"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kronoloġija tat-trasparenza fil-pagi

The EU wants to strengthen the principle of equal pay for equal work between men and women through new EU rules on pay transparency.

  • 2023

    24 ta' April

    Il-Kunsill jadotta t-test finali tad-direttiva

    Il-Kunsill adotta regoli ġodda biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi u jgħin biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE.

    Skont id-direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi, il-kumpaniji tal-UE ser ikunu meħtieġa jaqsmu informazzjoni dwar kemm iħallsu lin-nisa u l-irġiel għal xogħol ta' valur ugwali, u jieħdu azzjoni jekk id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tagħhom taqbeż il-5%.

    Id-direttiva l-ġdida tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar kumpens għall-vittmi ta' diskriminazzjoni fil-pagi u penali, li jinkludu multi, għal impjegaturi li jiksru r-regoli.

    Id-direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi ser tidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. Imbagħad, il-pajjiżi tal-UE jkollhom sa tliet snin biex ''jittrasponu'' d-direttiva billi jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex tqis ir-regoli l-ġodda.

    Illustration: a woman struggling to reach the top of a wall and line chart with decreasing pay gap at 13%.

    Why pay transparency can help reduce the EU’s gender pay gap (Infografika)

  • 2022

    15 ta' Diċembru

    Intlaħaq qbil mal-Parlament Ewropew

    Il-presidenza Ċeka u l-Parlament Ewropew laħqu qbil proviżorju dwar regoli għat-trasparenza fil-pagi.

    In-negozjati mal-Parlament Ewropew biex jintlaħaq qbil dwar test komuni bdew f'Ġunju 2022. Il-qbil attwali ntlaħaq matul il-ħames ċiklu ta' negozjati.

  • 2021

    6 ta' Diċembru

    Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni komuni biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi

    Il-Kunsill jaqbel dwar approċċ ġenerali rigward abbozz ġdid ta' regoli tal-UE dwar it-trasparenza fil-pagi.

    Il-liġi proposta tinkludi sett ta' miżuri vinkolanti dwar it-trasparenza fil-pagi, pereżempju:

    • l-impjegaturi jeħtieġ li jindikaw il-livell jew il-firxa ta' paga inizjali li għandha titħallas lill-ħaddiem futur
    • l-impjegaturi jridu jagħmlu aċċessibbli għall-impjegati tagħhom liema kriterji - oġġettivi u newtrali għall-ġeneru - jintużaw biex jiġu definiti l-paga u l-progress fil-karriera tagħhom
    • il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-livell tal-paga individwali tagħhom u l-livelli medji tal-pagi għall-ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol jew xogħol ta' valur ugwali, imqassma skont is-sess
  • 2021

    4 ta' Marzu

    Il-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta għal regoli ġodda tal-UE biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi

    Il-Kummissjoni Ewropea, bi tweġiba għas-sejħa tal-Kunsill ta’ Ġunju 2019 biex jiġu żviluppati miżuri konkreti biex tiżdied it-trasparenza fil-pagi, tippreżenta proposta għal direttiva għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar.

    Id-direttiva għandha l-għan li:

    • tistabbilixxi rekwiżiti minimi għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-irġiel u n-nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali
    • telimina d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess permezz tat-tisħiħ tat-trasparenza tas-sistemi tal-pagi
    • issaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-prinċipju ta' paga ugwali
  • 2019

    13 ta' Ġunju

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar it-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar politiki u miżuri ewlenin bil-għan li titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea minqux fit-Trattati.

    Il-konklużjonijiet jappellaw lill-istati membri u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw u jtejbu l-miżuri disponibbli kollha jew biex jintroduċu oħrajn ġodda bil-ħsieb li:

    • jiżguraw l-infurzar effettiv fil-livell nazzjonali tal-prinċipju legali ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali
    • jippromwovu l-ugwaljanza fl-edukazzjoni u l-impjieg sabiex tiġi indirizzata s-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol
    • jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-familja u l-ħajja privata kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025