- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 08-09/10/2015, 8 u 9 ta' Ottubru 2015
Riżultati ewlenin
Migrazzjoni
Il-Kunsill iddiskuta l-ġestjoni futura tal-fruntieri esterni tal-UE, bħal pereżempju r-responsabbiltà kollettiva tal-istati membri u l-Frontex li qiegħda tiżviluppa, l-użu ta' teknoloġiji moderni u l-kwistjoni ta' kif jittejjeb l-użu tal-mekkaniżmu eżistenti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fil-verifika tal-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen. Id-diskussjoni pprovdiet kontribut għat-tħejjijiet tal-Kunsill Ewropew li jmiss.
Maġġoranza kbira ħafna ta' stati membri kienu favur it-tisħiħ tar-responsabbiltà kollettiva għall-kontrolli tal-fruntieri esterni u enfasizzaw il-ħtieġa għal tisħiħ fis-sehem u l-kapaċità tal-Frontex.
Il-ministri ddiskutew ukoll il-futur tal-politika ta' ritorn u adottaw sett ta' konklużjonijiet.
Il-Presidenza tqis li d-dibattitu tal-lum ser jgħin fit-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew tal-ġimgħa d-dieħla. Il-futur ta' Schengen jiddependi mill-kontroll kredibbli u effikaċi tal-fruntieri esterni tal-UE. Din hija prijorità partikolarment importanti fi ħdan l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni kollha kemm hi Jean Asselborn, Ministru għall-immigrazzjoni u l-asil tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill
Il-Kunsill ingħata aġġornament fuq l-aħħar żviluppi dwar ir-rilokazzjoni ta' 160 000 persuna li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, wara d-deċiżjonijiet adottati fl-14 u t-22 ta' Settembru. Il-ministri laqgħu b'sodisfazzjon l-ewwel rilokazzjonijiet, li diġà ser jibdew fid-9 ta' Ottubru 2015.
Il-Kunsill iddiskuta wkoll modi kif titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-ksenofobija fil-kriżi tal-migrazzjoni. Il-miżuri diskussi jinkludu użu aħjar tal-għodod tal-Eurojust mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-istati membri, kooperazzjoni aħjar mal-awtoritajiet ġudizzjarji ta' pajjiżi terzi, kooperazzjoni mal-fornituri tal-internet għal azzjoni kontra diskors ta' mibegħda fuq l-internet u ħarsien aħjar tad-drittijiet tat-tfal.
B'reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni l-Kunsill approva wkoll €576.3 miljun f'impenji u €71.3 miljun f'pagamenti bħala għajnuna finanzjarja addizzjonali mill-baġit tal-UE tal-2015. B'dan iseħħu l-impenji meħuda mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta' Settembru 2015.
Ġlieda kontra t-terroriżmu
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-miżuri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar.
Il-ministri ġew aġġornati wkoll dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu wara l-istqarrija tal-mexxejja tal-UE fit-12 ta' Frar 2015, u qablu li jimxu 'l quddiem fuq għadd ta' prijoritajiet qabel il-laqgħa li jmiss f'Diċembru.
Il-Presidenza infurmat lill-Kunsill dwar il-progress fil-ħidma fuq direttiva dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja.
"Għaddejjin taħditiet politiċi mal-Parlament Ewropew. Ninsabu fiduċjużi li nsibu qbil politiku qabel l-aħħar tas-sena li ser jippermettielna naslu għal riżultat bilanċjat li joffri protezzjoni addizzjonali reali liċ-ċittadini tagħna u fl-istess ħin iqis b'mod sħiħ kemm il-ħtiġijiet operattivi kif ukoll il-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet fundamentali", Etienne Schneider, Ministru għas-sigurtà interna tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill
Protezzjoni tad-data
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu għan-negozjar dwar l-abbozz ta' direttiva dwar il-protezzjoni tad-data. Dan jippermetti lill-presidenza Lussemburgiża tibda t-taħditiet mal-Parlament Ewropew fuq din il-parti tal-pakkett dwar il-protezzjoni tad-data. Il-parti l-oħra tal-pakkett hija r-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data li t-taħditiet dwaru diġà bdew mal-Parlament. L-abbozz ta' direttiva jistabbilixxi regoli għall-protezzjoni tad-data personali pproċessata għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' reati kriminali jew is-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom.
"Il-ftehim tal-lum huwa pass kruċjali sabiex jintlaħaq qbil ġenerali dwar il-pakkett tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data sal-aħħar tas-sena", Félix Braz, Ministru għall-Ġustizzja tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill.
- Il-protezzjoni tad-data għall-kooperazzjoni bejn il-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali: il-Kunsill lest għal taħditiet mal-PE
- Riforma tal-protezzjoni tad-data
Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kunsill dwar il-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fis-6 ta' Ottubru 2015 iddikjarat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-isfera ta' sikurezza ("safe harbour") kienet invalida.
Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Il-Kunsill qabel proviżorjament dwar ċerti artikoli tal-abbozz ta' regolament li jistabbilixxi l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku Ewropew. Dawn l-artikoli jistabbilixxu regoli li b'mod partikolari jkopru t-tmexxija ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali fil-qrati nazzjonali, u jinkludu d-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u dawk akkużati. L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu l-għan li jgħin fil-ġlieda kontra reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE. Ser tkompli l-ħidma bit-tir li jintlaħaq qbil fil-Kunsill dwar il-partijiet li fadal tar-regolament.
Appoġġ lill-Greċja
Il-Kunsill adotta regolament li ser jgħin lill-Greċja timmassimizza l-użu tal-fondi tal-UE u ttejjeb il-likwidità sabiex tistimula t-tkabbir u toħloq ix-xogħol. L-għan ewlieni tar-regolament hu li jindirizza n-nuqqas ta' fondi pubbliċi disponibbli għall-investiment tant meħtieġ fil-Greċja, u li jiżgura li l-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej ikunu jistgħu jipprovdu benefiċċji konkreti malajr kemm jista' jkun.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Indicative programme, Justice and Home Affairs Council, 8-9 October 2015
- Provisional agenda, Justice and Home Affairs Council, 8-9 October 2015
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 8-9 ta' Ottubru 2015
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 8-9 ta' Ottubru 2015
- Informazzjoni ta' sfond
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
- Protezzjoni tad-data rigward il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali: il-Kunsill lest għal diskussjonijiet mal-PE
- 09/10/2015
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-użu ta' mezzi fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar
- 08/10/2015
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-politika tar-ritorn
- 08/10/2015
- Il-Kunsill japprova aktar flus biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati
- 08/10/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025