"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 18 ta' Lulju 2022

Riżultati ewlenin

L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Fil-bidu tal-laqgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Dmytro Kuleba, indirizza fil-qosor lill-ministri tal-UE permezz ta' vidjokonferenza, u infurmahom dwar l-aħħar żviluppi fuq il-post u l-effetti drammatiċi tal-aggressjoni Russa fuq il-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż u s-sigurtà tal-ikel madwar id-dinja.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Ir-Russja qed tipprova teqred l-Ukrajna u n-nazzjon Ukren, u fl-istess ħin qed tisfrutta kriżi globali tal-ikel u l-enerġija. Il-ministri qablu b'mod unanimu dwar il-ħtieġa li nkomplu nieqfu bis-sħiħ mal-Ukrajna u nagħtuha l-appoġġ kollu tagħna fil-ġlieda tagħha għal-libertà u l-indipendenza. L-Ukrajna teħtieġ aktar armi; ser nipprovduhom. Huwa għalhekk li pproponejt il-porzjon li jmiss tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li jalloka €500 miljun aktar. Illum intlaħaq qbil politiku dwar din il-proposta.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill ser ikompli l-ħidma tiegħu fuq il-miżuri restrittivi fuq il-bażi ta' proposta konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, fosthom miżuri biex jingħalqu l-lakuni u tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni. Ir-Rappreżentant Għoli saħaq li s-sanzjonijiet tal-UE jaħdmu u li l-ekonomija Russa qed tiġi affettwata serjament.

L-UE ser tkompli tappoġġa lill-Ukrajna fl-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma tagħha fi ħdan il-perspettiva Ewropea, wara li reċentement ingħatat l-istatus ta' pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew. Il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna għandha ssir fil-5 ta' Settembru 2022.

Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Amerka Latina u l-Karibew

Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Amerka Latina u l-Karibew (ALK).

Il-pajjiżi tal-ALK ġew affettwati ħażin mill-konsegwenzi negattivi tal-gwerra Russa ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna, b'mod partikolari miż-żieda fil-prezzijiet u n-nuqqas ta' ikel, fertilizzanti u enerġija.

Madankollu, l-Amerka Latina u l-Karibew jibqgħu sħab importanti ħafna tal-UE f'għadd ta' oqsma. Minħabba f'hekk, il-Kunsill qabel li jkabbar din ir-"relazzjoni trans-Atlantika l-oħra" sabiex ikun hemm qabża kwalitattiva fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK.

Il-ministri enfasizzaw l-importanza u l-urġenza li jitlesta u jiġi ffinalizzat in-network ta' ftehimiet kummerċjali u ta' assoċjazzjoni, filwaqt li tingħata prijorità lil dawk mal-Messiku u ċ-Ċilì.

Il-Kunsill qabel li jorganizza laqgħa tal-ministri għall-affarijiet barranin UE-CELAC fi Buenos Aires f'Ottubru 2022, matul il-presidenza pro tempore Arġentina tas-CELAC.

Diplomazija diġitali

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar id-diplomazija diġitali u approva konklużjonijiet dwar is-suġġett.

Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li l-UE qed tgħammar lilha nnifisha b'għodda oħra ta' politika barranija biex tappoġġa r-rwol ġeopolitiku u l-ambizzjonijiet tagħha fil-logħba globali tal-poter teknoloġiku.

Il-konklużjonijiet approvati llum jispjegaw l-intenzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam: il-promozzjoni tal-mudell regolatorju tal-UE billi jinbnew koalizzjonijiet dwar kwistjonijiet diġitali, l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ għall-produzzjoni ta' "diplomatiċi diġitali", u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni man-NU u korpi multilaterali oħra.

F'dan il-kuntest u bħala l-ewwel pass konkret, l-UE ser tiftaħ uffiċċju ddedikat tal-UE f'San Francisco biex tissaħħaħ id-diplomazija diġitali tal-UE fl-Istati Uniti u magħhom.

Ġrajjiet kurrenti

Il-ministri tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-issoktar tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma' Iżrael, li ilhom ma jsiru mill-2012. Huma qablu li jlaqqgħu l-laqgħat mill-ġdid u jibdew il-ħidma biex jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-UE. Il-pożizzjoni tal-UE dwar il-Proċess fil-Lvant Nofsani ma nbidlitx mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2016 li jappoġġaw is-soluzzjoni ta' żewġ stati.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll l-iżviluppi fit-Tuneżija, qabel ir-referendum kostituzzjonali fil-25 ta' Lulju. Il-ministri enfasizzaw l-importanza li t-Tuneżija timxi lejn in-normalità istituzzjonali u li tippreżerva l-istruttura demokratika. Djalogu nazzjonali inklużiv huwa pedament ta' kwalunkwe proċess kostituzzjonali kredibbli u stabbiltà fit-tul.

Fl-aħħar nett il-ministri semmew is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u deċiżjonijiet oħrajn

Il-Kunsill approva wkoll il-konklużjonijiet li ġejjin:

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025