"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 18 ta' Novembru 2024

Riżultati ewlenin

Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, wara intervent b'vidjokonferenza mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Andrii Sybiha, li aġġorna lill-kontropartijiet tiegħu tal-UE dwar l-aħħar żviluppi fuq il-post u l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-Ukrajna.

Fid-diskussjoni sussegwenti, il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta appoġġ ulterjuri tal-UE lill-Ukrajna fid-dawl tal-eskalazzjoni kontinwa tal-gwerra mir-Russja, u r-rispons possibbli tal-UE għall-appoġġ lir-Russja minn pajjiżi terzi.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Kull pass li jibqa' għaddej mingħajr reazzjoni jħeġġeġ lir-Russja biex teskala aktar. Ebda reazzjoni, aktar eskalazzjoni. Bdew bl-użu tal-ikel bħala arma kif ukoll bl-użu tal-enerġija bħala arma, partikolarment fil-kuntest tax-xitwa. Imbagħad jirrikorru għal droni u missili Iranjani, u provvisti militari mill-Korea ta' Fuq. U issa saħansitra bis-suldati tal-Korea ta' Fuq mal-fruntieri tal-Ukrajna.

[...] Wasal iż-żmien li l-Ewropa żżid l-isforzi tagħha. Wasal iż-żmien li l-Ewropa tassumi r-responsabbiltajiet strateġiċi tagħha fil-konfront tal-Ukrajna. [...] Fl-aħħar mill-aħħar l-istorja ser tiġġudikana dwar dak li għamilna meta kellna niffaċċaw żminijiet diffiċli.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri ddiskutew ukoll iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, u miżuri restrittivi ulterjuri kontra r-Russja.

Il-Kunsill iddeċieda li jwessa' l-ambitu tal-qafas tal-UE għal miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, billi jipprojbixxi l-esportazzjoni, it-trasferiment, il-forniment jew il-bejgħ mill-UE lejn l-Iran ta' komponenti użati għal missili flimkien mal-projbizzjoni eżistenti fuq komponenti ta' droni. Il-Kunsill adotta wkoll miżuri restrittivi kontra individwu wieħed u erba' entitajiet.

Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta l-aktar żviluppi reċenti fil-Lvant Nofsani, inkluż f'Gaża u l-Libanu, kif ukoll is-sitwazzjoni reġjonali usa'.

Ir-Rappreżentant Għoli aġġorna lill-Kunsill dwar valutazzjoni legali tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali mnn Iżrael, u f'dan l-isfond il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-proposta tar-Rappreżentant Għoli biex jiġi sospiż id-djalogu politiku bejn l-UE u Iżrael skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

Il-Kunsill indirizza wkoll il-kwistjoni tal-appoġġ tal-UE lill-UNRWA, li tqies bħala insostitwibbli, u ddiskuta l-kwistjoni ta' miżuri restrittivi kontra l-Ħamas u s-sostenituri tiegħu, u l-abitanti estremisti vjolenti ta' insedjamenti fix-Xatt tal-Punent.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill iddiskuta l-ħtieġa li jibqa' involut fl-isforzi biex terġa' tingħata l-ħajja lill-proċess ta' paċi. F'dan il-kuntest, il-ministri tkellmu dwar l-Alleanza Globali għall-Implimentazzjoni tas-Soluzzjoni ta' Żewġ Stati li tnediet fl-aħħar Assemblea Ġenerali tan-NU u li ser tiltaqa' għal laqgħa ta' segwitu fi Brussell fit-28 ta' Novembru, u dwar l-ikla ta' filgħaxija li saret lejliet il-Kunsill mal-eks Prim Ministru Iżraeljan Olmert u l-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin Palestinjan, Al-Kidwa.

Hemm tant nuqqas ta' empatija għat-tbatija tal-oħrajn, li huwa importanti li nwasslu lin-nies biex jifhmu li xi darba l-paċi ser tasal, u li trid tħejji għall-paċi u taħdem għaliha.

Hekk għamilna f'Barċellona. Hekk għamilna fi Brussell. U hekk ser nerġgħu nagħmlu. Kull meta jkun hemm opportunità, ejja nitkellmu dwar il-paċi.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-relazzjonijiet UE-Stati Uniti

Waqt ikla ta' ħidma, il-ministri tal-UE indirizzaw l-istampa ġenerali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, b'enfasi fuq l-Ukrajna u l-Lvant Nofsani, kif ukoll l-implikazzjonijiet speċifiċi tal-elezzjonijiet.

Trump jirrappreżenta opportunità għall-Ewropej. Mhux biss biex niftħu għajnejna - diġà għamilna hekk ħames snin ilu - iżda biex nużaw il-kapaċità tagħna u l-mod ta' kif naħdmu sabiex insemmgħu leħinna b'mod ċar fix-xena dinjija. Irridu ninvestu aktar fis-sigurtà u d-difiża.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Georgia

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi reċenti fil-Georgia wara l-elezzjonijiet parlamentari tas-26 ta' Ottubru, u ffoka fuq ir-rigress demokratiku fil-pajjiż u l-konsegwenzi tiegħu għall-perkors Ewropew tal-Georgia.

Kollha nixtiequ l-istess ħaġa għall-Georgia: li terġa' lura għall-perkors Ewropew. U dan ser jirrikjedi sforzi differenti. Ser nibagħtu missjoni fil-Georgia. Ser niddiskutu l-irregolaritajiet u l-elezzjoni ser ikollha tiġi investigata. Il-gvern irid jipproduċi bidliet deċiżivi permezz ta' azzjonijiet konkreti. Il-Georgia ma tistax timxi 'l quddiem fir-relazzjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea mingħajr bidliet b'saħħithom. Lill-poplu tal-Georgia, nixtieq nirrepeti dak li għidt is-sena l-oħra waqt iż-żjara tiegħi: l-UE qatt mhi ser tabbandunakom u l-ġlieda tagħkom favur il-valuri tal-UE. Aħna ser nibqgħu magħkom fl-għażla qawwija tagħkom favur id-demokrazija u futur Ewropew.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Qarn tal-Afrika

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu diskussjoni dwar il-Qarn tal-Afrika, b'enfasi fuq is-Somalja u l-appoġġ possibbli tal-UE għall-Missjoni futura ta' Appoġġ u Stabbilizzazzjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AUSSOM), kif ukoll is-Sudan, fejn is-sitwazzjoni hija agħar minn qatt qabel u nqatlu mijiet ta' eluf ta' persuni, u miljuni ġew spostati. Il-ministri qablu li jappellaw għal waqfien immedjat tal-ostilitajiet.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025