"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Vidjokonferenza tal-ministri għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali, 9 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Impjiegi u affarijiet soċjali

Il-ministri tal-UE għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali kellhom it-tielet laqgħa tagħhom matul il-pandemija tal-COVID-19. Għall-ewwel darba, l-enfasi tad-diskussjoni kienet fuq l-irkupru. B'mod partikolari, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif il-politiki nazzjonali dwar ix-xogħol u dawk soċjali jistgħu jsiru aktar b'saħħithom u s-swieq tax-xogħol jistgħu jsiru aktar reżiljenti sabiex jingħelbu l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19.

Josip Aladrović, ministru għax-Xogħol u s-Sistema tal-Pensjonijiet tal-Kroazja
Il-kriżi attwali kellha impatt enormi fuq id-drawwiet tagħna tax-xogħol - ix-xogħol mill-bogħod u ħinijiet tax-xogħol flessibbli saru n-norma u l-użu ta' teknoloġiji diġitali qed jiżdied. F'dan il-kuntest, huwa kruċjali li l-politiki tagħna jkunu kif meħtieġ. Ekonomija tal-UE aktar reżiljenti teħtieġ forza tax-xogħol b'ħiliet aħjar. Għalhekk, jeħtieġ li ninvestu b'mod wiesa' fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-impjegati madwar l-Unjoni tagħna.
Josip Aladrović, ministru għax-Xogħol u s-Sistema tal-Pensjonijiet tal-Kroazja
Josip Aladrović, ministru għax-Xogħol u s-Sistema tal-Pensjonijiet tal-Kroazja

Id-diskussjoni kienet strutturata madwar il-mistoqsijiet li ġejjin imħejjija mill-presidenza:

  • Diversi arranġamenti ta' xogħol flessibbli, bħal xogħol mill-bogħod, sigħat ta' xogħol flessibbli, u teknoloġiji innovattivi tal-ICT ġew użati b'mod wiesa' matul il-kriżi tal-COVID-19. Taħsbu li t-tkomplija tal-użu tagħhom fil-futur ser tkun ekonomikament u soċjalment ta' benefiċċju fuq medda twila ta' żmien?
  • Liema huma l-pjanijiet tagħkom għat-titjib tal-ħiliet/taħriġ mill-ġdid, fil-kuntest tat-tibdil fid-dinja tax-xogħol minħabba l-COVID-19 kif ukoll fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi li għaddejjin?
  • Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, kif qed tindirizzaw il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, speċjalment fir-rigward ta' gruppi vulnerabbli?

Il-ministri laqgħu l-adozzjoni tal-pakkett ta' Rkupru, iżda saħqu li l-kriżi tal-COVID-19 wasslet għal sfidi serji fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali, b'mod partikolari bħala riżultat tal-użu mifrux ta' għodod tal-IT, telexogħol u vidjokonferenzi. Il-ministri identifikaw l-iżolament soċjali, il-protezzjoni tad-data, is-saħħa tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-impjegati u d-drittijiet tal-ħaddiema fost l-aktar kwistjonijiet ta' sfida. Fir-rigward tat-trasformazzjoni radikali tar-rutini ta' xogħol, ħafna delegazzjonijiet enfasizzaw il-ħtieġa li jitkompla d-djalogu soċjali u r-rwol importanti li s-sħab soċjali għandu jkollhom f'din it-transizzjoni.

Il-ministri saħqu wkoll li l-kriżi attwali kompliet tenfasizza l-ħtieġa għal titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid bħala modi biex jiġu appoġġati l-irkupru ekonomiku u l-koeżjoni soċjali u biex jinbnew ekonomija u soċjetajiet li jkunu aktar reżiljenti fid-dawl tal-isfidi futuri.

Fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ħafna ministri identifikaw il-vjolenza domestika bħala kwistjoni serja matul il-konfinament tal-COVID-19. Huma qasmu l-esperjenzi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-għoti ta' assistenza lill-vittmi.

Il-ministri qablu b'mod ġenerali li l-politiki ta' rkupru għandhom jitfasslu b'kunsiderazzjoni għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari minħabba l-fatt li ħidmiet ċentrali matul il-kriżi attwali tas-saħħa twettqu min-nisa.

Vesna Besiković, ministru għad-Demografija, il-Familja, iż-Żgħażagħ u l-Politika Soċjali tal-Kroazja
F'dawn iż-żminijiet ta' sfida, l-infermiera, il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa u l-assistenti soċjali, u l-ħaddiema tal-kura informali, li ħafna minnhom huma nisa, kienu fl-ewwel linja. F'din is-sitwazzjoni, il-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri ssir saħansitra aktar ta' sfida. Id-diskussjoni tagħna llum uriet li, sabiex noħorġu mill-kriżi, neħtieġu politiki adegwati biex nindirizzaw il-problemi fit-tul, bħalma huma d-distribuzzjoni inugwali tar-responsabbiltajiet ta' kura u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.
Vesna Besiković, ministru għad-Demografija, il-Familja, iż-Żgħażagħ u l-Politika Soċjali tal-Kroazja
Vesna Besiković, ministru għad-Demografija, il-Familja, iż-Żgħażagħ u l-Politika Soċjali tal-Kroazja

Taħt affarijiet oħra, il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-proċess tas-Semestru li għaddej u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) tal-2020.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025