"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 28 ta' Jannar 2014

Adottati regoli dwar il-kreditu ipotekarju fl-UE kollha

Fit-28 ta' Jannar, il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji adotta direttiva dwar il-kreditu ipotekarju.

Id-direttiva l-ġdida, li għandha l-għan li toħloq suq uniku għall-kreditu ipotekarju, ser tapplika għas-self kollu li jsir lill-konsumaturi sabiex jixtru dar u għas-self kollu lill-konsumaturi li huwa ggarantit permezz ta' ipoteka jew garanzija komparabbli oħra mal-UE kollha.

L-għan ġenerali huwa li s-swieq ipotekarji joperaw b'manjiera responsabbli, u b'hekk tiżdied il-protezzjoni tal-konsumaturi u jingħata kontribut għall-istabbiltà finanzjarja.

It-test ġie adottat mill-Kunsill bl-emendi kollha tal-Parlament Ewropew, wara li ntlaħaq qbil fl-ewwel qari bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

L-istati membri għandhom jittrasponu d-direttiva fil-liġi nazzjonali tagħhom fi żmien sentejn. 

Daqqa t'għajn fuq id-direttiva dwar il-kreditu ipotekarju

Ir-regoli l-ġodda ser jindirizzaw problemi bħall-għoti u t-teħid ta' self irresponsabbli, reklamar u kummerċjalizzazzjoni qarrieqa, u nuqqas ta' informazzjoni prekuntrattwali.

Id-direttiva tistabbilixxi:

  • kondizzjonijiet li jiżguraw livell għoli ta' professjonaliżmu fost il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu
  • prinċipji għall-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar
  • obbligi rigward l-informazzjoni prekuntrattwali
  • rekwiżiti għall-informazzjoni dwar intermedjarji tal-kreditu
  • rekwiżiti għall-informazzjoni dwar ir-rata tas-self
  • rekwiżit tal-verifika tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur
  • obbligi ta' divulgazzjoni għall-konsumatur.

It-test jistabbilixxi prinċipji regolatorji u superviżorji fir-rigward tal-intermedjarji tal-kreditu kif ukoll dispożizzjonijiet li jippermettu r-regolazzjoni u s-superviżjoni adegwata ta' istituzzjonijiet mhux tal-kreditu.

Punti ewlenin oħra fuq l-aġenda

Programm ta' ħidma tal-presidenza

Il-presidenza Griega ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha dwar kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji għall-perijodu sa Ġunju 2014.

Proċedura ta' defiċit eċċessiv: Kroazja

Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv tal-gvern fil-Kroazja u rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jiġu implimentati biex id-defiċit jiġi kkoreġut sal-2016.

Mekkaniżmu superviżorju uniku: l-istat tal-implimentazzjoni

Il-Bank Ċentrali Ewropew informa lill-ministri dwar it-tħejjijiet sabiex jassumi l-kompiti superviżorji tiegħu fit-3 ta' Novembru 2014 (soġġett għal arranġamenti operazzjonali). Il-bank dalwaqt ser iniedi l-fażi operazzjonali tal-analiżi tal-kwalità tal-assi bħala parti minn valutazzjoni komprensiva tal-banek li huwa ser jissorvelja direttament. Wara l-analiżi ser isir l-eżerċizzju ta' simulazzjoni ta' kriżi fit-tieni nofs tal-2014 b'koordinazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025