mill-Kunsill fis-6 ta' Ottubru 2021. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill:

  • appella lill-partijiet kollha biex jippreżentaw kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) ambizzjużi
  • stieden lil pajjiżi żviluppati ewlenin oħra biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-wegħda ta' finanzjament għall-klima ta' USD 100 biljun
  • stabbilixxa l-pożizzjoni tal-UE dwar regoli għal swieq internazzjonali tal-karbonju, li jippermettu lill-pajjiżi jiskambjaw tnaqqis tal-emissjonijiet
  • stabbilixxa l-pożizzjoni tal-UE dwar skedi ta' żmien komuni għall-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet inklużi fl-NDC ta' kull pajjiż

Fil-5 ta' Ottubru, il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-finanzjament għall-klima. L-għan huwa li jitwettaq l-impenn globali li jiġu mobilizzati USD 100 biljun fis-sena sal-2025 biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna jindirizzaw l-effetti tat-tibdil fil-klima.

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ottubru, il-mexxejja tal-UE evalwaw it-tħejjijiet għall-COP26. Huma tennew l-aspetti ewlenin tal-pożizzjoni tal-UE fil-konklużjonijiet tal-laqgħa.

L-infografika tispjega kif l-UE twettaq il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.
Il-Ftehim ta' Pariġi: it-triq tal-UE lejn in-newtralità klimatika (Infografika)

Il-Ftehim ta' Pariġi: it-triq tal-UE lejn in-newtralità klimatika (Infografika)

Informazzjoni ġenerali

Summit preċedenti

Is-summit tal-mexxejja fil-25 konferenza tal-partijiet (COP25) sar f'Madrid, Spanja, fit-2 ta' Diċembru 2019.

Ftehim ta' Pariġi

Fl-2015, il-mexxejja tad-dinja mlaqqgħin fil-21 konferenza tal-partijiet (COP21) f'Pariġi stabbilixxew miri ambizzjużi ġodda fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Huma kkonkludew ftehim li jippreżenta pjan ta' azzjoni biex jiġi limitat it-tisħin globali.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025