Skip to content

Kronoloġija - Il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil

    • 1 ta' Jannar

      Il-kronoloġija li ġejja tagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi ewlenin fil-ħidma tal-Kunsill u l-Kunsill Ewropew sabiex isawru rispons tal-UE għall-pressjonijiet migratorji.

  • 2025

    • 18 ta' Diċembru

      Asylum policy: Council and European Parliament agree on EU list of safe countries of origin

    • 18 ta' Diċembru

      Safe third country: Council and European Parliament agree on new EU law restricting admissibility of asylum claims

    • 8 ta' Diċembru

      Council clinches deal on EU law about returns of illegally staying third-country nationals

    • 8 ta' Diċembru

      Migration and asylum: Member states agree on solidarity pool

    • 8 ta' Diċembru

      Asylum policy: Council pushes ahead with EU laws on safe countries of origin and safe third countries

  • 2024

    • 14 ta' Mejju

      Il-Kunsill jadotta l-patt tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil

      Il-Kunsill adotta sensiela ta' atti leġiżlattivi biex jiġi rriformat il-qafas legali tal-UE dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-ażil.

      Dan jistabbilixxi sett regoli li ser jgħinu:

      • fil-ġestjoni tal-wasliet b'mod ordnat
      • fil-ħolqien ta' proċeduri effiċjenti u uniformi
      • fl-iżgurar tal-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet bejn l-istati membri
    • 24 ta' April

      Migrazzjoni legali: il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-permess uniku ta' xogħol u ta' residenza għal ċittadini mhux tal-UE (stqarrija għall-istampa, 12 ta' April 2024)

      Il-Kunsill jadotta l-permess uniku li għandu l-għan li jistabbilixxi:

      • proċedura ta' applikazzjoni unika għal permess konġunt ta' xogħol u ta' residenza
      • garanzija ta' sett komuni ta' drittijiet għal ċittadini ta' pajjiżi terzi eliġibbli abbażi tat-trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-istat membru li jagħti l-permess uniku
      • ipproċessar aktar mgħaġġel ta' applikazzjoni
      • il-possibbiltà għad-detenturi ta' permess uniku li jibdlu l-impjegatur
      • struzzjonijiet ċari jekk detentur ta' permess uniku jispiċċa bla xogħol
    • 8 ta' Frar

      Ir-riforma tal-ażil u l-migrazzjoni: ir-rappreżentanti tal-istati membri tal-UE japprovaw qbil mal-Parlament Ewropew

      Ir-rappreżentanti tal-istati membri tal-UE (Coreper) approvaw il-qbil proviżorju li ntlaħaq bejn il-presidenza tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew fl-20 ta' Diċembru 2023 dwar ħames liġijiet ewlenin (li jikkostitwixxu l-patt dwar l-ażil u l-migrazzjoni) li ser jirriformaw is-sistema tal-ażil u l-migrazzjoni tal-UE.

      Il-kumitat tar-rappreżentanti permanenti ta wkoll l-approvazzjoni tiegħu għal tliet liġijiet dwar l-ażil u l-migrazzjoni li kien intlaħaq qbil dwarhom bejn il-Kunsill u l-Parlament fl-2022. Dawn it-tliet liġijiet jinkludu:

      • reviżjoni tad-direttiva dwar il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza
      • aġġornament tar-regolament dwar il-kwalifiki
      • regolament li jistabbilixxi qafas tal-UE għar-risistemazzjoni
  • 2023

    • 20 ta' Diċembru

      Il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar riforma tas-sistema tal-ażil u l-migrazzjoni tal-UE

      Il-ħames liġijiet tal-UE li l-Presidenza Spanjola u l-Parlament laħqu qbil dwarhom jittrattaw l-istadji kollha tal-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni, u jvarjaw minn:

      • kontroll ta' migranti irregolari meta jaslu fl-UE
      • teħid ta' data bijometrika
      • proċeduri biex isiru u jiġu ttrattati applikazzjonijiet għall-ażil
      • ir-regoli biex jiġi ddeterminat liema stat membru huwa responsabbli milli jittratta applikazzjoni għall-ażil
      • kooperazzjoni u solidarjetà bejn l-istati membri u kif għandhom jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' kriżi, inkluż każijiet ta' strumentalizzazzjoni tal-migranti
    • 4 ta' Ottubru

      Il-Kunsill jaqbel dwar mandat għal liġi tal-UE li tittratta sitwazzjonijiet ta' kriżi

      Ir-rappreżentanti tal-istati membri tal-UE laħqu qbil dwar il-komponent finali ta' politika Ewropea komuni dwar l-ażil u l-migrazzjoni.

      L-istati membri ssiġillaw il-mandat għal negozjati tagħhom fir-rigward ta' regolament dwar sitwazzjonijiet ta' kriżi, inkluż l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni, u force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil. Din il-pożizzjoni ser tifforma l-bażi tan-negozjati bejn il-presidenza tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

    • 5 ta' Diċembru

      Il-presidenza Spanjola tagħti aġġornament lill-ministri permezz ta' rapport ta' progress fuq il-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil

      Il-presidenza tat lill-ministri rapport ta' progress dwar il-fajls leġiżlattivi kollha tal-patt dwar l-ażil u l-migrazzjoni.

      Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew bħalissa huma involuti fl-hekk imsejħa negozjati tat-trilogu dwar ħames fajls leġiżlattivi. Flimkien ser jirriformaw is-sistema Ewropea komuni tal-ażil u dan ser jirriżulta f'qafas komuni tal-UE li jittratta l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni. Iż-żewġ istituzzjonijiet jixtiequ jtemmu n-negozjati u jadottaw formalment il-proposti leġiżlattivi differenti qabel tmiem dan il-perjodu leġiżlattiv.

      Il-ministri rċevew ukoll tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni. Dan jikkonċerna l-politiki tal-UE biex jiġu ffaċċjati l-isfidi migratorji li l-UE tikkondividi ma' kontinenti u pajjiżi oħra. Il-Kummissjoni tat aġġornament tal-progress li nkiseb fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi sħab.

    • 30 ta' Ġunju

      Konklużjonijiet mill-President tal-Kunsill Ewropew dwar id-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni

      Il-President osserva li l-Kunsill Ewropew jesprimi s-sogħba kbira tiegħu għat-telf terribbli ta' ħajjiet bħala riżultat tat-traġedja reċenti fil-Mediterran.

      Is-sitwazzjoni migratorja fil-fruntieri esterni tal-UE u ġewwa l-UE ġiet eżaminata b'mod komprensiv, u ġiet innotata l-ħidma li saret s'issa fil-qafas ta' rispons Ewropew.

      Il-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni infurmaw lill-Kunsill Ewropew dwar il-progress sostnut fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta' Frar 2023, b'attenzjoni fuq l-aspetti esterni tal-migrazzjoni u l-mekkaniżmi ta' finanzjament tagħhom.

      Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' jeżamina din il-ħidma.

    • 8 ta' Ġunju

      il-Kunsill jilħaq qbil dwar liġijiet ewlenin b'rabta mal-ażil u l-migrazzjoni

      Il-Kunsill laħaq qbil dwar żewġ regolamenti ewlenin dwar l-ażil u l-migrazzjoni:

      Regolament dwar il-proċeduri tal-ażil

      Ir-regolament dwar il-proċeduri tal-ażil (APR) jistabbilixxi proċedura komuni fl-UE kollha li l-istati membri jeħtieġ li jsegwu meta jkun hemm nies li jfittxu protezzjoni internazzjonali.

      Regolament dwar il-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni

      Ladarba jintlaħaq qbil dwaru, ir-regolament dwar il-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni (AMMR) għandu jissostitwixxi r-regolament ta' Dublin attwali. Ir-regolament ta' Dublin jistabbilixxi regoli li jiddeterminaw liema stat membru huwa responsabbli għall-eżami ta' applikazzjoni għall-ażil. L-AMMR ser jissimplifika dawn ir-regoli u jqassar il-limiti ta' żmien.

      Biex tiġi bbilanċjata s-sistema attwali fejn ftit stati membri huma responsabbli għall-maġġoranza l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-ażil, qed jiġi propost mekkaniżmu ġdid ta' solidarjetà li jkun sempliċi, prevedibbli u li jista' jitħaddem. Ir-regoli l-ġodda jgħaqqdu flimkien is-solidarjetà obbligatorja mal-flessibbiltà għall-istati membri fir-rigward tal-għażla tal-kontributi individwali.

    • 8 ta' Ġunju

      Legal migration: Council settles on negotiating position for review of single permit directive

      The Council has agreed its position on an update of an EU law that deals with legal migration to the EU labour market. The updated rules streamline the application procedure and make it more effective.

      Thanks to this international recruitment of talent should get a boost, more rights for third-country workers and their equal treatment compared to EU workers should reduce labour exploitation.

    • 23 ta' Marzu

      Il-Kunsill Ewropew huwa infurmat dwar il-progress fil-kwistjoni tal-migrazzjoni

      Il-presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni infurmaw lill-Kunsill Ewropew dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu ta' Frar dwar il-migrazzjoni.

      Il-mexxejja appellaw għall-implimentazzjoni rapida ta' dawk il-konklużjonijiet u ser jerġgħu jeżaminawha f'Ġunju.

    • 9 ta' Frar

      Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni

      Il-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE tkellmu dwar il-migrazzjoni f'Kunsill Ewropew straordinarju li sar fi Brussell. Huma vvalutaw l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet preċedenti tagħhom dwar approċċ komprensiv għall-migrazzjoni f'konformità mal-prinċipji u l-valuri tal-UE u d-drittijiet fundamentali, b'enfasi fuq:

      • azzjoni esterna akbar
      • ir-ritorn u r-riammissjoni
      • il-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE
      • il-ġlieda kontra l-istrumentalizzazzjoni, it-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti
      • data dwar il-flussi migratorji
      • il-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil
  • 2022

    • 22 ta' Ġunju

      il-Kunsill japprova mandati ta' negozjar dwar ir-regolament Eurodac u r-regolament dwar l-iskrinjar

      Il-Kunsill approva mandati ta' negozjar dwar żewġ atti leġiżlattivi dwar l-ażil u l-migrazzjoni, abbażi tal-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil:

      • ir-regolament Eurodac, maħsub biex jgħin lill-istati membri jimmonitorjaw aħjar il-progress tal-applikanti għall-ażil u tal-persuni f'sitwazzjoni irregolari fl-UE
      • ir-regolament dwar l-iskrinjar, jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri esterni

      Barra minn hekk, 21 stat membru jew stat assoċjat kkonfermaw l-adozzjoni ta' dikjarazzjoni dwar is-solidarjetà, li tipprevedi mekkaniżmu volontarju ta' kontribuzzjonijiet ta' solidarjetà, fil-forma ta' rilokazzjonijiet jew tipi oħra ta' kontribuzzjonijiet, partikolarment dawk finanzjarji

    • 4 ta' April

      €17-il biljun f'fondi tal-UE biex jiġu mgħejuna r-refuġjati mill-Ukrajna

      Il-Kunsill adotta regolament dwar l-Azzjoni ta' Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) li ser jippermetti r-rilaxx u r-riallokazzjoni rapidi tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni. Dan ser jiżgura li l-istati membri li jospitaw refuġjati jkollhom biżżejjed riżorsi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet dejjem jikbru għall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa.

      Barra minn hekk, l-istati membri ser ikunu jistgħu jużaw l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), wieħed mill-akbar programmi ta' investiment pubbliku tal-UE għal wara l-pandemija.

      Il-Kunsill adotta wkoll proposta biex:

      • jiġu liberati sa €420 miljun f'fondi li fadal mill-fond tal-affarijiet interni 2014-2020
      • l-istati membri u donaturi pubbliċi jew privati oħra jitħallew jagħmlu kontribuzzjonijiet addizzjonali taħt il-fond għall-ażil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni 2021-2027

      Dan ser jipprovdi riżorsi addizzjonali għall-akkoljenza ta' persuni li jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna.

    • 4 ta' Marzu

      L-UE tadotta skema ta' protezzjoni temporanja għal persuni li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna

      L-UE ddeċidiet li tintroduċi l-iskema ta' protezzjoni temporanja. L-objettiv huwa li tittaffa l-pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali tal-ażil u li l-persuni spostati jkunu jistgħu jgawdu minn drittijiet armonizzati madwar l-UE. Dawn id-drittijiet jinkludu:

      • residenza
      • aċċess għas-suq tax-xogħol u l-akkomodazzjoni
      • assistenza medika
      • aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal

      Il-protezzjoni temporanja hija mekkaniżmu ta' emerġenza li jista' jiġi applikat f'każijiet ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u li għandu l-għan li jipprovdi protezzjoni immedjata u kollettiva għal persuni spostati li mhumiex f'pożizzjoni li jirritornaw lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

      Kamra b'grupp ta' persuni spostati.
      ©AFP
    • 19 ta' Jannar

      L-aġenzija l-ġdida tal-UE għall-ażil tibda l-ħidma tagħha

      Mid-19 ta’ Jannar 2022, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) ser tissostitwixxi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO).

      L-aġenzija l-ġdida hija responsabbli mit-titjib tal-funzjonament tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil, billi tagħti assistenza operazzjonali u teknika msaħħa lill-istati membri u billi ġġib aktar konsistenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

  • 2021

    • 9 ta' Diċembru

      Il-Kunsill jadotta regolament dwar l-aġenzija tal-UE għall-ażil

      Il-Kunsill adotta regolament li jistabbilixxi l-aġenzija tal-UE għall-ażil. Dan ir-regolament għandu l-għan li jtejjeb l-applikazzjoni tal-politika dwar l-ażil fl-UE, billi jittrasforma l-uffiċċju Ewropew ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil (EASO) attwali f'aġenzija vera u proprja.

      Din l-aġenzija ser tkun responsabbli mit-titjib tal-funzjonament tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil, billi

      • tagħti assistenza operazzjonali u teknika mtejba lill-istati membri
      • tikkontribwixxi għal aktar konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali
    • 22 ta' Ottubru

      Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti l-migrazzjoni

      Il-mexxejja tal-UE appellaw lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jagħmlu t-tmien pjanijiet ta’ azzjoni għal pajjiżi prijoritarji ta’ oriġini u ta’ tranżitu operazzjonali u biex jimplimentawhom mingħajr dewmien.

      Il-Kunsill Ewropew għamilha ċara li mhu ser jaċċetta l-ebda tentattiv minn pajjiżi mhux tal-UE biex jiġu strumentalizzati l-migranti għal finijiet politiċi. Huwa tenna d-determinazzjoni tiegħu li jiżgura kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE u enfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati ritorni effettivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ riammissjoni.

      Il-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tal-UE qalu li l-UE ser tkompli tiġġieled kontra l-attakk ibridu li għaddej organizzat mir-reġim Belarussu, inkluż billi tadotta aktar miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet ġuridiċi.

    • 7 ta' Ottubru

      Karta blu tal-UE: il-Kunsill jadotta regoli ġodda

      Il-Kunsill adotta d-direttiva dwar il-karta blu. Ir-regoli l-ġodda, li jieħdu post dawk eżistenti, jarmonizzaw aktar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza għal ħaddiema bi kwalifiki għolja minn pajjiżi mhux tal-UE u jagħmlu l-karta blu tal-UE aktar attraenti.

      L-iskema l-ġdida għandha l-għan li tiġbed u żżomm ħaddiema bi kwalifiki għoljin, partikolarment f'setturi li qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' ħiliet.

      Din is-sistema ta' ammissjoni fl-UE kollha:

      • tistabbilixxi kriterji li huma aktar inklużivi
      • tissimplifika l-proċeduri
      • tiffaċilita l-mobilità intra-UE
      • tħaffef ir-riunifikazzjoni tal-familja
      • tagħti livell għoli ħafna ta' aċċess għas-suq tax-xogħol
      Karta li tgħid "Karta blu" bil-bandiera tal-UE u xi illustrazzjonijiet astratti
      Karta Blu tal-UE: niġbdu ħiliet u talent ġodda (Infografika)

      Karta Blu tal-UE: niġbdu ħiliet u talent ġodda (Infografika)

    • 31 ta' Awwissu

      Il-Kunsill adotta dikjarazzjoni dwar l-Afganistan

      Il-ministri għall-affarijiet interni ddiskutew l-iżviluppi fl-Afganistan, b’mod aktar speċifiku fir-rigward tal-implikazzjonijiet potenzjali fl-oqsma tal-protezzjoni internazzjonali, il-migrazzjoni u s-sigurtà u adottaw dikjarazzjoni dwar il-kwistjoni.

      Huma enfasizzaw il-ħtieġa li titkompla l-koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali dwar l-istabbilizzazzjoni tar-reġjun u li jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tilħaq lill-persuni vulnerabbli. Huma ddikjaraw ukoll il-ħtieġa li titkompla l-kooperazzjoni biex tiġi evitata l-migrazzjoni illegali mir-reġjun, kif ukoll biex jiġu protetti b’mod effettiv il-fruntieri esterni tal-UE u jiġi evitat id-dħul mhux awtorizzat.

    • 29 ta' Ġunju

      Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil: intlaħaq ftehim proviżorju

      Il-presidenza tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar regolament dwar l-aġenzija tal-UE għall-ażil.

      Ir-regolament propost għandu l-għan li jtejjeb l-applikazzjoni tal-politika dwar l-ażil fl-UE, billi jittrasforma l-uffiċċju Ewropew ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil (EASO) attwali f'aġenzija vera u proprja. Din l-aġenzija ser tkun responsabbli mit-titjib tal-funzjonament tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil, billi:

      • tagħti assistenza operazzjonali u teknika mtejba lill-istati membri
      • tikkontribwixxi għal aktar konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali
    • 25 ta' Ġunju

      Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fid-diversi rotot

      Il-mexxejja tal-UE qablu li sħubiji ta' benefiċċju reċiproku u kooperazzjoni ma' pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu ser jiġu intensifikati biex jiġi evitat it-telf ta' ħajjiet u biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-fruntieri Ewropej, bħala parti mill-azzjoni esterna tal-UE.

      Dan l-approċċ komuni għandu jindirizza r-rotot migratorji kollha u ser:

      • ikun prammatiku, flessibbli u mfassal apposta
      • jagħmel użu, bħala Tim Ewropa, mill-istrumenti u l-inċentivi kollha disponibbli
      • isir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM)

      Il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE appellaw lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli, f'kooperazzjoni mal-istati membri, biex:

      • minnufih isaħħu azzjonijiet konkreti mal-pajjiżi prijoritarji ta' oriġini u ta' tranżitu
      • iressqu pjanijiet ta' azzjoni għall-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu prijoritarji fil-ħarifa tal-2021

      Il-Kunsill Ewropew ikkundanna u ċaħad kwalunkwe tentattiv minn pajjiżi terzi biex jistrumentalizzaw lill-migranti għal finijiet politiċi.

    • 17 ta' Mejju

      Karta blu tal-UE: jintlaħaq qbil proviżorju

      Il-presidenza tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu qbil proviżorju dwar abbozz ta' direttiva li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza għal nazzjonali ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għoljin li jiġu jgħixu u jaħdmu fl-UE.

      Id-direttiva dwar il-karta blu għandha l-għan li tiġbed u żżomm ħaddiema bi kwalifiki għoljin, partikolarment f'setturi li qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' ħiliet. Ir-regoli l-ġodda ser:

      • joħolqu kriterji ta' ammissjoni aktar inklużivi
      • jissimplifikaw il-proċeduri
      • jiffaċilitaw il-mobbiltà ġewwa l-UE
      • jagħmlu r-riunifikazzjoni tal-familja aktar faċli
      • jagħtu livell għoli ta' aċċess għas-suq tax-xogħol
  • 2020

    • 17 ta' Diċembru

      Baġit fit-tul tal-UE 2021-2027: appoġġ imsaħħaħ għall-migrazzjoni

      Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fis-16 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-UE għall-2021-2027. Ir-regolament jipprevedi baġit fit-tul ta' €1 074.3 biljun għall-UE27.

      L-infiq fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri ser jammonta għal €22.7 biljun matul is-seba' snin li ġejjin. L-appoġġ għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri ġie msaħħaħ b'mod konsiderevoli, inkluż biex jiġu ffinanzjati sa 10 000 gwardja tal-fruntiera għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta sal-2027.

    • 14 ta' Diċembru

      Il-Kunsill jiddiskuti l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil

      Fit-23 ta' Settembru 2020 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat patt ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ħames proposti leġiżlattivi ġodda biex jiġu rriformati r-regoli tal-UE dwar l-ażil.

      Il-ministri tal-UE ddiskutew l-elementi ewlenin tal-patt, inkluż id-dimensjoni esterna, il-fażi proposta ta' qabel id-dħul, il-mekkaniżmu ta' solidarjetà, il-migrazzjoni interna u l-ġestjoni tal-ażil, diversi mezzi biex jittejjeb ir-ritorn, ir-rwol tal-aġenziji, il-perkorsi legali għad-dħul fl-Ewropa u l-integrazzjoni.

    • 13 ta' Marzu

      Il-Kunsill jiddiskuti s-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE

      Il-ministri għall-affarijiet interni ġew mgħarrfa mill-stati membri l-aktar milquta direttament, il-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-UE, dwar l-aħħar żviluppi fuq il-fruntieri esterni tal-UE mat-Turkija. Il-ministri vvalutaw ukoll kif il-miżuri msemmija fid-dikjarazzjoni tal-ministri għall-affarijiet interni tal-4 ta' Marzu qed jiġu implimentati, inkluż l-iskjerament tal-intervent rapidu fil-fruntieri tal-Frontex u l-assistenza teknika addizzjonali.

    • 9 ta' Marzu

      Laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u t-Turkija

      Il-Presidenti Charles Michel u Ursula von der Leyen iltaqgħu mal-President Recep Tayyip Erdoğan fi Brussell. Il-mexxejja ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali, l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun u l-kriżi fis-Sirja.

      Il-laqgħa tal-lum mal-President Erdoğan hija pass importanti fid-direzzjoni t-tajba. Jeħtieġ li kemm it-Turkija kif ukoll l-UE jaħdmu fuq l-implimentazzjoni sħiħa tad-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni sabiex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava. Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew
    • 6 ta' Marzu

      Il-Kunsill Affarijiet Barranin jadotta dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE mat-Turkija

      Il-Kunsill jirrikonoxxi ż-żieda fil-piż migratorju u r-riskji li qed tiffaċċa t-Turkija fit-territorju tagħha u l-isforzi sostanzjali li għamlet biex tospita 3,7 miljun migrant u refuġjat. Il-ministri jtennu wkoll is-solidarjetà sħiħa tal-UE mal-Greċja, li qed tiffaċċa sitwazzjoni bla preċedent, kif ukoll mal-Bulgarija, Ċipru u stati membri oħra fl-isforzi tagħhom biex jamministraw il-fruntieri esterni tal-UE

    • 4 ta' Marzu

      Il-Kunsill jadotta dikjarazzjoni dwar il-fruntieri esterni tal-UE

      Il-ministri għall-affarijiet interni ddiskutew is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE u esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-Greċja, il-Bulgarija, Ċipru u stati membri oħra li jista' jkun li qed jiġu affettwati bl-istess mod, inkluż fl-isforzi biex tiġi ġestita l-fruntiera esterna tal-UE. Huma kkonfermaw ukoll l-impenn tagħhom li jsaħħu s-sostenn tagħhom fl-oqsma li jinsabu taħt pressjoni, inkluż permezz tal-iskjerament tal-intervent rapidu fil-fruntieri tal-Frontex u assistenza teknika addizzjonali.

  • 2019

  • 2018

    • 21 ta' Diċembru

      Operazzjoni Sophia: mandat estiż sal-31 ta' Marzu 2019

      Il-Kunsill estenda l-mandat tal-EUNAVFOR MED Operazzjoni Sophia sal-31 ta' Marzu 2019. L-operazzjoni għandha l-għan li tfixkel il-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta' migranti u t-traffikanti tal-bnedmin fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali.

    • 13 ta' Diċembru

      Il-mexxejja tal-UE jevalwaw is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni

      Il-mexxejja tal-UE ddiskutew kwistjonijiet marbuta mal-migrazzjoni fis-summit tal-UE ta' Diċembru. Huma appellaw sabiex il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni esterna tiġi żviluppata aktar u implimentata.

      Fir-rigward tal-politiki interni tal-Unjoni, il-mexxejja stiednu lill-koleġislaturi biex jikkonkludu malajr in-negozjati dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG).

      Appellaw ukoll għal aktar sforzi biex jiġu konklużi n-negozjati dwar l-Aġenzija għall-Asil, id-direttiva dwar ir-ritorn u r-riforma tas-sistema tal-asil tal-UE.

    • 6 ta' Diċembru

      Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: Il-Kunsill jaqbel dwar approċċ ġenerali parzjali

      Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali parzjali rigward proposta dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li jkopri d-dispożizzjonijiet marbuta mar-ritorn u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

      Ir-regoli proposti ser jippermettu lil Frontex

      • tipprovdi appoġġ tekniku u operattiv lill-istati membri waqt operazzjonijiet ta' ritorn
      • issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi lil hinn mill-pajjiżi tal-viċinat
    • 6 ta' Diċembru

      Il-Kunsill jaqbel dwar miżuri konkreti fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali

      Il-Kunsill qabel dwar miżuri konkreti biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra n-netwerks għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali. Dan wara appell mill-mexxejja tal-UE fil-laqgħa tagħhom f'Ottubru.

      L-azzjonijiet konkreti għandhom ikunu msejsin fuq:

      • approċċ imtejjeb bejn l-aġenziji kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali
      • l-aħjar użu tas-sinerġiji bejn l-għodod operazzjonali disponibbli
      • l-akbar użu possibbli tal-assi esterni tal-UE
    • 18 ta' Ottubru

      Il-mexxejja tal-UE jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni

      Il-mexxejja tal-UE appellaw għall-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin tal-migranti. Huma stiednu lill-Kunsill biex jiżviluppa sett ta' miżuri għal dan l-għan sa Diċembru.

      Il-mexxejja qalu wkoll li jeħtieġ li jsir aktar għall-prevenzjoni ulterjuri ta' migrazzjoni illegali. Huma appellaw għal kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu

      Barra minn hekk, il-mexxejja stiednu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jeżaminaw, bħala kwistjoni ta' prijorità, il-proposti reċenti tal-Kummissjoni relatati mal-migrazzjoni u l-asil.

    • 12 ta' Ottubru

      Il-Kunsill jiddiskuti l-gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta

      Il-Kunsill iddiskuta proposta tal-Kummissjoni biex tespandi l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u biex iżżid il-persunal tagħha sa 10 000 sal-2020. Il-ministri għall-affarijiet interni esprimew ix-xewqa ġenerali tagħhom li jissaħħaħ il-mandat tal-aġenzija, partikolarment dwar ir-ritorni u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Huma qasmu wkoll il-fehmiet tagħhom dwar id-daqs, il-kompożizzjoni, il-kompiti u s-setgħat tal-korp permanenti tal-aġenzija, kif ukoll dwar l-iskeda ta' żmien meħtieġa biex dan il-korp jiġi stabbiliti b'mod sħiħ.

    • 19 ta' Settembru

      Il-mexxejja tal-UE qablu li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

      Il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern iltaqgħu f'Salzburg għal ċena informali ta' ħidma dwar il-migrazzjoni. Il-mexxejja qablu li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, inkluż l-Eġittu. Donald Tusk ser jiltaqa' mal-President Al Sisi f'Settembru biex imexxi 'l quddiem il-kooperazzjoni. F'dan il-kuntest, il-mexxejja qablu wkoll li jorganizzaw summit mal-Lega tal-Istati Għarab fi Frar 2019.

    • 29 ta' Ġunju

      L-istati membri tal-UE jaqblu dwar finanzjament ġdid għall-faċilità għar-refuġjati fit-Turkija

      L-istati membri tal-UE qablu dwar kif jiġu ffinanzjati €3 biljun addizzjonali għall-Faċilità tal-UE għar-refuġjati fit-Turkija bħala appoġġ għar-refuġjati Sirjani:

      • €2 biljun ser jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE
      • €1 biljun ser jiġi ffinanzjat mill-istati membri skont is-sehem tagħhom tad-dħul nazzjonali gross tal-UE
    • 28 ta' Ġunju

      Il-mexxejja tal-UE jaqblu dwar miżuri ġodda għall-ġlieda kontra l-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta' migranti u biex titnaqqas il-migrazzjoni illegali

      Meta ltaqgħu f'summit ta' jumejn fi Brussell, il-mexxejja tal-UE qablu dwar miżuri biex isaħħu l-ġlieda kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' migranti u jnaqqsu aktar il-migrazzjoni illegali tul ir-rotot migratorji kollha.

      Il-mexxejja tal-UE appoġġaw l-iżvilupp ta' kunċett ta' pjattaformi reġjonali ta' żbark għan-nies salvati fuq il-baħar minn operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ.

    • 14 ta' Ġunju

      L-UE timponi sanzjonijiet fuq sitt traffikanti tal-bnedmin u faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin li joperaw fil-Libja

      Il-Kunsill ittraspona fid-dritt tal-UE s-sanzjonijiet tan-NU tas-7 ta' Ġunju mmirati kontra sitt traffikanti tal-bnedmin u faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin li joperaw fil-Libja. Din hija l-ewwel darba li n-NU qed timponi sanzjonijiet fuq traffikanti ta' bnedmin.

    • 5 ta' Ġunju

      Il-Kunsill jiddiskuti kwistjonijiet ta' migrazzjoni u t-triq 'il quddiem

      Il-ministri għall-intern iddiskutew is-sitwazzjoni attwali u t-triq 'il quddiem rigward għadd ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni. Huma qiesu kif isaħħu l-ħidma li għaddejja f'oqsma differenti, inkluż:

      • l-appoġġ għall-aġenziji tal-UE
      • ir-rispett kontinwu għad-dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija
      • l-għoti ta' finanzjament biżżejjed għall-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika
      • l-appoġġ lis-sħab fil-Balkani tal-Punent
    • 27 ta' Frar

      Il-Kunsill japprova €3.7 biljun addizzjonali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' migrazzjoni

      Il-Kunsill qabel ma' żieda fis-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment għal proġetti barra mill-UE li jindirizzaw kwistjonijiet ta' migrazzjoni. €3.7 biljun huma allokati għal proġetti fis-setturi pubbliċi u privati biex jindirizzaw l-għeruq tal-migrazzjoni.

  • 2017

    • 14 u 15 ta' Diċembru

      Il-mexxejja tal-UE jeżaminaw il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni

      Il-Kunsill Ewropew kellu dibattitu dwar id-dimensjonijiet esterni u interni tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-UE. Huma vvalutaw dak li ħadem u dak li ma ħadimx fl-aħħar sentejn, u ddiskutew kif isaħħu l-politika.

      Il-mexxejja tal-UE qalu wkoll li ser jipprovaw jilħqu qbil dwar ir-riforma tas-sistema ta' Dublin sa Ġunju 2018. Id-dibattitu kien ibbażat fuq nota ċċirkolata mill-President Tusk qabel is-summit.

    • 29 ta' Novembru

      Kundizzjonijiet ta' akkoljenza għal persuni li jfittxu asil: Il-Kunsill lest biex jibda n-negozjati

      L-ambaxxaturi għall-UE qablu dwar mandat għal negozjati dwar abbozz ta' regoli għall-kwalifikazzjoni tal-applikanti għall-asil u kundizzjonijiet aħjar tal-għajxien għall-persuni li jfittxu asil madwar l-UE. Il-presidenza issa ser tibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew.

    • 20 ta' Novembru

      Ġiet adottata s-sistema ta' dħul/ħruġ

      Il-Kunsill adotta r-regolament għal sistema ta' dħul/ħruġ u r-regolament li jemenda l-kodiċi tal-fruntieri ta' Schengen b'rabta mas-sistema ta' dħul/ħruġ.

      Din is-sistema ser tirreġistra informazzjoni dwar id-dħul, il-ħruġ u ċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen.

    • 15 ta' Novembru

      Qafas ta' risistemazzjoni tal-UE: Il-Kunsill ser jibda n-negozjati

      L-ambaxxaturi għall-UE qablu dwar mandat għal negozjati dwar regolament li jistabbilixxi qafas ta' risistemazzjoni tal-UE għall-ammissjoni ta' persuni li jfittxu asil.

      L-abbozz ta' regolament jipprova:

      • jipprevedi mogħdijiet legali u sikuri lejn l-UE
      • jipprovdi regoli komuni għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja
      • jgħin biex tittaffa l-pressjoni f'pajjiżi li mhumiex fl-UE fejn ġew spostati numru kbir ta' persuni li jfittxu asil
    • 19 ta' Ottubru

      Il-mexxejja tal-UE jaqblu dwar il-passi li jmiss biex tingħalaq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali

      Il-mexxejja tal-UE qablu li joffru appoġġ aktar b'saħħtu lill-ħidma tal-Italja mal-Libja u li joffru finanzjament adegwat għal proġetti marbutin mal-migrazzjoni fl-Afrika ta' Fuq. "Għandna nosservaw riżultati konkreti fil-ftit ġimgħat li ġejjin", qal il-President Tusk wara l-laqgħa.

      Huma wiegħdu wkoll li jkomplu bit-taħditiet dwar ir-riforma tas-sistema ta' Dublin fis-summit tagħhom f'Diċembru, bil-ħsieb li jintlaħaq kunsens fl-ewwel nofs tal-2018.

    • 25 ta' Lulju

      EUNAVFOR MED Operazzjoni SOPHIA: mandat estiż sal-31 ta' Diċembru 2018

      Il-Kunsill estenda l-mandat tal-EUNAVFOR MED Operazzjoni Sophia sal-31 ta' Diċembru 2018. Il-Kunsill emenda wkoll il-mandat tal-operazzjoni biex:

      • tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ ta' dawk li jkunu qed jiġu mħarrġin biex tiġi żgurata l-effiċjenza fit-tul tat-taħriġ tal-Gwardja tal-Kosta Libjana
      • twettaq attivitajiet ġodda ta' sorveljanza u tiġbor informazzjoni dwar it-traffikar illegali ta' esportazzjonijiet taż-żejt mil-Libja
      • ittejjeb il-possibbiltajiet għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar it-traffikar tal-bnedmin mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-istati membri, FRONTEX u EUROPOL
    • 30 ta' Ġunju

      Sistema ta' dħul/ħruġ: Il-Kunsill jikkonferma l-qbil dwar id-dispożizzjonijiet politiċi ewlenin

      L-ambaxxaturi għall-UE kkonfermaw qbil bejn il-presidenza Maltija u l-Parlament Ewropew li ntlaħaq fid-29 ta' Ġunju dwar il-kwistjonijiet politiċi ta' proposta għal Sistema ta' Dħul/Ħruġ u proposta li temenda l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ.

      Dan ser iwitti t-triq għal ftehim ġenerali ladarba jkunu solvuti l-kwistjonijiet tekniċi pendenti.

      Din is-sistema ser tirreġistra informazzjoni dwar id-dħul, il-ħruġ u ċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen.

    • 29 ta' Ġunju

      L-Aġenzija tal-UE għall-Asil: il-presidenza Maltija u l-Parlament Ewropew jilħqu qbil politiku

      Il-presidenza Maltija u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew laħqu qbil politiku ġenerali ad referendum dwar kull wieħed mit-tnax-il kapitolu tar-regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

      Il-qbil huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-Coreper fil-futur qarib wara li ssir aktar ħidma fuq il-premessi. Barra minn hekk, il-qbil jeskludi ċerti partijiet tat-test li huma relatati ma' proposti leġislattivi oħra fil-pakkett dwar ir-reviżjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li għadhom ma ġewx iffinalizzati.

    • 23 ta' Ġunju

      Ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali: Il-mexxejja tal-UE jappellaw għal aktar azzjoni biex jitnaqqas il-fluss ta' migrazzjoni

      Il-mexxejja tal-UE appellaw għal aktar azzjoni biex jitnaqqas il-fluss ta' migranti mil-Libja lejn l-Italja, tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali. B'mod partikolari, ikkonċentraw fuq:

      • l-għoti ta' aktar taħriġ u tagħmir lill-gwardji tal-kosta Libjani
      • kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu
      • aktar sforzi biex jiżdiedu r-ritorni

      Huma qalu li għandhom jiġu stabbiliti b'mod urġenti ftehimiet ta' riammissjoni ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE. Il-mexxejja tal-UE tennew ukoll il-bżonn li tiġi rriformata s-sistema komuni tal-asil.

    • 8 ta' Ġunju

      Il-Kunsill jadotta l-konklużjonijiet dwar it-tfal migranti

      Il-ministri adottaw konklużjonijiet tal-Kunsill biex itennu li t-tfal migranti għandhom id-dritt li jiġu protetti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-UE, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tat-tfal.

      Fl-2015 u fl-2016, 30 fil-mija tal-applikanti għall-asil fl-UE kienu tfal, b'ħafna minnhom jivvjaġġaw mingħajr il-familja tagħhom.

    • 11 ta' Mejju

      Żona Schengen: Il-Kunsill jirrakkomanda l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni

      Il-Kunsill ippermetta estensjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja jistgħu jestendu l-kontrolli proporzjonati u temporanji fil-fruntieri f'partijiet speċifiċi tal-fruntieri tagħhom għal mhux aktar minn sitt xhur.

    • 7 ta' Frar

      Żona Schengen: Il-Kunsill jirrakkomanda l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni

      Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni għall-estensjoni tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja għandhom jestendu l-kontrolli proporzjonati u temporanji fil-fruntieri f'partijiet speċifiċi tal-fruntieri tagħhom għal mhux aktar minn tliet xhur.

    • 3 ta' Frar

      Il-mexxejja tal-UE jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Libja biex jitnaqqas il-fluss ta' migranti

      Imlaqqgħin f'summit informali, il-mexxejja tal-UE adottaw id-Dikjarazzjoni ta' Malta, li tiffoka fuq miżuri biex jitnaqqas il-fluss ta' migranti tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u biex jiġi indirizzat il-mudell kummerċjali ta' dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' bnedmin. B'mod partikolari, it-28 kap ta' stat jew ta' gvern tal-UE qablu li jżidu l-kooperazzjoni mal-Libja, minn fejn telqu 90 % tal-migranti fl-2016.

  • 2016

    • 7 ta' Diċembru

      L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tniedi riżerva ta' intervent rapidu

      Ir-riżerva ta' reazzjoni rapida hija magħmula minn 1 500 uffiċjal mogħti mill-istati membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati ta' Schengen. F'sitwazzjoni ta' kriżi, huma jkunu għad-dispożizzjoni immedjata tal-Frontex, li tista' timmobilizzahom fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol.

    • 7 ta' Diċembru

      Ftehim dwar il-verifiki sistematiċi fil-fruntieri esterni

      Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) approva test ta' kompromess miftiehem mal-Parlament Ewropew dwar emenda għall-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen biex jissaħħu l-kontrolli fil-bażijiet tad-data rilevanti fil-fruntieri esterni.

    • 13 ta' Ottubru

      Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

      Il-ministri ddiskutew in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri differenti dwar il-migrazzjoni adottati s'issa. Huma impenjaw ruħhom b'mod partikolari li jżidu n-numru ta' esperti pprovduti mill-istati membri lill-aġenziji (speċjalment l-EASO).

      Il-Kunsill ittratta wkoll ir-riforma tas-sistema Ewropea komuni tal-asil, fejn il-ministri approvaw l-approċċ fuq tliet linji ssuġġerit mill-presidenza.

    • 6 ta' Ottubru

      It-tnedija tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

      L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tnediet uffiċjalment fis-6 ta' Ottubru 2016. L-avveniment tat-tnedija sar fil-Punt ta' Kontroll tal-Fruntiera Kapitan Andreevo, fil-fruntiera esterna Bulgara mat-Turkija.

      "Qed noħolqu realtà ġdida fil-fruntieri esterni tagħna. Dan huwa eżitu tanġibbli tal-impenn konġunt li ntlaħaq qbil dwaru fil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava, kif ukoll wirja prattika ta' għaqda bejn l-istati membri," qal Robert Fico, Prim Ministru tas-Slovakkja u detentur tal-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill. "Ser jgħinna nerġgħu lura lejn Schengen," huwa żied jgħid.

      L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ser tissorvelja mill-qrib il-fruntieri esterni tal-UE u ser taħdem flimkien mal-istati membri biex tiġi identifikata u indirizzata malajr kwalunkwe theddida potenzjali għas-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE.

    • 14 ta' Settembru

      Gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta: approvazzjoni finali

      Il-Kunsill ta l-approvazzjoni finali tiegħu għal gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta. Ir-rwol ewlieni tagħha huwa li tgħin biex tiġi pprovduta ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-fruntieri esterni. Din ser tiżgura l-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji u tipprovdi livell għoli ta' sigurtà għall-UE.

    • 30 ta' Awwissu

      EU NAVFOR MED operazzjoni Sophia: awtorizzazzjoni għall-bidu ta' kompiti addizzjonali ta' appoġġ

      Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà awtorizza lil EU NAVFOR MED operazzjoni Sophia tibda żewġ kompiti addizzjonali ta' appoġġ:

      • it-taħriġ tal-gwardji tal-kosta u l-flotta navali Libjani
      • kontribut għall-implimentazzjoni tal-embargo tan-NU fuq l-armi fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja
    • 18 ta' Lulju

      EUCAP Sahel Niger - missjoni estiża u mandat emendat

      Il-Kunsill estenda l-mandat ta' EUCAP Sahel Niger sal-15 ta' Lulju 2018. Huwa adatta wkoll il-mandat tal-missjoni biex tgħin lill-awtoritajiet Niġerini fl-iżvilupp ta' politiki, tekniki u proċeduri għal titjib fil-kontroll tal-migrazzjoni irregolari.

    • 13 ta' Lulju

      Proposti tal-Kummissjoni Ewropea - sistema Ewropea komuni tal-asil

      Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat it-tieni sensiela ta' proposti biex tirriforma s-sistema Ewropea komuni tal-asil u proposta biex jinħoloq qafas komuni tal-UE għar-risistemazzjoni.

    • 22 ta' Ġunju

      Gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta: Il-Kunsill jikkonferma l-qbil

      Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) ikkonferma t-test ta' kompromess miftiehem mal-Parlament Ewropew dwar ir-regolament propost għal Gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta. Il-gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta ser tkun tikkonsisti minn aġenzija Ewropea (l-aġenzija Frontex attwali b'kompiti estiżi) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi Schengen responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri.

    • 20 ta' Ġunju

      EUNAVFOR MED operazzjoni Sophia: estensjoni tal-mandat

      Il-Kunsill estenda l-mandat ta' EU NAVFOR Med operazzjoni Sophia b'sena sas-27 ta' Lulju 2017. Huwa wessa' wkoll il-mandat tal-operazzjoni biż-żieda ta' żewġ kompiti ta' appoġġ:

      • it-taħriġ tal-gwardji tal-kosta u l-flotta navali Libjani
      • kontribut għall-implimentazzjoni tal-embargo tan-NU fuq l-armi fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja
    • 10 ta' Ġunju

      Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

      Il-Ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali, billi kkonċentraw b'mod partikolari fuq l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu u fuq il-flussi migratorji fil-Mediterran Ċentrali. Huma tennew li għandu jiżdied l-għadd ta' persuni li jirritornaw lejn it-Turkija mill-Greċja. L-istati parteċipanti ġew mistiedna wkoll iħaffu r-risistemazzjoni tar-refuġjati Sirjani mit-Turkija u r-rilokazzjoni ta' persuni li jfittxu asil mill-Greċja u l-Italja.

      Il-Kunsill adotta deċiżjoni li għandha l-għan li tissospendi għal sena l-obbligi tal-Iżvezja rigward ir-rilokazzjoni ta' persuni li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali mill-Italja u l-Greċja. Adotta wkoll konklużjonijiet dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.

    • 7 ta' Ġunju

      Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea - qafas ta' sħubija ma' pajjiżi terzi

      Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat komunikazzjoni għal qafas ta' sħubija ma' pajjiżi terzi.

      Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ukoll proposta għal direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bil-għan li jsibu impjieg li jeħtieġ ħiliet avvanzati.

    • 27 ta' Mejju

      Summit tal-G7

      Il-G7 appella għal rispons globali għall-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati. Il-mexxejja ħadu l-impenn li jżidu l-assistenza globali biex tagħmel tajjeb għall-ħtiġijiet tar-refuġjati u l-komunitajiet li qed jospitawhom. Huma talbu lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lid-donaturi bilaterali biex iżidu l-assistenza tagħhom. Huma qablu wkoll li jtejbu l-mezzi legali għall-migrazzjoni u jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' skemi ta' risistemazzjoni.

    • 23 ta' Mejju

      Kunsill Affarijiet Barranin

      Il-ministri kellhom diskussjoni dwar l-aspetti esterni tal-migrazzjoni. Huma analizzaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Belt Valletta u d-dikjarazzjoni UE-Turkija.

      Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar EUNAVFOR MED Operazzjoni Sophia, u estenda l-mandat tal-operazzjoni b'sena u żied żewġ kompiti ta' appoġġ.

    • 20 ta' Mejju

      Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

      Il-ministri għall-intern kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali. Huma kkonċentraw b'mod partikolari fuq l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu u l-flussi migratorji fil-Mediterran Ċentrali.

      L-istati parteċipanti ġew mistiedna jħaffu r-risistemazzjoni tar-refuġjati Sirjani mit-Turkija u r-rilokazzjoni tal-applikanti għal asil mill-Greċja u l-Italja, skont id-deċiżjonijiet eżistenti.

    • 12 ta' Mejju

      Kontrolli fil-fruntieri interni ta' Schengen - il-Kunsill jadotta rakkomandazzjoni

      Il-Kunsill adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tagħti rakkomandazzjoni li tippermetti li jkomplu l-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja għandhom jibqgħu jwettqu kontrolli temporanji proporzjonati fil-fruntieri f'partijiet speċifiċi tal-fruntiera tagħhom għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur.

    • 12 ta' Mejju

      Kunsill Affarijiet Barranin dwar l-iżvilupp

      Il-ministri kkonċentraw fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Belt Valletta u l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika. Huma analizzaw ukoll l-istat attwali tad-djalogi ta' livell għoli mal-pajjiżi sħab.

      Il-Kunsill iddiskuta kif l-aħjar jiġu appoġġati persuni spostati u refuġjati fi kriżijiet li jdumu.

    • 4 ta' Mejju

      Proposti tal-Kummissjoni Ewropea - sistema Ewropea komuni tal-asil

      Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat serje ta' proposti biex tirriforma s-sistema Ewropea komuni tal-asil.

      Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tagħti rakkomandazzjoni għat-tkomplija tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

    • 21 ta' April

      Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

      Il-ministri għall-affarijiet interni eżaminaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri eżistenti. Huma affermaw ukoll mill-ġdid il-ħtieġa li titħaffef l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016.

      Il-ministri kienu infurmati dwar il-progress li sar fl-abbozz ta' regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera.

    • 18 ta' April

      Kunsill Affarijiet Barranin

      Il-ministri ddiskutew l-aspetti esterni tal-migrazzjoni. Huma qiesu l-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fid-dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija u eżaminaw l-inizjattivi meħuda għar-rotta tal-Mediterran Ċentrali. Enfasizzaw ukoll l-azzjonijiet fil-ġlieda kontra t-traffikanti u l-faċilitaturi ta' dħul klandestin, kif ukoll l-appoġġ tal-UE lill-Afrika.

    • 6 ta' April

      Gwardja Ewropea tal-fruntiera - il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar

      Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill għar-regolament propost dwar il-gwardja Ewropea tal-fruntiera. Hekk kif il-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu, il-presidenza ser tibda n-negozjati bl-għan li jintlaħaq qbil politiku sal-aħħar ta' Ġunju 2016.

      L-objettiv prinċipali tal-gwardja Ewropea tal-fruntiera hu li tiġi żgurata u implimentata, bħala responsabbiltà kondiviża, il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni tal-UE. Hija tkun magħmula minn Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri.

    • 21 ta' Marzu

      Proposta tal-Kummissjoni Ewropea - risistemazzjoni mit-Turkija

      Wara d-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu, il-Kummissjoni Ewropea għamlet proposta biex tiġi emendata d-deċiżjoni tal-Kunsill li jiġu rilokati persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali mill-Italja u l-Greċja. Din il-proposta tagħmel disponibbli 54 000 post li ma kinux għadhom ġew allokati, sabiex jiġu risistemati Sirjani mit-Turkija fl-UE.

    • 18 ta' Marzu

      Kunsill Ewropew

      Il-Kunsill Ewropew kompla jiddiskuti l-istrateġija komprensiva tiegħu biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni.

      Fil-laqgħa tagħhom fit-18 ta' Marzu, il-mexxejja tal-UE u tat-Turkija laħqu ftehim li għandu l-għan li jwaqqaf il-fluss tal-migrazzjoni irregolari li jgħaddi mit-Turkija lejn l-Ewropa, li jkisser il-mudell ta' negozju tal-faċilitaturi ta' dħul klandestin u li joffri lill-migranti alternattiva sabiex ma jpoġġux ħajjithom f'riskju.

    • 16 ta' Marzu

      Il-Kunsill japprova finanzjament għal assistenza ta' emerġenza fl-UE

      Il-Kunsill aċċetta l-abbozz ta' baġit emendatorju propost mill-Kummissjoni fid-9 ta' Marzu 2016. Huwa qabel li jagħmel disponibbli €100 miljun f'impenji u €80.2 miljun f'pagamenti mill-baġit tal-UE għall-2016 biex jappoġġa lill-Greċja u lil stati membri oħra li jinsabu f'diffikultà minħabba l-kriżi tar-refuġjati.

      L-abbozz ta' baġit emendatorju issa jrid jiġi approvat mill-Parlament Ewropew.

    • 15 ta' Marzu

      Il-Kunsill jadotta strument għal assistenza ta' emerġenza fi ħdan l-UE

      Fil-15 ta' Marzu, il-Kunsill adotta regolament li ser jippermetti lill-UE biex tgħin lill-Greċja u stati membri oħra affettwati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni umanitarja diffiċli li rriżultat mill-kriżi tal-migrazzjoni. L-għajnuna umanitarja tal-UE għandha l-għan li tipprovdi lir-refuġjati b'ikel, kenn, ilma, mediċini u ħtiġijiet bażiċi oħrajn.

    • 10 ta' Marzu

      Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

      Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali u l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni li l-mexxejja tal-UE laħqu qbil dwarha fis-7 ta' Marzu. Il-ministri ngħataw ukoll informazzjoni mill-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali tar-regolament propost li jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

      Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti. Huwa adotta wkoll deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-deċiżjoni 2015/1601.

    • 9 ta' Marzu

      Il-Kunsill jaqbel dwar strument għal assistenza ta' emerġenza fi ħdan l-UE

      Il-Kunsill qabel dwar mekkaniżmu ta' appoġġ ta' emerġenza f'każ ta' kriżi fl-UE. Dan ser jippermetti lill-UE biex tgħin lill-Greċja u stati membri oħra affettwati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni umanitarja diffiċli kkawżata bil-kriżi tal-migrazzjoni. L-għajnuna umanitarja tal-UE għandha l-għan li tipprovdi lir-refuġjati b'ikel, kenn, ilma, mediċini u ħtiġijiet bażiċi oħrajn.

      Din il-proposta għandha tiġi ppreżentata fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali għal adozzjoni formali fil-15 ta' Marzu.

    • 7 ta' Marzu

      Laqgħa tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE mat-Turkija

      Il-mexxejja tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fuq il-kriżi tal-migrazzjoni. Huma appellaw għall-implimentazzjoni sħiħa u rapida tal-Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u t-Turkija, kif ukoll biex jitnaqqas l-għadd ta' daħliet illegali mit-Turkija għall-Greċja.

      Huma ddiskutew ukoll xi proposti ġodda biex tiġi indirizzata l-kriżi. Il-President Tusk ngħata l-biċċa xogħol li jistudja d-dettalji tagħhom qabel il-Kunsill Ewropew li jmiss.

    • 2 ta' Marzu

      Proposta tal-Kummissjoni Ewropea - strument ta' għajnuna ta' emerġenza fi ħdan l-UE

      Il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal regolament tal-Kunsill li joħloq strument ta' għajnuna ta' emerġenza għal kriżi fl-UE. Dan jippermetti li tingħata għajnuna umanitarja b'rispons għal kriżi kbira li tolqot l-istati membri, inkluża l-kriżi attwali tal-migrazzjoni.

    • 25 ta' Frar

      Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

      Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali tal-migrazzjoni u tennew il-ħtieġa għal soluzzjoni Ewropea komuni. Huma ffukaw fuq il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri eżistenti, fuq il-kooperazzjoni mat-Turkija u fuq ir-rotta tal-Balkani tal-Punent.

      Il-Kunsill ħa rendikont ukoll tal-ħidma fuq il-proposta għal gwardja Ewropea tal-fruntiera u tal-kosta.

    • 18 ta' Frar

      Kunsill Ewropew

      Il-mexxejja tal-UE adottaw konklużjonijiet dwar il-kriżi tal-migrazzjoni. Huma ffukaw fuq il-ħtieġa li jintlaħaq kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li diġà ttieħdu. Huma enfasizzaw il-ħtieġa li jsir progress:

      • fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Turkija
      • fl-għoti ta' assistenza umanitarja lir-refuġjati, inkluż fil-Balkani tal-Punent
      • fl-iżgurar li l-hotspots ikunu funzjonali b'mod sħiħ
      • fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-rilokazzjoni, ir-ritorn u r-riammissjoni
      • fit-titjib fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni
      • fil-funzjonament normali mill-ġdid taż-żona Schengen
    • 12 ta' Frar

      Evalwazzjoni ta' Schengen tal-Greċja - Il-Kunsill jadotta rakkomandazzjoni

      Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar l-indirizzar ta' nuqqasijiet serji identifikati waqt evalwazzjoni tal-applikazzjoni mill-Greċja tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Ir-rakkomandazzjoni tipproponi li l-Greċja tieħu azzjoni ta' rimedju biex tindirizza dawn in-nuqqasijiet.

    • 4 ta' Frar

      Appoġġ għas-Sirja u r-reġjun - l-UE twiegħed iktar minn €3 biljun

      Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ingħaqad ma' mexxejja dinjija oħra f'konferenza f'Londra biex iħabbar kontribuzzjoni tal-UE ta' €3 biljun f'assistenza lill-poplu Sirjan fl-2016. Din tinkludi kemm nies fis-Sirja kif ukoll ir-refuġjati u l-komunitajiet li qed jospitawhom fil-pajjiżi ġirien.

    • 3 ta' Frar

      Faċilità għar-refuġjati għat-Turkija: qbil dwar id-dettalji tal-finanzjament

      L-istati membri qablu dwar kif għandhom jiġu ffinanzjati t-€3 biljun għall-faċilità tal-UE għar-refuġjati fit-Turkija. Dan ser jippermetti lill-UE twassal aktar assistenza umanitarja lir-refuġjati fit-Turkija u l-komunitajiet li jospitawhom.

    • 18 ta' Jannar

      Kunsill Affarijiet Barranin

      Il-Kunsill ikkonkluda li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha biex l-operazzjoni Sophia ta' EUNAVFOR MED timplimenta fl-Ibħra Miftuħa r-Riżoluzzjoni 2240 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Din ir-riżoluzzjoni ssaħħaħ l-awtorità tal-operazzjoni Sophia biex jittieħdu miżuri kontra l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti u t-traffikar ta' bnedmin mit-territorju tal-Libja u lil hinn mill-kosta tagħha, taħt il-fażi 2 tal-operazzjoni (ibħra miftuħa). Il-fażi 2 bdiet fis-7 ta' Ottubru 2015.

      Il-ministri ddiskutew ukoll il-pożizzjoni tal-UE qabel il-konferenza tad-donaturi għas-Sirja, li ser issir f'Londra fl-4 ta' Frar 2016. Din il-konferenza għandha l-għan li tindirizza l-ħtiġijiet ekonomiċi fit-tul tar-refuġjati fir-reġjun u li żżid il-finanzjament disponibbli għall-pajjiżi l-aktar affettwati.

  • 2015

L-aħħar reviżjoni: 18 ta' Diċembru 2025