X'inhu l-ħasil tal-flus
Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu huma ta' tħassib kbir għall-ekonomija u s-sistema finanzjarja tal-UE kif ukoll għas-sigurtà taċ-ċittadini tagħha.
Fl-20 ta' Lulju 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pakkett ta' proposti leġiżlattivi li għandhom l-għan li jipproteġu liċ-ċittadini tal-UE u s-sistema finanzjarja tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.
Fit-30 ta' Mejju 2024, il-Kunsill adotta dan il-pakkett ta' leġiżlazzjoni li ser isaħħaħ u jespandi aktar ir-regoli tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Dan il-pakkett jistabbilixxi wkoll awtorità għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AMLA) li jagħtiha rwol ta' koordinazzjoni kif ukoll setgħat superviżorji diretti u indiretti;
L-AMLA ser tkun ibbażata fi Frankfurt u ser tibda topera f'nofs l-2025.
X'inhu l-ħasil tal-flus
Il-ħasil tal-flus hu l-proċess użat minn kriminali biex jaħbu l-oriġini illegali tal-assi tagħhom.
Huma jużaw sistemi finanzjarji illeċiti biex jipproċessaw tranżazzjonijiet u ħlasijiet lil hinn mill-mekkaniżmi ta' sorveljanza.
Ċifri dwar il-ħasil tal-flus
Stimi globali:
il-ħasil tal-flus jinvolvi minn €715 biljun sa €1.87 triljun tal-PDG globali (2%-5%) kull sena
Fl-Unjoni Ewropea:
70% tan-networks kriminali attivi fl-UE jużaw xi forma ta' ħasil tal-flus biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet u jaħbu l-assi tagħhom
80% tan-networks kriminali attivi fl-UE jużaw strutturi legali tan-negozju b'mod abbużiv għall-attivitajiet kriminali tagħhom
Bejn €117 u €210 biljun: attivitajiet u tranżazzjonijiet suspettużi li jużaw is-sistema finanzjarja u l-ekonomija tal-UE
Kif jaħdem il-ħasil tal-flus?
- Ġbir ta' flus minn sorsi illegali
- Tqegħid – il-profitti illeċiti jitqiegħdu f'sistema finanzjarja leġittima
- Layering – l-oriġini tal-fondi tinħeba permezz ta' movimenti jew konverżjonijiet (eż. fatturi foloz, self, trasferimenti bejn kontijiet)
- Integrazzjoni – il-profitti jidħlu lura fl-ekonomija (eż. b'investimenti fi proprjetà, assi lussużi, proġetti ta' negozju)
Eżempji:
sistemi bankarji sotterranji (networks li jirċievu l-flus biex dawn ikunu jistgħu jitħallsu lil partijiet terzi 'l bogħod mis-sorveljanza regolatorja)
kuntrabandu ta' flus kontanti
kurriera tal-flus (individwi li jkunu ġew reklutati biex jittrasferixxu fondi illeċiti bejn kontijiet)
użu abbużiv ta' strutturi legali tan-negozju
ħasil ta' flus permezz ta' prodotti ta' valur għoli
użu abbużiv tal-kriptovaluti (€1.5 biljun: stima ta' tranżazzjonijiet bil-kriptovaluti fuq is-swieq fid-dark web)
Sors: Kummissjoni Ewropea, Eurojust, Europol, Nazzjonijiet Uniti
Aktar informazzjoni:
- Il-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (informazzjoni ġenerali)
- Frankfurt ser jospita l-awtorità l-ġdida tal-UE għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AMLA) (stqarrija għall-istampa, 22 ta' Frar 2024)
- Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus: il-Kunsill jadotta pakkett ta' regoli (stqarrija għall-istampa, 30 ta' Mejju 2024)
L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Lulju 2026