"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 18 ta' Ġunju 2024

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu (approċċ ġenerali) dwar regolament ġdid dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), direttiva riveduta dwar is-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar (RIS) armonizzati f'passaġġi fuq l-ilma interni u regolament ġdid dwar l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, bl-aħħar waħda tkun parti mill-pakkett leġiżlattiv dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija.

Il-ministri approvaw ukoll konklużjonijiet dwar ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-isforzi tal-UE għall-ilħuq tal-objettivi tas-sikurezza fit-toroq tal-UE u kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni informali dwar il-prijoritajiet strateġiċi fis-settur tat-trasport għall-mandat leġiżlattiv li jmiss.

Barra minn hekk, il-Kunsill ħa nota tar-rapporti ta' progress dwar il-proposti tal-Kummissjoni biex tiġi emendata d-direttiva dwar it-trasport ikkombinat u d-direttiva dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet għal ċerti vetturi tat-triq, it-tnejn li huma parti mill-pakkett dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija, kif ukoll dwar ir-regolament propost dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali u l-abbozz ta' direttiva dwar l-effett fl-UE kollha ta' ċerti skwalifiki tas-sewqan.

Georges Gilkinet, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Mobbiltà tal-Belġju

Din kienet laqgħa produttiva: qbilna dwar il-pożizzjoni tagħna dwar dossiers leġiżlattivi ewlenin għas-setturi tat-trasport marittimu, tal-passaġġi fuq l-ilma interni, u tal-ferroviji, approvajna sett ta' konklużjonijiet dwar is-sikurezza fit-toroq u pprovdejna gwida politika dwar prijoritajiet strateġiċi fil-qasam tat-trasport għaċ-ċiklu leġiżlattiv li jmiss. Ninsabu kuntenti li ngħaddu r-responsabbiltà lill-presidenza Ungeriża biex tagħmel aktar progress fuq il-fajls pendenti kollha kemm fil-Kunsill kif ukoll f'taħditiet futuri mal-Parlament il-ġdid.

Georges Gilkinet, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Mobbiltà tal-Belġju

Georges Gilkinet, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Mobbiltà tal-Belġju

Sikurezza marittima

Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar ir-regolament il-ġdid tal-EMSA, li huwa l-uniku fajl pendenti tal-pakkett leġiżlattiv kollu li għandu l-għan li jimmodernizza r-regoli Ewropej dwar is-sikurezza marittima u jnaqqas it-tniġġis tal-baħar mill-vapuri, filwaqt li jgħammar lill-UE b'għodod ġodda biex tappoġġa tbaħħir nadif u modern. Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprovdi qafas solidu u validu għall-futur għall-assistenza tal-Aġenzija lill-istati membri u lill-Kummissjoni b'enfasi fuq il-kompiti ewlenin tal-EMSA, l-implikazzjonijiet baġitarji ta' kompiti ġodda u l-governanza tal-Aġenzija.

Passaġġi fuq l-ilma interni

Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar proposta biex tiġi riveduta d-direttiva tal-2005 dwar sistemi ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) armonizzati bl-għan li jiżdiedu s-sikurezza, l-effiċjenza u l-ħarsien tal-ambjent tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni (IWT). Peress li l-użu tal-RIS kien bil-mod u frammentat, id-direttiva riveduta għandha l-għan li tindirizza l-problemi identifikati billi tiżgura d-disponibbiltà tad-data tal-RIS u l-istandards armonizzati, tiffaċilita l-integrazzjoni tal-IWT fil-katina multimodali, tiżgura użu u interoperabbiltà akbar ta' soluzzjonijiet diġitali, u tindirizza t-tħassib dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-pakkett dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija

Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar ir-regolament rigward l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, bħala parti mill-pakkett tal-Kummissjoni dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija. Il-proposta għandha l-għan li żżid id-disponibbiltà tal-infrastruttura ferrovjarja permezz ta' proċess aħjar ta' ppjanar u allokazzjoni, kif ukoll koordinazzjoni transfruntiera mtejba. Il-pożizzjoni tal-Kunsill tissimplifika fejn possibbli l-proċess ta' ppjanar u allokazzjoni u, konsegwentement, tnaqqas l-ammont ta' xogħol amministrattiv tal-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali involuti. Tqis ukoll l-aspetti tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali. Din tagħti biżżejjed flessibbiltà lill-istati membri biex jiddefinixxu l-objettivi ġenerali u l-orjentazzjonijiet ta' politika għall-ġestjoni tal-kapaċità ferrovjarja, filwaqt li tinkludi biżżejjed salvagwardji biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni meħtieġa fil-livell tal-UE.

Il-Kunsill ħa nota wkoll tal-progress miksub s'issa fir-reviżjoni tad-direttiva dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi għall-vetturi heavy-duty u d-direttiva dwar it-trasport ikkombinat, li t-tnejn jiffurmaw parti mill-istess pakkett leġiżlattiv.

Is-sikurezza fit-toroq

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-progress fil-koordinazzjoni tal-politiki dwar is-sikurezza fit-toroq madwar l-Ewropa u fil-kisba tal-objettivi ġenerali tas-sikurezza fit-toroq. Il-ministri ħadu nota wkoll ta' rapport ta' progress dwar l-abbozz ta' direttiva dwar l-effett fl-UE kollha ta' ċerti skwalifiki tas-sewqan, bħala punt mingħajr diskussjoni.

Drittijiet tal-passiġġieri

Il-Kunsill ħa nota ta' rapport ta' progress dwar l-abbozz ta' regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali, bħala punt mingħajr diskussjoni.

Affarijiet oħra

Proposti leġiżlattivi attwali

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-fajls leġiżlattivi li ġejjin l kienu ġew maqbula b'mod proviżorju mal-Parlament Ewropew fix-xhur preċedenti:

  • il-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew 2+ (SES2+)
  • id-direttivi riveduti dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi, it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri, il-kontroll mill-Istat tal-port u l-konformità mar-rekwiżiti tal-istat tal-bandiera (pakkett dwar is-sikurezza marittima)
  • id-direttiva riveduta dwar il-perjodi ta' mistrieħ u l-pawżi fis-settur tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri
  • id-direttiva li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

Suġġetti oħra

  • Tbaħħir

Id-delegazzjoni Spanjola infurmat lill-Kunsill dwar il-ħtieġa għal azzjoni biex tiġi mmonitorjata b'mod adegwat l-estensjoni tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) għat-trasport marittimu.

  • Ferroviji

Id-delegazzjoni Netherlandiża u dik Awstrijaka ppreżentaw ir-raba' rapport ta' progress tal-pjattaforma dwar it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija (IRP).

  • Programm ta' ħidma tal-presidenza

Id-delegazzjoni Ungeriża ppreżentat il-prijoritajiet u l-programm ta' ħidma tagħha għat-tieni nofs tal-2024.

Ikla informali

Waqt ikla informali, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet strateġiċi fis-settur tat-trasport għall-mandat leġiżlattiv li jmiss. Is-settur qed jiffaċċa diversi sfidi, bħall-kontribut għall-miri klimatiċi ambizzjużi tal-UE u l-appoġġ għal bidla modali lejn l-aktar modi ta' trasport sostenibbli. Minbarra li jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu ta' gassijiet serra, is-settur tat-trasport jeħtieġ ukoll li jsir aktar sikur, aktar ġust u aktar effiċjenti. Minn perspettiva infrastrutturali, il-kisba tan-networks ewlenin u komprensivi tan-network Trans-Ewropew (TEN-T) sal-2030 u l-2050 ser teħtieġ investimenti sinifikanti u, filwaqt li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għandha rekord ippruvat,l-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-kisba ta' network verament integrat u reżiljenti, ma jistgħux jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE waħdu.

F'dan il-kuntest, il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar il-prijoritajiet potenzjali tal-politika tat-trasport tal-UE taħt il-mandat tal-Kummissjoni li jmiss (2024-2029) b'enfasi fuq azzjonijiet fil-livell tal-UE li għandhom jingħataw prijorità għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-promozzjoni ta' bidla modali. Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-investimenti massivi meħtieġa fil-livell Ewropew, il-ministri esploraw opportunitajiet biex jiżdiedu l-fondi u l-finanzjament disponibbli għall-implimentazzjoni ta' infrastrutturi tat-trasport sostenibbli u reżiljenti.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025