Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 14 ta' Lulju 2023

Riżultati ewlenin

Riżorsi proprji

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal pakkett aġġustat għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' riżorsi proprji.

Il-pakkett jinkludi riżorsa proprja statistika ġdida bbażata fuq il-profitti tal-kumpaniji. Dan jikkompleta l-proposta tal-Kummissjoni tal-2021 li għandha l-għan li tintroduċi parti mid-dħul tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u tal-Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) fis-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE.

Illustrazzjoni tal-baġit tal-UE bħala kubu ta' Rubik.
Baġit għall-2021-2027 u pjan ta' rkupru tal-UE (Infografika)

Baġit għall-2021-2027 u pjan ta' rkupru tal-UE (Infografika)

Appoġġ tal-UE għall-Ukrajna

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-appoġġ finanzjarju għall-Ukrajna fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-baġit fit-tul tal-UE (Qafas Finanzjarju Pluriennali) u l-proposta relatata li tistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna.

Il-ministri esprimew appoġġ unanimu qawwi lill-Ukrajna u l-Kunsill ser jipproċedi bil-fajls bħala kwistjoni ta' prijorità.

Ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-proposta għal Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna jinkludu finanzjament ta' €50 biljun għall-2024–2027, biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet immedjati tal-Ukrajna, l-irkupru u r-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni fuq terminu medju, marbuta mill-qrib mal-perkors tagħha lejn l-UE.

Riforma doganali

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar kif l-unjoni doganali tista' tittieħed għal-livell li jmiss. Il-Komunikazzjoni tifforma parti minn pakkett ta' riforma biex tiġi mmodernizzata l-Unjoni Doganali tal-UE, li jinkludi tliet proposti.

Il-ministri esprimew il-fehmiet inizjali tagħhom dwar l-objettivi tar-riforma u l-perċezzjoni tagħhom dwar il-valur miżjud tal-miżuri ewlenin tal-proposta, bħal saff komplementari ta' ġestjoni tar-riskju tal-UE, regoli ġodda għall-kummerċ elettroniku, soluzzjoni unika tad-data ċentrali, u Governanza doganali ġdida tal-UE.

Id-dibattitu ħejja l-bażi għal aktar diskussjonijiet u ta gwida politika għall-ħidma fil-livell tekniku.

Il-ministri esprimew il-fehmiet inizjali tagħhom dwar l-objettivi tar-riforma u l-perċezzjoni tagħhom dwar il-valur miżjud tal-miżuri ewlenin tal-proposta, bħal saff komplementari ta' ġestjoni tar-riskju tal-UE, regoli ġodda għall-kummerċ elettroniku, soluzzjoni unika tad-data ċentrali, u Governanza doganali ġdida tal-UE.

Id-dibattitu ħejja l-bażi għal aktar diskussjonijiet u ta gwida politika għall-ħidma fil-livell tekniku.

Prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola

Il-presidenza Spanjola ppreżentat il-prijoritajiet tagħha fl-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji għall-ewwel nofs tal-2023.

Nadia Calviño, ministru għall-affarijiet ekonomiċi u t-trasformazzjoni diġitali ta' Spanja
Aħna qed nersqu lejn din il-presidenza bi stamina u determinazzjoni, b'approċċ pro-Ewropew ħafna li wrejna minn meta ngħaqadna mal-Unjoni fl-1986, u bl-għan li nagħlqu kemm jista' jkun fajls u nikkontribwixxu għal Ewropa aktar b'saħħitha, aktar prospera, u wkoll aktar ġusta fil-futur.
Nadia Calviño, ministru għall-affarijiet ekonomiċi u t-trasformazzjoni diġitali ta' Spanja
Nadia Calviño, ministru għall-affarijiet ekonomiċi u t-trasformazzjoni diġitali ta' Spanja

Semestru Ewropew

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-analiżi fil-fond tal-2023 skont il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku.

Stabbilit fl-2011, is-Semestru Ewropew jippermetti lill-istati membri tal-UE jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi, fiskali u tal-impjiegi tagħhom matul is-sena u jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE.

Irkupru ekonomiku Ewropew

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità għall-irkupru u r-reżiljenza. Adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li japprovaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza emendati ta' Franza, Malta, is-Slovakkja u l-Irlanda.

Il-pjanijiet emendati ta' Franza, Malta u s-Slovakkja issa jinkludu kapitolu REPowerEU ġdid. Dan ser jikkontribwixxi biex iħaffef it-tranżizzjoni tagħhom lejn enerġija nadifa, jiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħhom u jtejjeb l-effiċjenza tagħhom fl-użu tal-enerġija.

Illustrazzjonijiet tal-linji tal-provvista tal-enerġija, impjanti eoliċi, ferrovija, binja u nies.
Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)

Spjegazzjoni tal-pjan REPowerEU (Infografika)

Laqgħat internazzjonali

Il-Kunsill iddiskuta t-tħejjija tal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 li ser issir f'Marrakesh fil-11–12 ta' Ottubru 2023 matul il-laqgħat annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali.

Il-Kunsill ipprovda gwida għal aktar ħidma fuq it-termini ta' referenza tal-UE għall-G20 u d-dikjarazzjoni lill-Kumitat Monetarju u Finanzjarju Internazzjonali (IMFC).

Il-laqgħat tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali jipprovdu forum għall-pajjiżi ewlenin fis-sistema finanzjarja internazzjonali biex jiddiskutu kwistjonijiet ekonomiċi internazzjonali ewlenin u jikkoordinaw it-tkabbir stabbli u sostenibbli tal-ekonomija globali.

Servizzi finanzjarji

Taħt affarijiet oħra, il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-proposti attwali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Riallokazzjoni tad-drittijiet ta' intaxxar (Pilastru 1)

Il-presidenza aġġornat lill-ministri dwar in-negozjati li qed isiru fil-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u trasferiment tal-profitti (BEPS) rigward l-implimentazzjoni tal-Pilastru 1 tad-"Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b'Żewġ Pilastri biex jiġu indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija", bil-ħsieb tal-iffirmar ta' konvenzjoni multilaterali qabel l-aħħar tal-2023.

Il-presidenza ppreżentat lill-ministri l-eżitu tal-laqgħa tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS fl-10–12 ta' Lulju 2023, fejn il-ħidma fuq il-Pilastru 1 tmexxiet 'il quddiem u ntlaħaq qbil dwar dikjarazzjoni ta' eżitu fid-dawl tal-Laqgħa li jmiss tal-Ministri għall-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 li ser issir fis-17–18 ta' Lulju 2023.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025