Skip to content

Kronoloġija - Aċċess aħjar għal evidenza elettronika fil-ġlieda kontra l-kriminalità

  • 2023

  • 2022

    • 5 ta' April

      Aċċess għall-evidenza elettronika: il-Kunsill jawtorizza lill-istati membri biex jiffirmaw ftehim internazzjonali

      Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-istati membri jiffirmaw, fl-interess tal-UE, it-tieni protokoll addizzjonali għall-konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa (il-konvenzjoni ta' Budapest).

      Dan il-protokoll ser itejjeb l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika biex jintużaw fi proċedimenti kriminali. Ser tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u forom oħra ta' kriminalità fil-livell globali billi jissimplifika l-kooperazzjoni bejn l-istati membri u pajjiżi terzi, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-individwi u l-konformità mal-istandards tal-protezzjoni tad-data tal-UE.

  • 2019

    • 6-14 ta' Ġunju

      Il-Kunsill jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet internazzjonali dwar evidenza elettronika

      Il-Kunsill adotta żewġ mandati li jawtorizzaw lill-Kummissjoni:

      • tinnegozja f'isem l-UE ftehim mal-Istati Uniti li jiffaċilita l-aċċess għall-evidenza elettronika għall-finijiet tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali
      • tieħu sehem fin-negozjati fil-Kunsill tal-Ewropa dwar it-tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità

      It-tnejn li huma għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għal evidenza elettronika, bħal emails jew dokumenti li jinsabu fuq il-cloud, biex jintużaw fi proċedimenti kriminali. Jekk aktar 'il quddiem jiġu konklużi, huma ser jikkomplementaw il-qafas tal-UE dwar l-aċċess għal evidenza elettronika li bħalissa qed jiġi diskuss mill-istituzzjonijiet tal-UE u li dwaru l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu f’Diċembru 2018 u f’Marzu 2019.

    • 8 ta' Marzu

      Il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar regoli biex jinħatru rappreżentanti legali għall-ġbir ta' evidenza

      Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar id-direttiva dwar il-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-finijiet ta' ġbir tal-evidenza fi proċedimenti kriminali. Din id-direttiva ser tkun għodda essenzjali għall-applikazzjoni tar-regolament futur dwar l-ordnijiet ta' produzzjoni u ta' preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f'materji kriminali, li l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwaru f'Diċembru li għadda. Hija tistipula r-regoli għall-ħatra tar-rappreżentanti legali tal-fornituri tas-servizzi, li r-rwol tagħhom huwa li jirċievu u jwieġbu għal tali ordnijiet.

  • 2018

    • 7 ta' Diċembru

      Regolament dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika: il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu

      Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu għal regolament dwar l-ordnijiet ta' produzzjoni u ta' preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f'materji kriminali. Issa huwa lest biex jibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq qbil qabel tmiem il-leġislatura.

    • 11 ta' Ottubru

      Il-ministri għall-ġustizzja jiddiskutu r-regolament dwar l-ordnijiet Ewropej ta' produzzjoni u preservazzjoni

      Il-ministri għall-ġustizzja ddiskutew ir-regolament dwar l-ordnijiet Ewropej ta' produzzjoni u preservazzjoni. Ħafna stati membri kienu lesti li jsibu kompromess u jiddiskutu l-inklużjoni ta' xi tip ta' proċedura ta' notifika. Il-ħidma ser tkompli fil-livell tal-esperti biex jippruvaw jiddefinixxu aħjar il-karatteristiċi ewlenin possibbli ta' "notifika" bħal din.

    • 4 ta' Ġunju

      CLOUD act tal-Istati Uniti: il-ministri jappellaw għal negozjati mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti

      Il-ministri għall-ġustizzja u għall-affarijiet interni ddiskutew il-pakkett tal-evidenza elettronika. Rigward l-adozzjoni tal-CLOUD act tal-Istati Uniti, il-Kunsill kien favur approċċ komuni fil-livell tal-UE. Huwa ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-kuntatti tagħha mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti u biex b'mod urġenti tressaq mandat ta' negozjar.

    • 17 ta' April

      II-Kummissjoni tippreżenta proposti leġislattivi dwar evidenza elettronika

      Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pakkett ta' proposti leġislattivi dwar evidenza elettronika:

      • regolament dwar l-ordnijiet ta' produzzjoni u ta' preservazzjoni Ewropej għal evidenza elettronika f'materji kriminali
      • direttiva li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali
  • 2017

    • 20 ta' Novembru

      Konklużjonijiet tal-Kunsill jappellaw għal proposta leġislattiva ġdida

      Il-Kunsill adotta konklużjonijiet rigward il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta' ċibersigurtà b'saħħitha għall-UE. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta leġislattiva fil-bidu tal-2018 biex jittejjeb l-aċċess transkonfinali għall-evidenza elettronika. Huwa appella wkoll lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport ta' progress sa Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri prattiċi biex jittejjeb l-aċċess transkonfinali għall-evidenza elettronika.

    • 23 ta' Ġunju

      Mexxejja tal-UE: aċċess għal evidenza elettronika huwa fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

      Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2017, il-Kunsill Ewropew qies li aċċess effettiv għal evidenza elettronika kienet essenzjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

  • 2016

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025