Lesti għall-mira ta' 55%: riforma tas-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet
Is-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) hija l-għodda ewlenija tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Ir-riforma tas-sistema hija parti mill-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%" – sett ta' proposti biex tiġi riveduta u aġġornata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima, l-enerġija u t-trasport, li ser jikkontribwixxi għall-għanijiet klimatiċi tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b'mill-inqas 55% sal-2030 u li tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050.
F'Diċembru 2022, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim politiku proviżorju dwar ir-riforma tal-ETS. F'April 2023, il-Kunsill adotta formalment il-leġiżlazzjoni l-ġdida.
Spjegazzjoni tar-riforma tas-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet
Is-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) hija waħda mill-akbar swieq tal-karbonju fid-dinja u l-għodda ewlenija tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.
- Is-sistema tpoġġi prezz fuq il-karbonju. Kull sena, l-entitajiet koperti mill-ETS iridu jixtru ''kwoti'' li jikkorrispondu għall-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra.
- Kull sena, jiġi stabbilit limitu fuq kemm kwoti jitqiegħdu fis-suq għal dik is-sena; dak il-limitu mbagħad jonqos ma' kull sena li tgħaddi. Dan joħloq inċentivi finanzjarji għall-kumpaniji biex inaqqsu l-emissjonijiet.
- Madankollu, ċerti setturi li huma esposti għar-''rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju'' jieħdu kwoti bla ħlas biex jappoġġaw il-kompetittività tagħhom.
L-EU ETS kif tikkontribwixxi għall-għan tan-newtralità klimatika?
L-EU ETS tkopri madwar 40% tal-emissjonijiet totali tal-UE u diġà wriet li hija l-għodda ewlenija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
Mill-2005 (meta ġiet introdotta), l-emissjonijiet tal-UE tnaqqsu b'41% fis-setturi koperti.
Ir-riforma ser tirriżulta f'aktar tnaqqis tal-emissjonijiet, filwaqt li tressaq l-UE aktar qrib tan-newtralità klimatika.
Liema setturi huma koperti attwalment?
L-EU ETS tkopri madwar 10 000 kumpanija
- produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana
- setturi industrijali intensivi fl-enerġija (eż raffineriji taż-żejt, industrija tal-azzar, siment, produzzjoni tal-ħġieġ u tal-karti)
- avjazzjoni kummerċjali (titjiriet fiż-Żona Ekonomika Ewropea)
X'ser jinbidel mar-riforma?
-
għanijiet ta' tnaqqis tal-emissjonijiet aktar ambizzjużi
- tnaqqis ġdid ta' 62%
-
tnaqqis aktar rapidu tal-limitu massimu, inqas kwoti fis-suq:
- tnaqqis ta' 117-il miljun kwota fuq sentejn
- tnaqqis ta' 4.3% fis-sena (2024-2027) u 4.4% (2028-2030) minflok it-2.2% attwali
-
setturi ġodda koperti mill-ETS:
- estensjoni għat-trasport marittimu (introdotta gradwalment bejn l-2024 u l-2026)
- ETS separata ġdida għall-bini, trasport bit-triq u fjuwils għal setturi addizzjonali
- eliminazzjoni gradwali tal-kwoti bla ħlas għal ċerti setturi (b'mod parallel mal-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri – sistema ta' pprezzar tal-karbonju applikabbli għal prodotti intensivi fl-enerġija li jkunu ġew impurtati fl-UE sabiex jevitaw ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju)
-
aktar finanzjament għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi koperti mill-ETS
- fond għall-modernizzazzjoni
- fond għall-innovazzjoni
-
Sa €65 biljun biex jiġi indirizzat l-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju tal-ETS proposta għall-bini u t-trasport bit-triq u fjuwils għal setturi addizzjonali
- parti mid-dħul mill-kwoti għall-bini, it-trasport bit-triq u l-fjuwils għal setturi addizzjonali ser tikkontribwixxi għall-fond soċjali għall-klima (fejn jitħarsu l-persuni u l-kumpaniji l-aktar vulnerabbli mill-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju ta' din is-sistema ETS il-ġdida)
- "Lesti għall-mira ta' 55%": Il-Kunsill jadotta biċċiet ewlenin ta' leġiżlazzjoni li jilħqu l-miri klimatiċi għall-2030 (stqarrija għall-istampa, 25 ta' April 2023)
- "Lesti għall-mira ta' 55%": Il-Kunsill jadotta deċiżjoni dwar ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (stqarrija għall-istampa, 28 ta’ Marzu 2023)
- "Lesti għall-mira ta' 55%": il-Kunsill u l-Parlament laħqu qbil proviżorju dwar is-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u l-Fond Soċjali għall-Klima (18 ta' Diċembru 2022)
- Pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%": il-Kunsill jilħaq approċċi ġenerali relatati mat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-impatti soċjali tagħhom (stqarrija għall-istampa, 29 ta' Ġunju 2022)
- Lesti għall-mira ta' 55% (informazzjoni ġenerali)
- Patt Ekoloġiku Ewropew (informazzjoni ġenerali)
L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Jannar 2025