Skip to content

COVID-19: koordinazzjoni tal-UE għal vaċċinazzjoni sikura u effettiva

Infografika: Koordinazzjoni tal-UE għall-approvazzjoni u l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċin kontra l-COVID-19.

Il-kumpaniji farmaċewtiċi qed japplikaw għall-awtorizzazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), l-ewwel kundizzjoni li għandhom jissodisfaw sabiex jiddistribwixxu l-vaċċini tagħhom fis-suq tal-UE. Il-vaċċini jistgħu jiġu amministrati lill-popolazzjoni biss wara opinjoni pożittiva mill-EMA u approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

Kif qed titħaffef l-approvazzjoni għall-vaċċini kontra l-COVID-19?

Normalment, il-kumpaniji farmaċewtiċi jippreżentaw id-data kollha meħtieġa dwar il-vaċċin lill-EMA fi tmiem il-proċess ta' żvilupp.

Bil-COVID-19, jippreżentawha malli tkun disponibbli. Dan il-proċess jissejjaħ "rieżami kontinwu". Meta japplikaw għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, il-biċċa l-kbira tad-data tkun diġà ġiet ivvalutata, u b'hekk l-EMA tkun tista' tagħti opinjoni ħafna qabel.

  • kwalità
  • sikurezza
  • effikaċja

Jeħtieġ li l-vaċċini kontra l-COVID-19 jikkonformaw mal-istess rekwiżiti ta' kwalità, sikurezza u effikaċja daqs kwalunkwe vaċċin ieħor fl-UE.

Pjan direzzjonali għall-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċin

  1. applikazzjoni kondizzjonali għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni mill-iżviluppaturi tal-vaċċini lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
  2. evalwazzjoni xjentifika indipendenti mill-EMA, f'konformità mil-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE
  3. opinjoni pożittiva mill-EMA jekk il-benefiċċji jkunu ħafna akbar mir-riskji potenzjali
  4. awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea
  5. aċċess ugwali għall-pajjiżi kollha tal-UE għal għadd ta' dożi proporzjonali għad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom
  6. distribuzzjoni lill-popolazzjoni fl-UE kollha
  7. monitoraġġ tas-sikurezza, l-effikaċja u kwalunkwe effett kollaterali, flimkien ma' skambju ta' informazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE

Kważi 2.6 biljun doża diġà garantiti

  • AstraZeneca (sa mhux aktar minn 400)
  • Sanofi-GSK (sa mhux aktar minn 300)
  • Janssen P. NV (sa mhux aktar minn 400)
  • BioNTech-Pfizer (sa mhux aktar minn 600)
  • CureVac (sa mhux aktar minn 405)
  • Moderna (sa mhux aktar minn 460)

(dożi f'miljuni)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet taħditiet esploratorji ma' Novavax (sa 200 miljun doża) u Valneva (sa 60 miljun doża).

Id-dożi ġew garantiti permezz ta' ftehimiet ta' xiri bil-quddiem (APAs) mal-iżviluppaturi tal-vaċċini. Permezz tal-APAs, il-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-UE jkopru parti mill-ispejjeż inizjali għall-iżvilupp ta' vaċċin.

Min-naħa tagħhom, il-pajjiżi tal-UE jiżguraw id-dritt li jixtru biżżejjed dożi, fi żmien stabbilit u bi prezz raġonevoli.

Il-finanzjament jiġi mill-Istrument tal-UE għall-Appoġġ ta' Emerġenza u huwa depożitu għad-dożi li eventwalment jinxtraw mill-pajjiżi tal-UE.

Elementi ewlenin għal kampanji ta' vaċċinazzjoni effettivi fl-UE kollha

  • kapaċità ta' riżultati konkreti b'forza tax-xogħol ta' ħila u b'tagħmir
  • aċċess faċli u affordabbli
  • ħażna, trasport u distribuzzjoni sikuri
  • komunikazzjoni tajba għall-pubbliku biex tiżgura l-fiduċja u tiġġieled il-miżinformazzjoni