"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-edukazzjoni, 16 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri Ewropej għall-edukazzjoni, fil-preżenza ta' Mariya Gabriel, il-Kummissarju Ewropew għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, attendew vidjokonferenza ppreseduta mill-Ministru Franċiż għall-Edukazzjoni Nazzjonali, Jean-Michel Blanquer, nhar l-Erbgħa 16 ta' Marzu sabiex isir skambju ta' fehmiet dwar kif l-Unjoni Ewropea tista' tipprovdi assistenza konkreta lill-istudenti, lill-għalliema u lill-persunal edukattiv tal-Ukrajna.

Mill-24 ta' Frar 'l hawn, aktar minn tliet miljun Ukren telqu mill-Ukrajna, nofshom tfal. Fid-dawl tal-influss ta' refuġjati, qed jingħata bidu għal rispons koordinat mill-ministri għall-edukazzjoni.

Fuq stedina tal-presidenza, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Ukrajna, Sherhiy Shkarlet, fetaħ il-laqgħa.

Il-ministri Ewropej għall-edukazzjoni esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-poplu Ukren u b'mod aktar speċifiku mat-tfal u l-persunal edukattiv kollu.

Filwaqt li ż-żona Ewropea tal-edukazzjoni qed tissaħħaħ, hemm bżonn li tiġi stabbilita koordinazzjoni Ewropea reali biex tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba u b'hekk tipprovdi rispons konġunt għall-edukazzjoni tat-tfal Ukreni fl-UE.

Ħerqana li jrawmu r-rabta bejn dawn it-tfal u pajjiżhom, is-27 jixtiequ jipproponu soluzzjonijiet imfassla apposta b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru għall-Edukazzjoni tal-Ukrajna.

L-istati membri u l-Kummissjoni ddiskutew kooperazzjoni aktar mill-qrib fost l-awtoritajiet nazzjonali biex jikkoordinaw aħjar l-inizjattivi sabiex jibnu konnessjoni bejn il-ministeri kollha tal-UE malajr kemm jista' jkun.

  • L-ewwel linja ta' ħidma: din tiffoka fuq il-qsim u l-ġbir flimkien ta' kontenut edukattiv diġitali biex tiġi ffaċilitata l-kontinwità tal-edukazzjoni fl-Ukrajna u fl-Unjoni Ewropea.

  • It-tieni linja ta' ħidma: biex jiġi żgurat il-ġid tal-istudenti fl-iskola u jingħata appoġġ lill-għalliema li qed jieħdu r-responsabbiltà għalihom f'sitwazzjoni ta' kriżi, il-pajjiżi qablu wkoll dwar il-ħtieġa li jkun hemm arranġamenti komuni fis-seħħ biex jintlaqgħu l-istudenti Ukreni. Din il-linja ta' ħidma ser tkopri wkoll l-aħjar prattiki edukattivi biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fil-klassi fl-Ukrajna.

  • It-tielet linja ta' ħidma: bl-użu tal-esperjenza miksuba matul il-kriżi tas-saħħa f'termini ta' tagħlim mill-bogħod, l-istati membri ser ikunu jistgħu jaħdmu biex jagħmlu l-aħjar użu mill-pjattaformi eżistenti.

Il-programm eTwinning ser jintuża wkoll biex jgħin lill-għalliema.

Il-ministri ser jiltaqgħu fil-5 ta' April fil-Kunsill tal-ministri għall-edukazzjoni fil-Lussemburgu biex jiddiskutu kif jistgħu jkomplu jappoġġaw lill-Ukrajna b'mod kollettiv.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025