"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet: atti delegati u ta' implimentazzjoni

Introduzzjoni qasira għall-atti delegati u ta' implimentazzjoni u ħarsa ġenerali lejn il-proċedura għall-adozzjoni tagħhom, l-illustrazzjonijiet juru roti tal-ingranaġġ biex jiddeskrivu l-proċedura, u dokumenti biex jindikaw it-testi legali

X'inhu att delegat?

Att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali li jista' jiġi adottat biss jekk ikun hemm delega tas-setgħat fl-att leġiżlattiv.

X'inhu att ta' implimentazzjoni?

Att mhux leġiżlattiv li jistabbilixxi regoli dettaljati li jippermettu l-implimentazzjoni uniformi ta' atti tal-Unjoni li jorbtu legalment.

Għalfejn għandna bżonnhom?

Att delegat: jippermetti lill-Kummissjoni tirreaġixxi b'ħeffa u bi flessibilità f'oqsma bħal:

  • l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar
  • is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf
  • is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali
  • is-saħħa tal-pjanti

Atti delegati jistgħu jiġu adottati biss abbażi ta' delega mogħtija f'att leġiżlattiv.

Kif jiġu adottati l-atti delegati?

Hemm ċerti kondizzjonijiet involuti: il-Kummissjoni tħejji abbozzi ta' atti delegati skont:

  • il-kondizzjonijiet għad-delega stipulati fil-leġiżlazzjoni approvata
  • il-kooperazzjoni ma' esperti, inkluż dawk mill-istati membri

Pass 1: Il-Kummissjoni tikkonsulta ma' gruppi ta' esperti u tadotta l-att.

Fl-istess ħin: Il-Kunsill (grupp ta' ħidma) u l-Parlament (kumitat responsabbli) jeżaminaw il-proposta [xahrejn (jiġġeddu darba)]

Opzjoni 1: ebda oġġezzjoni

Jekk ma titqajjem ebda oġġezzjoni matul il-perjodu ta' oġġezzjoni, l-att delegat jidħol fis-seħħ.

Pass 2: Il-Kummissjoni tiddeċiedi waħedha jekk tadottax l-abbozz ta' att, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-kumitat, anki jekk din tkun negattiva.

Opzjoni 2: titqajjem oġġezzjoni

Il-Kunsill jista' joġġezzjona permezz ta' deċiżjoni adottata b'maġġoranza kwalifikata.

Il-plenarja tal-PE tista' toġġezzjona permezz ta' vot b'maġġoranza tal-membri kollha tagħha.

Jekk il-Kunsill jew il-PE joġġezzjonaw, l-att ma jistax jidħol fis-seħħ.

Kif jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni?

Is-setgħat ta' implimentazzjoni jingħataw fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet lill-Kummissjoni Ewropea.

Eċċezzjonalment lill-Kunsill f'każijiet debitament ġustifikati u f'dawk previsti fl-Artikoli 24u 26 TUE

Il-komitoloġija hija l-proċedura li tirregola l-adozzjoni ta' parti sinifikanti tal-atti ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni.

Il-kumitati huma magħmula minn rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE (esperti tal-istati membri).

Pass 1: Bħala regola, l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni jiġu ppreżentati lill-kumitati tal-komitoloġija. Hemm żewġ tipi ta' proċedura ta' kumitat:

Proċedura konsultattiva:

Pass 1: Il-kumitat konsultattiv jagħti l-opinjoni tiegħu b'maġġoranza sempliċi. L-opinjoni ma torbotx.

Pass 2: Il-Kummissjoni tiddeċiedi waħedha jekk tadottax l-abbozz ta' att, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-kumitat, anki jekk din tkun negattiva.

Proċedura ta' eżami:

Pass 1: il-kumitat dwar il-proċedura ta' eżami jrid jagħti opinjoni b'maġġoranza kwalifikata.

Opzjoni 1:

Jekk l-opinjoni tal-kumitat tkun pożittiva, il-Kummissjoni tadotta l-att.

Opzjoni 2:

Jekk l-opinjoni tal-kumitat tkun negattiva, il-Kummissjoni ma tistax tadotta l-att ta' implimentazzjoni.

Opzjoni 3:

Jekk ma tingħata ebda opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, ħlief fil-każijiet speċifikati fir-regolament dwar il-komitoloġija.

Opzjoni 4:

Fil-każ ta' vot negattiv: il-Kummissjoni għandha xahar żmien biex tippreżenta abbozz ta' miżura lill-kumitat ta' appell (esperti tal-istati membri), jew inkella xahrejn biex tippreżenta verżjoni ġdida lill-istess kumitat.

Għal atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih, il-proċedura hija differenti:

Pass 1: il-Kummissjoni tadotta l-att ta' implimentazzjoni qabel ma tikkonsulta ma' kumitat, minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, jekk dan ikun previst fl-att bażiku.

Skeda ta' żmien: l-att japplika għal perjodu massimu ta' sitt xhur, sakemm l-att bażiku ma jipprevedix mod ieħor.
Pass 2: il-Kummissjoni trid tikkonsulta l-kumitat rilevanti fi żmien 14-il jum mill-adozzjoni.

Opzjoni 1:

Meta tapplika l-proċedura ta' eżami u l-kumitat jagħti opinjoni negattiva, il-Kummissjoni hija obbligata tħassar l-att immedjatament.

L-aħħar reviżjoni: 22 ta' April 2022