"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Impjiegi u politika soċjali), 15 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri ddiskutew il-futur tas-Semestru Ewropew - proċess ta' kull sena li fih l-istati membri jikkoordinaw il-politika ekonomika, tax-xogħol, fiskali u dik soċjali tagħhom fl-UE - u jadottaw messaġġi ewlenin minn żewġ kumitati konsultattivi. Huma qasmu fehmiethom ukoll dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol billi d-dinja tax-xogħol għaddejja minn bidliet importanti bħat-tixjiħ tas-soċjetajiet tagħna. Il-ministri approvaw ukoll konklużjonijiet dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE.

Semestru Ewropew

Il-COVID-19 wasslet għal għadd ta' bidliet fil-proċess tas-Semestru Ewropew tal-2021 għaliex iffoka fuq il-Pjanijiet nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (għal wara l-pandemija). Billi l-ministri għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali huma ħerqana għal ritorn lejn proċess tas-Semestru li jinkludi dimensjoni soċjali qawwija, huma ddiskutew kif il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'mod partikolari t-tliet miri ewlenin tal-UE dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar, jistgħu jiġu riflessi bl-aħjar mod fis-Semestru Ewropew tal-futur.

Fid-dibattitu ta' orjentazzjoni tagħhom, enfasizzaw li l-ekwità u l-koeżjoni soċjali għandhom ikunu fost l-objettivi fil-qalba tal-irkupru ekonomiku wara l-COVID. Il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li l-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) u l-korpi preparatorji tiegħu jaqdi rwol b'saħħtu fil-proċess tas-Semestru. Barra minn hekk, kellhom appell qawwi għal ritorn lejn il-proċess tas-Semestru mill-aktar fis possibbli b'rapporti dwar il-pajjiżi u rakkomandazzjonijiet għall-istati membri, li jistgħu jkunu wkoll pluriennali, kif ukoll billi jiżguraw li jsir monitoraġġ tajjeb fil-futur u billi jinkludu miri ewlenin li jkunu realistiċi u fattibbli. Dan għandu jiggarantixxi l-inklużjoni tad-dimensjoni soċjali u tal-impjiegi fil-proċess tas-Semestru għall-2022. Bħala segwitu għad-dibattitu fil-Kunsill EPSCO, il-Presidenza tal-Kunsill (EPSCO) ser tibgħat ittra lill-presidenza tal-Kunsill ECOFIN bil-messaġġi ewlenin tad-dibattitu.

Janez Cigler Kralj, Ministru għax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs
Id-diskussjoni tal-lum mal-ministri sħabi kienet ta' ispirazzjoni fl-isforzi tagħna biex nimplimentaw il-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Ninsab fiduċjuż li dalwaqt ser inkunu nistgħu nerġgħu lura għal Semestru li jinkludi dimensjoni soċjali u tal-impjiegi qawwija.
Janez Cigler Kralj, Ministru għax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs
Janez Cigler Kralj, Ministru għax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs

Il-ministri approvaw il-messaġġi ewlenin mill-Kumitat tal-Impjiegi u dak tal-Protezzjoni Soċjali li huma msejsa fuq il-Monitoraġġ ta' Prestazzjoni u r-Rieżami Annwali rispettivi tagħhom u jikkontribwixxu għall-proċess tas-Semestru li jmiss.

Il-Kunsill adotta wkoll deċiżjoni tal-Kunsill dwar Linji Gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-istati membri.

Sikurezza u saħħa fuq ix-xogħol

Id-dinja tax-xogħol għandha quddiemha għadd ta' sfidi sinifikanti, mhux l-anqas fosthom il-bidliet demografiċi li qed iċekknu l-popolazzjoni fl-età tax-xogħol. Dan qed jhedded l-istabbiltà tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali tal-UE. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jagħmlu x-xogħol sostenibbli għal kulħadd għax jassistu lin-nies fl-impjieg tagħhom u jgħinuhom jibqgħu jaħdmu huma kruċjali biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet. Mod ewlieni biex dan isir huwa billi jiġi żgurat livell għoli ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

Matul dibattitu ta' orjentazzjoni, il-ministri indirizzaw ir-rwol li s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jaqdu biex jagħmlu x-xogħol aktar sostenibbli. Fost affarijiet oħra, il-ministri enfasizzaw li l-Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 ser jgħin biex jiżgura li l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jilħqu r-rekwiżiti tad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel. (Waqt li l-ħaddiema qed jixjieħu jeħtieġ li l-ambjent u l-kompiti tax-xogħol jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u li jitnaqqsu r-riskji. Teknoloġiji ġodda, u anke xogħol mill-bogħod jistgħu jkunu rilevanti f'dan ir-rigward.)

It-tixjiħ tas-soċjetajiet tagħna jwassal għar-riskju li l-forza tax-xogħol tagħna tiċkien. Iżda anqas nies b'impjieg ifisser li anqas nies qed jikkontribwixxu għas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħna. Huwa għalhekk li qed niffukaw fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol biex nagħmluhom sikuri u tajbin għas-saħħa sabiex niżguraw li n-nies iħossuhom appoġġati fl-impjieg tagħhom u jibqgħu jaħdmu. Janez Cigler Kralj, Ministru għax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs

Integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE. Il-konklużjonijiet huma r-reazzjoni tal-Kunsill għal rapport mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li vvaluta jekk l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri kinitx applikata fil-baġit tal-UE biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tfisser il-promozzjoni attiva tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-istadji kollha u fl-oqsma kollha tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-politika. Il-ministri, pereżempju, enfasizzaw li hija prijorità immedjata li l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza - li l-istati membri fasslu biex jibbenefikaw mill-fondi tal-UE għall-irkupru mill-kriżi - jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex jiġi żgurat li l-irkupru jkun ekwu u inklużiv.

Affarijiet oħra

Il-Kummissjoni ppreżentat il-viżjoni fit-tul tagħha għaż-żoni rurali u kemm il-Presidenza kif ukoll il-Kummissjoni infurmaw lill-ministri dwar is-Summit Soċjali Tripartitiku li ser isir fl-20 ta' Ottubru 2021.

Il-Kummissjoni għamlet ukoll preżentazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-istrument tal-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI) u dwar il-Pass Ewropew għas-Sigurtà Soċjali (ESS Pass).

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025