Kronoloġija - pakketti ta' simplifikazzjoni omnibus
-
2026
-
29 ta' Ġunju Council gives final green light to simplify and streamline AI rules
The Council gave its final green light on a new regulation aiming to streamline and simplify certain rules regarding artificial intelligence (AI).
The key elements of the new regulation are:
- a fixed timeline for the delayed application of high-risk rules: 2 December 2027 for stand-alone high-risk AI systems and 2 August 2028 for high-risk AI systems embedded in products
- a new provision in the AI act, prohibiting AI practices regarding the generation of non-consensual sexual and intimate content or child sexual abuse material
- the postponement of the deadline for the establishment of AI regulatory sandboxes by competent authorities at national level until 2 December 2027 and a reduced grace period for providers to implement transparency solutions for artificially generated content from 6 months to 3 months, with the new deadline set on 2 December 2026
- the clarification of the competences of the AI Office for the supervision of AI systems based on general-purpose AI models where the model and that system are developed by the same provider
On the interplay of AI rules with sectoral legislation in sectors such as medical devices, toys, lifts and watercraft, the new law provides for a mechanism that allows to resolve situations in which sectoral law has similar AI-specific requirements to the AI act, by limiting the latter's application in those specific cases through implementing acts.
The adoption of the AI omnibus is a key deliverable under the ‘One Europe, One Market’ roadmap.
Att dwar l-Intelliġenza ArtifiċjaliAtt dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
-
23 ta' Ġunju Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni ta' negozjar biex jiġu ssimplifikati u razzjonalizzati r-regoli ambjentali
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar proposta biex jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri relatati mal-emissjonijiet industrijali, l-ekonomija ċirkolari u d-data ġeospazjali. Il-proposta hija parti mill-pakkett ta' simplifikazzjoni "Omnibus VIII".
Il-pakkett għandu l-għan li jnaqqas l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi bla bżonn filwaqt li jżomm l-istandards għoljin tal-UE tal-protezzjoni ambjentali.
-
17 ta' Ġunju Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim biex jissimplifikaw ir-rekwiżiti għall-prodotti kimiċi
Fis-17 ta' Ġunju 2026, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar is-simplifikazzjoni tar-regoli relatati mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tas-sustanzi kimiċi, il-prodotti kożmetiċi u l-prodotti fertilizzanti.
Dawk id-dispożizzjonijiet huma l-parti li fadal tal-hekk imsejjaħ pakkett "Omnibus VI", li jissimplifika r-regoli fil-qasamtal-prodotti kimiċi, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u l-ambjent.
Sustanzi kimiċiSustanzi kimiċi
-
10 ta' Ġunju Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim biex jagħtu spinta lill-industrija tad-difiża tal-UE
Il-presidenza tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar leġiżlazzjoni ġdida li ser tissimplifika l-akkwist għas-sigurtà u d-difiża, tiffaċilita l-investimenti fid-difiża u tappoġġa l-industrija tad-difiża.
Il-leġiżlazzjoni simplifikata għandha l-għan li tneħħi d-dewmien amministrattiv fl-akkwist, taċċellera l-proċeduri tal-għoti tal-permessi, tiffaċilita t-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fl-UE u ssaħħaħ il-kooperazzjoni intra-UE.
Dan il-ftehim ser jagħti lill-istati membri u lill-industrija perkors aktar ċar biex jaġixxu malajr u ser isaħħaħ il-kapaċità ta' difiża tal-Ewropa.
-
9 ta' Ġunju Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim biex jgħinu lin-negozji li qed jikbru jirnexxu u jaċċelleraw id-diġitalizzazzjoni
Il-presidenza tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar diversi liġijiet ġodda li jiffurmaw parti mill-hekk imsejjaħ pakkett leġiżlattiv "Omnibus IV".
Il-liġijiet il-ġodda dwar id-diġitalizzazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom l-għan li jiddiġitalizzaw ir-rekwiżiti fiżiċi eżistenti billi jimplimentaw il-prinċipju "diġitali b'mod awtomatiku" u jintroduċu proċedura għall-Kummissjoni biex tfassal speċifikazzjonijiet komuni f'diversi atti legali.
Direttiva ġdida oħra u regolament ġdid għandhom l-għan li jestendu ċerti miżuri ta' mitigazzjoni u ta' appoġġ disponibbli għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għal kumpaniji li kibru lil hinn mid-definizzjoni ta' SME, l-hekk imsejħa intrapriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja (SMCs). Il-ftehim proviżorju jidentifika din il-kategorija l-ġdida ta' kumpaniji bħala intrapriżi b'inqas minn 1 000 impjegat u jew sa €200 miljun f'fatturat jew sa €172 miljun f'total tal-karta tal-bilanċ annwali.
-
27 ta' Mejju Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tas-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf
Il-Kunsill stabbilixxa l-pożizzjoni tiegħu dwar parti mill-pakkett leġiżlattiv "omnibus X" fl-aġenda ta' simplifikazzjoni tal-UE.
Il-mandat tal-Kunsill għan-negozjati mal-Parlament Ewropew jikkonċerna regoli dwar:
- l-użu sostenibbli tal-pestiċidi
- rekords relatati mal-annimali tal-irziezet
- l-użu tal-plastik fl-industrija tal-ikel
Il-presidenza ser tkompli l-ħidma tagħha fuq l-aħħar proposta li fadal tal-pakkett.
-
11 ta' Mejju Il-Kunsill jadotta liġi ġdida għas-simplifikazzjoni tar-regoli dwar il-bijoċidi
Il-Kunsill ta l-approvazzjoni tiegħu għal regoli ġodda dwar il-bijoċidi li jestendu ċerti perjodi ta' protezzjoni tad-data.
Sabiex jittieħed kont tad-dewmien fir-rieżami li għaddej tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali, il-perjodu ta' protezzjoni għal ċerta data relatata mas-sustanzi attivi li għadhom qed jiġu rieżaminati ġie estiż biex jikkoinċidi mat-tmiem il-ġdid tal-programm ta' rieżami, jiġifieri l-31 ta' Diċembru 2030. Dan ser jibbilanċja l-interessi tal-partijiet ikkonċernati u jiżgura l-ekwità regolatorja. Ir-regolament għandu jiġi evalwat bis-sħiħ fl-2026-2027.
Ir-regolament il-ġdid jagħmel parti mill-hekk imsejjaħ pakkett leġiżlattiv "Omnibus X" fl-aġenda ta' simplifikazzjoni tal-UE. Għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq tal-prodotti bijoċidali fl-UE, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-bnedmin u għall-ambjent.
-
7 ta' Mejju Intelliġenza artifiċjali: il-Kunsill u l-Parlament jaqblu li jissimplifikaw ir-regoli
Il-presidenza tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar proposta biex jiġu ssimplifikati ċerti regoli rigward l-intelliġenza artifiċjali (IA), parti mill-pakkett leġiżlattiv Omnibus VII.
Il-koleġiżlaturi:
- żiedu dispożizzjoni ġdida fl-att dwar l-IA li tipprojbixxi prattiki tal-IA li jirrigwardaw il-ġenerazzjoni ta' kontenut sesswali u intimu mhux kunsenswali jew materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal
- introduċew skeda ta' żmien fissa għall-applikazzjoni mdewma tar-regoli ta' riskju għoli: it-2 ta' Diċembru 2027 għal sistemi awtonomi tal-IA b'riskju għoli u t-2 ta' Awwissu 2028 għal sistemi tal-IA b'riskju għoli inkorporati fi prodotti
- reġgħu daħħlu l-obbligu għall-fornituri li jirreġistraw is-sistemi tal-IA fil-bażi tad-data tal-UE għas-sistemi b'riskju għoli, meta jqisu li s-sistemi tagħhom huma eżentati mill-klassifikazzjoni bħala b'riskju għoli
- reġgħu daħħlu l-istandard ta' neċessità stretta għall-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għall-fini li jiġu żgurati l-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji
- ipposponew l-iskadenza għall-istabbiliment ta'ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorjagħall-IA mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali sat-2 ta' Diċembru 2027 u naqqsu l-perjodu ta' konċessjoni għall-fornituri biex jimplimentawsoluzzjonijiet ta' trasparenza għal kontenut iġġenerat artifiċjalment minn 6 xhur għal 3 xhur, bl-iskadenza l-ġdida stabbilita għat-2 ta' Diċembru 2026
- iċċaraw il-kompetenzi tal-Uffiċċju għall-IA għas-superviżjoni tas-sistemi tal-IA bbażati fuq mudelli tal-IA bi skop ġenerali fejn il-mudell u dik is-sistema jiġu żviluppati mill-istess fornitur
Fir-rigward tar-regoli tal-att dwar l-IA għall-IA industrijali u l-interazzjoni tagħhom mal-leġiżlazzjoni settorjali f'setturi, instab kompromess bejn il-koleġiżlaturi dwar mekkaniżmu li jippermetti li jiġu solvuti sitwazzjonijiet fejn il-liġi settorjali jkollha rekwiżiti simili speċifiċi għall-IA għall-att dwar l-IA, billi tiġi limitata l-applikazzjoni ta' dan tal-aħħar f'dawk il-każijiet speċifiċi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.
Intelliġenza artifiċjaliIntelliġenza artifiċjali
-
13 ta' Marzu Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni biex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward il-proposta biex jiġu ssimplifikati ċerti regoli rigward l-intelliġenza artifiċjali (IA).
Il-proposta, li hija parti mill-proposta leġiżlattiv Omnibus VII, taġġusta l-iskeda ta' żmien biex jiġu applikati r-regoli għal sistemi tal-IA b'riskju għoli u tintroduċi emendi mmirati għall-att dwar l-IA li:
- jestendu ċerti eżenzjonijiet regolatorji mogħtija lill-SMEs għall-kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja
- inaqqsu r-rekwiżiti f'għadd limitat ħafna ta' każijiet
- jestendu l-possibbiltà li tiġi pproċessata data personali sensittiva għad-detezzjoni u l-mitigazzjoni tal-preġudizzji
- isaħħu s-setgħat tal-uffiċċju tal-IA
- inaqqsu l-frammentazzjoni tal-governanza
L-istati membri żammew id-direzzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda wkoll:
- żiedu dispożizzjoni ġdida mal-att dwar l-IA li tipprojbixxi prattiki tal-IA li jiġġeneraw kontenut sesswali u intimu mhux kunsenswali jew materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal
- introduċew skeda ta' żmien fissa għall-applikazzjoni tard ta' regoli ta' riskju għoli: id-dati l-ġodda tal-applikazzjoni jkunu t-2 ta' Diċembru 2027 għas-sistemi awtonomi tal-IA b'riskju għoli u t-2 ta' Awwissu 2028 għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli inkorporati fil-prodotti
- reġgħu daħħlu l-obbligu għall-fornituri li jirreġistraw is-sistemi tal-IA fil-bażi tad-data tal-UE għal sistemi b'riskju għoli
- ipposponew l-iskadenza għall-istabbiliment ta' kaxxi regolatorji tal-IA mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sat-2 ta' Diċembru 2027
- iċċaraw il-kompetenzi tal-uffiċċju tal-IA
Att dwar l-Intelliġenza ArtifiċjaliAtt dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
-
4 ta' Marzu Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni biex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar il-bijoċidi
Il-Kunsill qabel dwar mandat ta' negozjar dwar proposta, parti mill-pakkett leġiżlattiv "Omnibus X", li għandu l-għan li jissimplifika ċerti dispożizzjonijiet rigward il-bijoċidi, b'mod partikolari l-estensjoni ta' ċerti perjodi ta' protezzjoni tad-data.
Il-prodotti bijoċidali jintużaw biex jipproteġu lill-bnedmin, lill-annimali, lill-materjali jew lill-oġġetti kontra organiżmi li jagħmlu ħsara bħall-pesti jew il-batterji, bl-azzjoni tas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodott bijoċidali.
-
24 ta' Frar Il-Kunsill japprova ftehim biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta' rappurtar dwar is-sostenibbiltà u ta' diliġenza dovuta
Il-Kunsill ta l-approvazzjoni tiegħu għar-rekwiżiti ta' simplifikazzjoni tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u ta' diliġenza dovuta għall-kumpaniji.
Il-leġiżlazzjoni hija parti mill-pakkett Omnibus I li għandu l-għan li jissimplifika d-direttivi dwar ir-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (CSRD) u d-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva (CS3D).
Ir-regoli aġġornati ser inaqqsu l-piż tar-rapportar u jillimitaw il-firxa tal-effett tal-obbligi fuq kumpaniji iżgħar.
Skont ir-regoli aġġornati, huma biss il-kumpaniji b'aktar minn 1 000 impjegat u b'fatturat annwali nett ta' aktar minn €450 miljun li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-CSRD. Bl-istess mod, huma biss il-kumpaniji b'aktar minn 5 000 impjegat u b'fatturat nett ta' aktar minn €1.5 biljun li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-CS3D.
Il-leġiżlazzjoni ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni. L-Istati membri mbagħad ser ikollhom sena biex jittrasponu d-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali, ħlief għall-artikolu 4 dwar il-livell ta' armonizzazzjoni, li miegħu ser ikollhom jikkonformaw sa mhux aktar tard mis-26 ta' Lulju 2028.
Sostenibbiltà korporattivaSostenibbiltà korporattiva
-
2025
-
18 ta' Diċembru Council signs off simplification of common agricultural policy
The Council gave its final green light to the simplification of the common agricultural policy (CAP). The aim is to boost the competitiveness of EU agriculture by cutting red tape, supporting farmers, including small-scale farmers and business start-ups, encouraging innovation and increasing productivity.
The simplification measures aim to:
- ease the administrative burden for farmers and administrations
- increase payments to small-scale farmers and simplify the rules on conditionality, in particular for organic farms
- reduce on-the-spot checks
These measures could lead to annual savings of up to €1.6 billion for farmers and more than €200 million for member states’ administrations.
Spjegazzjoni tal-politika agrikola komuniSpjegazzjoni tal-politika agrikola komuni
-
11 ta' Diċembru Il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali għas-simplifikazzjoni tal-programm InvestEU
Il-Kunsill ta l-approvazzjoni finali għal regolament rivedut li jissimplifika l-programm InvestEU, bħala parti mill-pakkett "Omnibus II".
Ir-regoli l-ġodda ser isaħħu l-kompetittività tal-UE billi jagħmluha aktar faċli li jiġi mmobilizzat investiment pubbliku u privat addizzjonali u billi jissimplifikaw ir-rekwiżiti amministrattivi.
Dan imbagħad ser jappoġġa ċerti politiki tal-UE, bħal:
- il-boxxla għall-kompetittività
- il-patt għal industrija nadifa
- il-politika industrijali tad-difiża u l-mobbiltà militari
Ir-regoli l-ġodda ser itejbu u jsaħħu wkoll il-programm InvestEU eżistenti billi jżidu d-daqs tal-garanziji tal-UE għal €29.1 biljun u billi jagħmluha aktar faċli li tintuża l-garanzija InvestEU flimkien mal-kapaċità eżistenti disponibbli fi tliet programmi ta' legat ‑ il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, l-istrument ta' dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-faċilità ta' dejn InnovFin.
-
9 ta' Diċembru Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu qbil biex jissimplifikaw ir-rekwiżiti tar-rappurtar u d-diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà
Il-qbil milħuq mill-presidenza tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew jissimplifika d-direttivi dwar ir-rappurtar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (CSRD) u d-diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà (CS3D) billi:
- inaqqas il-piż amministrattiv
- jillimita l-effett ta' infiltrazzjoni tal-obbligi fuq kumpaniji iżgħar
Sostenibbiltà korporattivaSostenibbiltà korporattiva
-
26 ta' Novembru Il-Kunsill jilħaq qbil rigward pożizzjoni dwar l-industrija tad-difiża
L-ambaxxaturi għall-UE approvaw il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar sett ta' proposti li għandhom l-għan li jissimplifikaw ir-regoli dwar id-difiża relatati ma':
- l-akkwist
- l-investiment
- il-kundizzjonijiet tas-suq
Dawn il-proposti huma parti mill-hekk imsejjaħ pakkett leġiżlattiv 'Omnibus V' u ser jgħinu kemm lill-istati membri tal-UE kif ukoll lill-industriji tagħhom fit-tisħiħ tal-kapaċità tad-difiża tal-Ewropa.
Fil-pass li jmiss, il-Kunsill ser jibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew.
Prontezza tad-difiża EwropeaProntezza tad-difiża Ewropea
-
17 ta' Novembru Il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu għall-posponiment tar-regoli dwar is-sustanzi kimiċi
Fis-17 ta' Novembru 2025, il-Kunsill ta l-approvazzjoni finali tiegħu għall-posponiment tar-regoli dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi kimiċi u għall-għoti ta' aktar żmien u ċertezza legali lin-negozji.
Dan il-mekkaniżmu ta' posponiment jagħmel parti mill-pakkett Omnibus VI, u jipposponi, sal-1 ta' Jannar 2028, id-dati kollha tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għat-tikkettar mill-ġdid, ir-rekwiżiti obbligatorji tal-ifformattjar, ir-reklami, il-bejgħ online u mill-bogħod, u t-tikkettar tal-pompi tal-fjuwil.
-
10 ta' Novembru Ftehim biex tiġi ssimplifikata l-politika agrikola komuni
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju biex jissimplifikaw il-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE.
Dan il-ftehim ser jgħin biex tingħata spinta lill-kompetittività tas-settur tal-biedja tal-UE billi jaqta' l-burokrazija u jappoġġa lill-bdiewa. Dawn il-miżuri huma parti mill-pakkett Omnibus III u jistgħu jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż amministrattivi kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni juru li l-bdiewa jistgħu jiffrankaw sa €1.6 biljun fis-sena u li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jistgħu jiffrankaw aktar minn €200 miljun fis-sena.
L-elementi ewlenin tal-ftehim jinkludu:
- tnaqqis tal-piż amministrattiv
- żieda fil-pagamenti lill-bdiewa żgħar u simplifikazzjoni tar-regoli dwar il-kundizzjonalità
- tnaqqis fil-verifiki fuq il-post u t-tneħħija tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni li ssir kull sena
Fil-pass li jmiss, il-ftehim għandu jiġi kkonfermat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew qabel ma jiġi adottat formalment mit-tnejn li huma.
Spjegazzjoni tal-politika agrikola komuniSpjegazzjoni tal-politika agrikola komuni
-
5 ta' Novembru Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni għas-simplifikazzjoni tar-regoli għas-sustanzi kimiċi
Il-Kunsill stabbilixxa l-pożizzjoni tiegħu dwar il-partijiet li fadal tas-sitt pakkett omnibus, proposta biex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar il-prodotti kimiċi.
Wara qbil minn qabel mal-Parlament Ewropew dwar il-mekkaniżmu ta' posponiment għar-regolament dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi kimiċi, il-pożizzjoni tal-Kunsill tiffoka fuq:
- iż-żamma tal-approċċ diġitali b'mod awtomatiku
- it-tneħħija tad-duplikazzjoni tar-rekwiżiti
Il-Kunsill introduċa wkoll salvagwardji aktar b'saħħithom għall-konsumaturi rigward l-użu ta' nanomaterjali u sustanzi perikolużi potenzjali fil-prodotti kożmetiċi.
Imbagħad, il-Kunsill ser jibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew biex jintlaħaq qbil finali.
Sustanzi kimiċiSustanzi kimiċi
-
29 ta' Settembru CBAM: il-Kunsill japprova s-simplifikazzjoni tal-istrument tal-UE għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju
Il-Kunsill adotta regolament li jissimplifika u jsaħħaħ il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera (CBAM) tal-UE, bħala parti mill-hekk imsejjaħ pakkett leġiżlattiv "Omnibus I".
Waqt li jissostitwixxu s-soll attwali li jeżenta mis-CBAM oġġetti ta' valur negliġibbli, l-emendi jistabbilixxu soll de minimis ġdid ibbażat fuq il-massa fejn l-importazzjoni sa 50 tunnellata fis-sena għal kull importatur mhux ser tkun soġġetta għar-regoli tas-CBAM. Il-miżura mistennija teżenta mis-CBAM primarjament lill-SMEs u lill-individwi, li jimportaw kwantitajiet żgħar jew negliġibbli tal-oġġetti koperti mir-regolament CBAM.
Ir-regolament emendat ser jippermetti wkoll li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-importaturi fil-bidu tal-2026, waqt li jkunu qed jistennew ir-reġistrazzjoni tas-CBAM, u fih diversi miżuri ta' simplifikazzjoni oħra għall-importaturi kollha tal-oġġetti tas-CBAM rigward, pereżempju:
- il-proċedura tal-awtorizzazzjoni
- il-proċessi tal-ġbir ta' data
- il-kalkolu tal-emissjonijiet, ir-regoli ta' verifika
- il-kalkolu tal-obbligazzjoni finanzjarja tad-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM
Fl-aħħar nett, ir-regolament emendat fih aġġustamenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-penali u dwar ir-regoli rigward ir-rappreżentanti doganali indiretti.
"Lesti għall-mira ta' 55%": l-UE kif biħsiebha tindirizza l-emissjonijiet barra mill-UE? (Infografika)"Lesti għall-mira ta' 55%": l-UE kif biħsiebha tindirizza l-emissjonijiet barra mill-UE? (Infografika)
-
24 ta' Settembru Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjonijiet rigward kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja u d-diġitalizzazzjoni
L-ambaxxaturi għall-UE approvaw il-pożizzjonijiet tal-Kunsill li huma parti mir-raba' pakkett omnibus, jiġifieri:
- id-diġitalizzazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet komuni
- intrapriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja
Ir-reviżjonijiet proposti ser jgħinu biex jipprijoritizzaw il-formati diġitali fl-UE kollha, inkluż għad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, u jappoġġaw aħjar lill-kumpaniji li qabżu l-limiti tad-definizzjoni ta' SME.
Imbagħad, il-Kunsill u l-Parlament ser jibdew negozjati biex jintlaħaq ftehim.
-
24 ta' Settembru Il-Kunsill japprova l-mekkaniżmu ta' posponiment dwar is-sustanzi kimiċi
L-ambaxxaturi għall-UE approvaw il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-prodotti kimiċi. Il-proposta tipposponi d-data ta' dħul tar-regoli relatati mal-klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ tas-sustanzi kimiċi għall-1 ta' Jannar 2028. L-iskedi ta' żmien riveduti proposti ser jagħtu lill-kumpaniji tal-UE aktar ċertezza legali fir-rigward tal-obbligi tagħhom.
Imbagħad, il-Kunsill u l-Parlament ser jibdew negozjati bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim.
-
23 ta' Settembru Ftehim dwar programm ta' investiment tal-UE
Il-Kunsill u l-Parlament laħqu ftehim proviżorju biex jissimplifikaw il-programm InvestEU. Dan ser jgħin biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE u jiġi mobilizzat finanzjament addizzjonali.
Il-ftehim isaħħaħ il-programm ta' investiment b'€2.9 biljun addizzjonali, b'total li jammonta għal €29.1 biljun. Dan il-finanzjament addizzjonali ser jgħin biex jappoġġa l-politiki tal-UE marbuta mal-Boxxla għall-Kompetittività, l-industrija nadifa, id-difiża u l-mobbiltà militari.
-
3 ta' Settembru Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni rigward is-simplifikazzjoni tal-politika agrikola komuni
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-politika agrikola komuni. L-għan huwa li tingħata spinta lill-kompetittività tal-agrikoltura tal-Ewropa billi titnaqqas il-burokrazija, jiġu appoġġati l-bdiewa u titħeġġeġ l-innovazzjoni u l-produttività.
Il-proposta tifforma parti mit-tielet pakkett omnibus adottat mill-Kummissjoni fl-14 ta' Mejju 2025. Imbagħad, il-Kunsill ser jinnegozja mal-Parlament Ewropew biex jintlaħaq qbil finali.
-
18 ta' Lulju Il-Kunsill jadotta liġi ġdida li "twaqqaf l-arloġġ" fir-rigward tar-regoli tad-diliġenza dovuta għall-batteriji
Il-Kunsill adotta liġi ġdida li tapprova l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu ssimplifikati r-regoli tal-UE fil-qasam tal-batteriji.
L-għan ewlieni huwa li d-data tal-applikazzjoni tal-obbligi rilevanti tad-diliġenza dovuta, kif stabbiliti fir-regolament tal-UE dwar il-batteriji adottat fl-2023, tiġi posposta b'sentejn, biex l-operaturi ekonomiċi li jintroduċu batteriji fis-suq tal-UE jingħataw aktar żmien biex iħejju ruħhom.
L-iskadenza ser tiġi estiża mit-18 ta' Awwissu 2025 sat-18 ta' Awwissu 2027.
Lejn katina ta' provvista sostenibbli, ċirkolari u Ewropea għall-batteriji (Infografika)Lejn katina ta' provvista sostenibbli, ċirkolari u Ewropea għall-batteriji (Infografika)
-
26 ta' Ġunju Il-mexxejja tal-UE jappellaw għal progress fil-proposti omnibus dwar il-prontezza tad-difiża
Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju, il-mexxejja tal-UE appellaw għall-aċċellerazzjoni tal-aspetti kollha tal-ħidma biex tiżdied il-prontezza tad-difiża tal-Ewropa sal-2030.
F'dan il-kuntest, huma ħeġġew lill-Kunsill u lill-Parlament biex javvanzaw malajr fil-proposti omnibus dwar il-prontezza tad-difiża, parti mill-ħames pakkett omnibus ippreżentat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2025.
-
23 ta' Ġunju Il-Kunsill jaqbel fuq pożizzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' rappurtar u diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwaris-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar u diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE.
Il-proposta tal-Kummissjoni, parti mill-ewwel pakkett omnibus ippreżentat fis-26 ta' Frar 2025, għandha l-għan li tissimplifika d-direttivi dwar ir-rappurtar u d-diliġenza dovuta korporattivi fir-rigward tas-sostenibbiltà billitnaqqas il-piż tar-rappurtar u tillimita effetti sekondarji tal-obbligi fuq kumpaniji iżgħar.
-
18 ta' Ġunju Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu qbil dwar is-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri
Il-Kunsill u l-Parlament laħqu qbil proviżorju dwar regolament li jissimplifika u jsaħħaħ il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) tal-UE.
L-elementi ewlenin huma:
- eżenzjoni mill-obbligi tas-CBAM għall-importaturi, l-aktar l-SMEs u l-individwi, li ma jaqbżux limitu wieħed ibbażat fuq il-massa stabbilit f’livell ta’ 50 tunnellata ta’ merkanzija impurtata għal kull impurtatur fis-sena
- miżuri ta’ simplifikazzjoni għall-impurtaturi kollha tal-merkanzija tas-CBAM ogħla mil-limitu rigward pereżempju l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, il-proċessi tal-ġbir tad-data, il-kalkolu tal-emissjonijiet integrati u r-regoli dwar il-verifika tal-emissjonijiet
- aktar speċifikazzjonijiet rigward l-arranġament dwar il-finanzjament tal-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-ħolqien, it-tġaddim u l-ġestjoni tal-pjattaforma ċentrali komuni tas-CBAM
Din il-proposta, parti mill-ewwel pakkett omnibus ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2025, tipprova tnaqqas il-piż amministrattiv, kif ukoll l-ispejjeż tal-konformità għall-kumpaniji tal-UE, mingħajr ma tikkomprometti l-għanijiet klimatiċi tagħha.
"Lesti għall-mira ta' 55%": l-UE kif biħsiebha tindirizza l-emissjonijiet barra mill-UE? (Infografika)"Lesti għall-mira ta' 55%": l-UE kif biħsiebha tindirizza l-emissjonijiet barra mill-UE? (Infografika)
-
16 ta' Ġunju Il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni dwar ir-regolament "InvestEU"
Ir-rappreżentanti tal-istati membri approvaw il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi emendat ir-regolament “InvestEU” billi:
- jiżdied id-daqs tal-garanzija tal-UE u l-faċilitazzjoni tal-użu kkombinat tal-garanzija “InvestEU” mal-kapaċità eżistenti disponibbli taħt tliet programmi ta’ legat (il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, l-istrument ta’ dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-faċilità ta’ dejn “InnovFin” tal-BEI)
- ssir aktar faċli għall-istati membri biex jikkontribwixxu għall-programm “InvestEU”
- jiġu simplifikati r-rekwiżiti amministrattivi, speċjalment għall-SMEs u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali
Din il-proposta, parti mit-tieni pakkett omnibus ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2025, għandha l-għan li tgħin fil-mobilizzazzjoni ta’ madwar €50 biljun ta’ investimenti biex tappoġġa l-politika tal-UE, partikolarment relatati mal-Kumpass tal-Kompetittività, il-Patt għal Industrija Nadifa, il-politika industrijali tad-difiża u l-mobbiltà militari.
-
27 ta' Mejju Il-ministri jadottaw approċċ ġenerali dwar is-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri tal-UE
Il-ministri adottaw il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill (approċċ ġenerali) dwar is-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM)tal-UE.
Din il-proposta, parti mill-hekk imsejjaħ pakkett ta' simplifikazzjoni “omnibus I” tal-Kummissjoni, tfittex li tipprovdi simplifikazzjoni u titjib kosteffiċjenti fil-konformitàtgħar-regolament CBAM, mingħajr ma tikkomprometti l-għanijiet klimatiċi tiegħu, peress li madwar 99% tal-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata tas-CBAM jibqgħu koperti.
-
14 ta' April Il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali dwar il-mekkaniżmu ta' posponiment
Il-Kunsill ta l-approvazzjoni finali tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni li tipposponi:
- b'sentejn id-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-direttiva dwar ir-rappurtar korporattiv dwar is-sostenibbiltà għall-kumpaniji l-kbar li għadhom ma bdewx jirrappurtaw, kif ukoll għall-SMEs elenkati
- b'sena l-iskadenza għat-traspożizzjoni u l-ewwel fażi tal-applikazzjoni (li tkopri l-akbar kumpaniji) tad-direttiva dwar id-diliġenza dovuta korporattiva dwar is-sostenibbiltà
Il-proposta, parti mill-ewwel pakkett omnibus ippreżentat fis-26 ta' Frar 2025, għandha l-għan li tnaqqas il-kumplessità tar-rekwiżiti tal-UE għan-negozji u tagħti spinta lill-kompetittività, filwaqt li tippreserva l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-UE.
Sostenibbiltà korporattivaSostenibbiltà korporattiva
-
20 ta' Marzu Il-mexxejja tal-UE jaqblu li jagħtu prijorità lis-simplifikazzjoni
Fil-Kunsill Ewropew ta' Marzu, il-mexxejja tal-UE enfasizzaw li l-2025 għandha timmarka bidla gradwali biex tingħata spinta lill-kompetittività, jissaħħaħ is-suq uniku, jiġu promossi impjiegi ta' kwalità u jiġi żgurat is-suċċess tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, f'konformità mal-objettivi klimatiċi maqbula.
F'dan ir-rigward, huma qablu li jagħtu prijorità lis-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji u amministrattivi u appellaw lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament biex:- jaħdmu lejn il-kisba tal-mira li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi b'mill-inqas 25% għan-negozji kollha u 35% għan-negozji żgħar u ta' daqs medju
- javvanzaw il-ħidma fuq il-pakketti ta' simplifikazzjoni ppreżentati fis-26 ta' Frar 2025
- jadottaw il-mekkaniżmu ta' posponiment għar-rappurtar u d-diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà sa Ġunju 2025
- jaderixxu mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar matul il-proċess leġiżlattiv kollu
Huma stiednu wkoll lill-Kummissjoni tippreżenta aktar pakketti ta' simplifikazzjoni, inkluż dwar id-dekarbonizzazzjoni industrijali u dwar is-sigurtà u d-difiża, u tkompli tirrieżamina l-korp tad-dritt tal-UE biex tidentifika modi sabiex tissimplifika u tikkonsolida l-liġijiet eżistenti.
-
12 ta' Marzu Il-ministri jiddiskutu l-ewwel pakketti ta' simplifikazzjoni omnibus
Il-ministri għall-kompetittività ddiskutew il-miżuri ta' simplifikazzjoni proposti mill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar (l-hekk imsejħa "pakketti omnibus"), jekk il-“metodu omnibus” jistax iwassal għal simplifikazzjoni rapida fil-prattika u kif jiġi żgurat li l-miżuri ta' simplifikazzjoni jingħataw prijorità wkoll fil-livell Ewropew u dak nazzjonali.
-
11 ta' Marzu Skambju ta’ fehmiet dwar il-kompetittività u s-simplifikazzjoni
Il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji kompla bl-iskambju ta' fehmiet dwar il-kompetittività, is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent tan-negozju fl-Ewropa.
Il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel żewġ "pakketti omnibus", adottati fis-26 ta' Frar 2025, dwar is-simplifikazzjoni tas-sostenibbiltà u tal-investiment.
-
6 ta' Marzu Il-mexxejja tal-UE jappellaw għal omnibus ta' simplifikazzjoni għad-difiża
Fil-Kunsill Ewropew Straordinarju dwar l-Ukrajna u d-difiża Ewropea, il-mexxejja tal-UE appellaw lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex javvanzaw il-ħidma fuqis-simplifikazzjonital-qafas legali u amministrattiv għall-prontezza tad-difiża ulill-Kummissjoni biex tipprijoritizza omnibus ta' simplifikazzjoni speċifika għad-difiża.
-
2024
-
8 ta' Novembru Il-mexxejja tal-UE jappellaw għal patt ġdid dwar il-kompetittività
Fid-dikjarazzjoni tagħhom ta' Budapest, il-mexxejja tal-UE enfasizzaw l-urġenza li jiġi implimentatpatt ġdid dwar il-kompetittività Ewropea biex l-UE tkompli ssir aktar sovrana, produttiva, kompetittiva u sostenibbli.
Huma ssottolinjaw li r-regolamenti tal-UE jridu jkunu aktar ċari, aktar sempliċi u aktar intelliġenti sabiex jaqdu aħjar lin-negozji, b'mod partikolari l-SMEs.
F'dan il-kuntest, il-mexxejja appellaw lill-Kummissjoni biex:
- tippreżenta proposti konkreti dwar kif ir-rekwiżiti ta' rapportar jitnaqqsu b'mill-inqas 25% fl-ewwel nofs tal-2025
- tinkludi l-"burokrazija żejda u valutazzjonijiet tal-impatt tal-kompetittività" fil-proposti
L-aħħar reviżjoni: 29 ta' Ġunju 2026