"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Spjegazzjoni tal-proċess tas-sanzjonijiet tal-UE

Kontenut arkivjat.

Ikklikkja fuq il-link ta' hawn taħt biex issib l-aħħar informazzjoni dwar kif l-UE tadotta u tirrevedi sanzjonijiet.

 Spjegazzjoni tal-proċess tas-sanzjonijiet tal-UE

Spjegazzjoni tal-proċess tas-sanzjonijiet tal-UE

X'inhuma s-sanzjonijiet tal-UE?

Miżuri preventivi li jissejħu wkoll miżuri restrittivi li jippermettu lill-UE twieġeb għal sfidi u żviluppi politiċi li jmorru kontra l-objettivi u l-valuri tagħha.

Min jiddeċiedi li jiġu imposti sanzjonijiet tal-UE?

Sanzjonijiet awtonomi tal-UE: il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jimponi sanzjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess, imressqa mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) jew l-istati membri. Normalment japplikaw għal 12-il xahar.



Il-miżuri restrittivi jinħarġu b'deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK).



Kif jaħdmu?

  • projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar: timpedixxi lil dawk elenkati milli jidħlu jew jgħaddu mit-territorji tal-UE
  • iffriżar tal-assi: jintuża kontra l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi tal-persuni elenkati
  • fondi: iċ-ċittadini u l-kumpaniji tal-UE huma pprojbiti milli jqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni tal-individwi u l-entitajiet elenkati



Kif tiġi adottata deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet?

Pass 1: Ir-RGħ jagħmel proposta (miżuri proposti)

Pass 2: Il-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill jeżaminaw u jiddiskutu l-miżuri proposti

Pass 3: Il-Coreper II jaqbel dwar l-att legali

Pass 4: Il-Kunsill imbagħad jadotta d-deċiżjoni

Pass 5: Din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Min hu involut eżattament fil-Kunsill?

  • Il-grupp ta' ħidma tal-Kunsill responsabbli għar-reġjun ġeografiku li għalih jappartjeni l-pajjiż fil-mira, jew grupp ta' ħidma tematiku (eż. drittijiet tal-bniedem, ċibernetiku)
  • jekk meħtieġ, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS)
  • il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper II)

Jekk id-deċiżjoni tal-Kunsill tinkludi:

  • iffriżar tal-assi
  • u/jew tipi oħra ta' miżuri ekonomiċi
  • u/jew sanzjonijiet finanzjarji

Irid jiġi adottat regolament tal-Kunsill.

Kif jiġi adottat regolament tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet?

Pass 1: Ir-RGħ u l-Kummissjoni jippreżentaw proposta konġunta għal regolament tal-Kunsill.

Pass 2: Il-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill jeżaminaw u jiddiskutu l-miżuri proposti

Pass 3: Il-Coreper II jaqbel dwar l-att legali

Pass 4: Il-Kunsill imbagħad jadotta r-regolament

Pass 5: Ir-regolament jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Pass 6: Il-Kunsill imbagħad jinforma lill-Parlament Ewropew.

Id-deċiżjoni tal-Kunsill u r-regolament tal-Kunsill ġeneralment jiġu adottati flimkien u jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħhom. Dan jippermetti li ż-żewġ atti legali jipproduċu l-effetti tagħhom fl-istess ħin (iffriżar tal-assi).

Min jimplimentahom?

Jiġu implimentati mill-istati membri.

Il-Kummissjoni ser tivverifika li l-istati membri jkunu implimentaw ir-regolamenti b'mod xieraq u f'waqtu. U jridu jiġu infurzati fi ħdan l-UE miċ-ċittadini u l-operaturi. Dawn jiġu eżaminati regolarment.

Skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni, il-Kunsill jista' jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li

  • jemendahom
  • jestendihom
  • ineħħihom

Min jallinja ruħu magħhom?

Is-sanzjonijiet ikunu aktar effettivi meta l-UE u sħab li jaħsbuha bħalha jkunu allinjati sew, bħal:

  • il-pajjiżi kandidati
  • il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE
  • il-membri tas-Sħubija tal-Lvant

Kif jiġu infurmati dwar is-sanzjonijiet dawk il-persuni li jkunu fil-mira?

Persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal iffriżar tal-assi jew restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jiġu notifikati:

  • individwalment b'ittra (jekk l-indirizz ikun magħruf)
  • permezz ta' avviż ippubblikat mill-Kunsill fis-Serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea



Kif issir talba għat-tneħħija ta' miżuri restrittivi?

Il-persuni u l-entitajiet elenkati jistgħu:

  • jissottomettu talba lill-Kunsill, b'dokumentazzjoni ta' sostenn, fejn jitolbu li d-deċiżjoni li jiġu elenkati tiġi kkunsidrata mill-ġdid
  • jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: l-Artikoli 275 u 263 (Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)